LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/10 p. 7
  • Il-5 Sigriet: Raġunevolezza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-5 Sigriet: Raġunevolezza
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Ikkultiva r-Raġonevolezza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Meta l-Adoloxxent Tiegħek Jibda Jiddubita mit-Twemmin Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • L-Adoloxxenza Preparazzjoni Biex Isiru Adulti
    Stenbaħ!—2011
  • X’Inhi l-Mira tal-Ġenituri?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 1/10 p. 7

Il-​5 Sigriet: Raġunevolezza

“Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.”—Filippin 4:5.

Dan xi jfisser. Fil-​familji li jirnexxu, l-​irġiel u n-​nisa tagħhom jaħfru l-​iżbalji taʼ xulxin. (Rumani 3:23) Ukoll, la huma riġidi bla bżonn u lanqas huma permissivi żżejjed maʼ wliedhom. Huma jistabbilixxu għadd raġunevoli taʼ regoli fil-​familja. Meta tkun meħtieġa l-​korrezzjoni, huma jagħtuha ‘kemm ikun mistħoqq.’—Ġeremija 30:11.

Għala hu importanti. Il-​Bibbja tgħid li “l-​għerf li ġej minn fuq hu . . . raġunevoli.” (Ġakbu 3:17) Alla stess ma jesiġix il-​perfezzjoni minn bnedmin imperfetti; allura għala għandhom koppja miżżewġa jesiġuha minn xulxin? Tassew, li toqgħod issib ix-​xagħra fl-​għaġina fi ħtijiet żgħar jipproduċi biss imrar, mhux titjib. L-​aħjar hu li naċċettaw il-​fatt li “lkoll nitfixklu ħafna drabi.”—Ġakbu 3:2.

Ġenituri li jirnexxu juru r-​raġunevolezza meta jittrattaw maʼ wliedhom. Id-​dixxiplina tagħhom mhijiex eċċessiva, u lanqas mhuma “diffiċli biex togħġobhom.” (1 Pietru 2:18) Huma jagħtu libertajiet lill-​adoloxxenti li juru sens taʼ responsabbiltà. Ma jipprovawx jikkontrollaw sal-​iċken dettall il-​ħajja tal-​adoloxxenti tagħhom. Xogħol taʼ referenza jgħid illi li tipprova tikkontrolla kull aspett tal-​ħajja tal-​adoloxxenti “hu l-​ekwivalenti għal li tagħmel żifna vjolenti u stressanti biex tinvoka x-​xita. Xita mhix se tagħmel, imma għeja se jkollok żgur.”

Ipprova dan l-​eżerċizzju. Wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin biex tara x’livell taʼ raġunevolezza għandek.

◼ Meta kienet l-​aħħar darba li faħħart lill-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ?

◼ Meta kienet l-​aħħar darba li kkritikajt lill-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ?

Agħmel riżoluzzjoni. Jekk sibtha diffiċli biex twieġeb l-​ewwel mistoqsija fl-​eżerċizzju li għadek kif għamilt imma ma kellek ebda problema biex twieġeb it-​tieni, aħseb dwar mira li tistaʼ tagħmel rigward l-​istennijiet tiegħek.

Għala ma tiddiskutix mal-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ liema riżoluzzjonijiet tistgħu tagħmlu intom it-​tnejn?

Aħseb dwar xi libertajiet li tistaʼ tagħti lill-​adoloxxenti tiegħek hekk kif hu jew hi turi sens taʼ responsabbiltà.

Għax ma tiddiskutix bil-​miftuħ mal-​adoloxxenti tiegħek dwar suġġetti bħalma hu l-​ħin meta għandu jew għandha tidħol id-​dar?

[Stampa f’paġna 7]

Bħal sewwieq attent, membru tal-​familja li hu raġunevoli jkun lest li jċedi

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja