Għodda biex Jiġu Mgħallmin Id-Drittijiet Umani
RUT Jiménez Gila, studenta taʼ sbatax-il sena li tgħix fi Granada, ġo Spanja, ġiet mistiedna mill-għalliema tagħha biex tikteb komponiment fuq id-drittijiet umani. Bosta ġimgħat wara li lestiet l-inkarigu, hi ġiet informata mill-bord Ewropew taʼ l-eżamijiet fi Brussell, il-Belġju, li kienet intgħażlet biex tirrappreżenta lil pajjiżha, flimkien maʼ diversi studenti oħra minn Spanja. Wara din il-ġrajja hi kitbet din l-ittra li ġejja lill-pubblikaturi tar-rivista Stenbaħ!
“Kelli bżonn tagħrif aġġornat rigward id-drittijiet umani, u sibt eżatt dak li kont qed infittex fil-ħarġa taʼ l-‘Awake!’ tat-22 taʼ Novembru, 1998, bit-titlu ‘Will There Ever Be Human Rights for All?’ Biex nispjega dwar l-abbużi fuq id-drittijiet umani, għażilt ukoll informazzjoni minn artikli oħra taʼ ‘Stenbaħ!’ dwar il-futur tan-nisa u dwar l-Olokawst. [Ara l-ħarġiet taʼ April-Ġunju, 1998, u Lulju-Settembru, 1998.] Waqt ir-riċerka li kont qed nagħmel irrealizzajt li fi ‘Stenbaħ!’ kien hemm tagħrif li ma stajtx insibu f’rivisti jew f’kotba oħra. Li laqatni wkoll kienu r-ritratti, u inkludejt xi wħud minnhom fir-rapport tiegħi.
“Peress li bil-komponiment tiegħi rbaħt premju, jien qattajt ġimgħa fil-Finlandja, fejn irnexxieli nitkellem iktar dwar id-drittijiet umani u nispjega l-valur taʼ ‘Stenbaħ!’ f’li jenfasizza kwistjonijiet importanti bħalma hija din.
“Grazzi ħafna u ħafna talli dejjem tkunu minn taʼ l-ewwel li tinformawna dwar ġrajjiet dinjin. Jalla Jehovah jkompli jberikkom, sabiex miljuni taʼ nies ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tagħrif.”
[Stampi f’paġna 10]
Rut u ċ-ċertifikat li ngħatat talli ħadet sehem