LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • dg parti 1 pp. 2-3
  • Veru li Alla Jimpurtah Minna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Materjal Simili
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Alla Għala Jippermetti s-​Sofferenza?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Art Ħielsa Minn Sofferenza
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Meta s-Sofferenza Mhix se Tkun Iżjed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Veru li Alla Jimpurtah Minna?
dg parti 1 pp. 2-3

L-​1 Parti

Veru li Alla Jimpurtah Minna?

1, 2. In-​nies liema mistoqsija jistaqsu dwar Alla, u għala?

XI DARBA jew oħra fil-​ħajja tiegħek, int forsi staqsejt: ‘Jekk hemm Alla li veru jimpurtah minna, għala jħallina nsofru daqshekk?’ Ilkoll kemm aħna sofrejna jew nafu lil xi ħadd li sofra.

2 Tabilħaqq, matul l-​istorja n-​nies sofrew uġigħ u qsim il-​qalb minn gwerer, kefrija, kriminalità, inġustizzja, faqar, mard, u l-​mewt taʼ xi ħadd maħbub. F’dan is-​seklu 20 biss, il-​gwerer qatlu iktar minn 100 miljun ruħ. Mijiet taʼ miljuni oħrajn korrew jew inkella tilfu djar u ġid. Ġraw tant u tant affarijiet orribbli fi żmienna, u dawn irriżultaw f’niket kbir, ħafna dmugħ, u sens taʼ nuqqas taʼ tama min-​naħa taʼ numru bla għadd taʼ nies.

3, 4. Ħafna kif iħossuhom dwar li Alla jippermetti s-​sofferenza?

3 Xi wħud isiru urtati u jħossu li jekk hemm Alla, hu veru li ma jimpurtahx minna. Jew jistgħu saħansitra jħossu li m’hemmx Alla. Per eżempju, raġel li sofra minn persekuzzjoni etnika li kkaġunat il-​mewt taʼ xi ħbieb u l-​familja fl-​Ewwel Gwerra Dinjija staqsa: “Fejn kien Alla meta kellna bżonnu?” Ieħor, li baqaʼ ħaj u li ra l-​qtil taʼ miljuni taʼ nies min-​Nażi fit-​Tieni Gwerra Dinjija, kien tant imnikket minħabba s-​sofferenza li ra illi qal: “Kieku stajt tilgħaq lil qalbi, kienet tivvelenak.”

4 B’hekk, ħafna nies ma jistgħux jifhmu għala Alla tajjeb jippermetti li jiġru affarijiet ħżiena. Huma jiddubitaw jekk hux veru li jimpurtah minna jew jekk jeżistix wara kollox. U ħafna minnhom iħossu li s-​sofferenza se tkun dejjem parti mill-​eżistenza tal-​bniedem.

[Stampa f’paġna 2, 3]

Hija dinja ġdida ħielsa minn sofferenza qrib?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja