LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/11 p. 6
  • It-3 Suġġeriment—Żomm Ruħek Attiv

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-3 Suġġeriment—Żomm Ruħek Attiv
  • Stenbaħ!—2011
  • Materjal Simili
  • Għala Għandi Nieħu Ħsieb Saħħti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Għala Għandi Nieħu Ħsieb Saħħti?
    Stenbaħ!—2010
  • Iffissati Fuq Is-​Saħħa Fiżika
    Stenbaħ!—1997
  • Kif Tipproteġi Saħħtek
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2011
g 7/11 p. 6

It-​3 Suġġeriment​—Żomm Ruħek Attiv

“Li kieku l-​eżerċizzju kien pillola, kieku kien ikun l-​iktar mediċina preskritta fid-​dinja.” (L-​Iskola tal-​Mediċina fl-​Università taʼ Emory) Minn dak kollu li nistgħu nagħmlu għal saħħitna, ftit hemm affarijiet li ġeneralment huma iktar t’għajnuna mill-​eżerċizzju fiżiku.

◯ Agħmel l-​eżerċizzju. Ħajja attiva fiżikament tistaʼ tgħinna nkunu iktar ferħanin, ikollna moħħna iktar frisk, ikollna iktar enerġija, inkunu iktar produttivi u, flimkien maʼ dieta tajba, nikkontrollaw il-​piż tagħna. M’hemmx għalfejn li l-​eżerċizzju jkun taʼ wġigħ jew estrem sabiex ikun effettiv. Sessjonijiet regulari taʼ eżerċizzju moderat, li jsir bosta drabi fil-​ġimgħa, jistaʼ jkun ferm taʼ benefiċċju.

Jekk tiġġoggja, timxi b’pass mgħaġġel, issuq ir-​rota, u tieħu sehem fi sports attiv—sakemm qalbek tibda tħabbat b’ritmu iktar mgħaġġel u tibda togħroq—tistaʼ ttejjeb ir-​reżistenza tiegħek u tgħin biex tipprevieni xi attakk tal-​qalb jew puplesija. Dawn l-​eżerċizzji erobiċi, flimkien maʼ taħriġ moderat tal-​weight lifting u eżerċizzji sempliċi, jgħinuk biex issaħħaħ għadmek, il-​muskoli interni, riġlejk, u dirgħajk. Dawn l-​attivitajiet jgħinuk ukoll biex ikollok metaboliżmu iktar mgħaġġel u dan awtomatikament jgħinek biex tikkontrolla l-​piż tiegħek.

◯ Imxi. L-​eżerċizzju hu taʼ benefiċċju għal nies taʼ kull età, u m’hemmx għalfejn tkun miktub f’xi gym biex tagħmlu. Jekk sempliċement timxi minflok tuża l-​karozza, il-​karozza tal-​linja, jew il-​lift, ikun bidu tajjeb. Għala tistenna li jrikkbek xi ħadd meta tistaʼ timxi sad-​destinazzjoni tiegħek, u forsi anki tasal qabel? Ġenituri, inkuraġġixxu lil uliedkom biex jieħdu sehem f’logħob attiv, u jekk jistaʼ jkun dan jagħmluh barra. Attività bħal din issaħħilhom ġisimhom u tgħinhom jiżviluppaw koordinazzjoni maʼ ġisimhom kollu b’modi li d-​divertiment taʼ bilqiegħda, bħal-​logħob tal-​kompjuter, ma jistax.

Ikollok kemm ikollok żmien meta tibda, int tistaʼ tibbenefika minn eżerċizzju fiżiku moderat. Jekk int ikbar fl-​età jew jekk għandek problemi taʼ saħħa u ma tagħmilx eżerċizzju, ikun għaqli li tikkonsulta tabib dwar kif għandek tibda. Iżda ibda! Eżerċizzju li jinbeda bil-​mod il-​mod u li ma jkunx eċċessiv jistaʼ jgħin saħansitra lil uħud fostna li huma mdaħħlin fiż-​żmien biex iżommu l-​muskoli u l-​massa tal-​għadam f’saħħa tajba. Jistaʼ wkoll jgħinhom jevitaw il-​waqgħat.

Kien proprju l-​eżerċizzju li għen lil Rustam, li ssemma fl-​ewwel artiklu taʼ din is-​serje. Sebaʼ snin ilu, hu u martu bdew imorru jiġġoggjaw ftit kull filgħodu, ħamest ijiem fil-​ġimgħa. Hu jgħid: “Għall-​ewwel konna nġibu l-​iskużi biex ma mmorrux, iżda l-​fatt li kellna lil xulxin kien taʼ motivazzjoni għat-​tnejn li aħna. Issa saret drawwa pjaċevoli.”

[Stampa f’paġna 6]

L-​eżerċizzju jistaʼ jkun pjaċevoli

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja