LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/09 pp. 8-9
  • Kif il-Ġenituri Jistgħu Jgħinu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif il-Ġenituri Jistgħu Jgħinu?
  • Stenbaħ!—2009
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ l-Istress fl-Iskola?
    Stenbaħ!—2009
  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • ‘Għandi Wisq X’Nagħmel!’
    Stenbaħ!—2009
  • L-Istress—Ir-Raġunijiet u l-Effetti Tiegħu
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 7/09 pp. 8-9

Kif il-Ġenituri Jistgħu Jgħinu?

ORGANIZZAZZJONI taʼ l-edukazzjoni fl-Istati Uniti tħeġġeġ lill-istudenti taʼ l-iskola sekondarja biex jidħlu għal din il-biċċa xogħol: “Uru li intom lesti tagħtu minnkom infuskom sal-limitu.” Sforzati biex jilħqu l-miri tagħhom, xi żgħażagħ jipprovaw jagħmlu iktar milli tippermetti s-saħħa fiżika tagħhom. Madeline Levine li ssemmiet fl-artiklu taʼ qabel, kitbet: “Bejn korsijiet akkademiċi avanzati, ħafna attivitajiet li m’humiex fil-kurrikulu taʼ l-iskola, preparazzjoni minn qabel għall-iskola sekondarja jew il-kulleġġ, u privat b’għalliema speċjali biex jgħinuhom jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex javanzaw l-istudji tagħhom, ħafna tfal isibu ruħhom bi skeda mimlija wisq sal-punt li tkun taʼ theddida għal saħħithom.” Studenti f’din is-sitwazzjoni jistgħu jbatu minn ħsara fiżika u emozzjonali.

Jekk intom inkwetati dwar l-istress li jiffaċċjaw it-tfal tagħkom fl-iskola, morru l-iskola intom stess. Tkellmu ma’ l-għalliema, ma’ dawk li jagħtu l-pariri, u ma’ l-amministraturi. Għidulhom dak li tosservaw. Għandkom id-dritt li tagħmlu dan.

Il-Bibbja tinkuraġġixxi lill-ġenituri biex joqogħdu attenti ferm għall-iżvilupp t’uliedhom. Mosè qal lill-ġenituri fil-ġens taʼ Israel: ‘Daħħluhom sew [il-liġijiet t’Alla] f’qalb binkom u tkellmu dwarhom meta toqogħdu bil-qiegħda f’darkom u meta timxu fit-triq u meta timteddu u meta tqumu.’—Dewteronomju 6:7.

Ma tkunux qed tindaħlu fil-ħajja privata t’uliedkom jekk tieħdu interess kbir fl-edukazzjoni tagħhom. Dan juri li wliedkom għandhom l-appoġġ bi mħabba tagħkom. U dan jistaʼ jnaqqas ħafna l-istress li jkollhom it-tfal tagħkom fl-iskola.

[Stampa f’paġna 8, 9]

Tkellmu dwar il-livell taʼ l-istress t’uliedkom ma’ l-għalliema tagħhom u ma’ dawk li jagħtuhom il-pariri

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja