Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 taʼ Diċembru, 2010. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-1 taʼ Novembru sas-27 taʼ Diċembru, 2010.
1. X’nistgħu nitgħallmu mill-espressjoni taʼ tifħir tal-għannejja Leviti kif imniżżla fl-1 Kronaki 16:34? [w02 1/15 p. 11 para. 6-7]
2. Ġeħova għala ma ħalliex lil David jibni t-tempju, u David kif irreaġixxa? (1 Kron. 22:8, 14) [w03 11/1 p. 27 para. 8; w02 11/15 p. 5 para. 1]
3. Is-Sultan David kif ried li ibnu Salamun iħossu lejn Alla? (1 Kron. 28:9) [w08 10/15 p. 7 para. 18]
4. Għala kien xieraq li tintuża rappreżentazzjoni tal-barrin fil-bini tal-bażi tal-vaska tal-baħar tal-metall imdewweb? (2 Kron. 4:2-4) [w05 12/1 p. 19 para. 2; w98 6/15 p. 16 para. 17]
5. L-arka tal-patt kien fiha biss iż-żewġ twavel tal-ġebel, jew kien fiha wkoll oġġetti oħrajn? (2 Kron. 5:10) [w06 1/15 p. 31]
6. Liema lezzjoni nitgħallmu minn dak li qal Salamun fit-2 Kronaki 6:19, 22, 32? [w05 12/1 p. 19]
7. Xi tfisser l-espressjoni “patt tal-melħ” fit-2 Kronaki 13:5? [w05 12/1 p. 20 para. 2; it-2-E p. 842 para. 7]
8. Il-prinċipju fit-2 Kronaki 17: 9, 10 kif jiġi applikat għall-ministeru tagħna? [w09 6/15 p. 12 para. 7]
9. In-nies t’Alla llum kif se jaġixxu fi qbil mat-2 Kronaki 20:17? [w03 6/1 pp. 21-22 para. 14-17]
10. Liema tagħlima nieħdu mir-rakkont tal-għemil supperv tas-Sultan Użżija? (2 Kron. 26:15-21) [w99 12/1 p. 26 para. 1-2]