LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp25 Nru. 1 pp. 10-13
  • Kif Se Jispiċċaw il-Gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Se Jispiċċaw il-Gwerer
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ALLA SE JEQRED IL-GVERNIJIET TAL-ART
  • AllA SE JNEĦĦI D-DNUB
  • AllA SE JEQRED LIL-SATANA U D-DEMONJI TIEGĦU
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Għala Jibqaʼ Jkun Hawn il-Gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
wp25 Nru. 1 pp. 10-13
Suldat qed jaħseb waqt li qiegħed bilqiegħda fuq il-fdalijiet taʼ bini li waqaʼ minħabba l-gwerra.

In-nies ma jistgħux iwaqqfu l-gwerer

Kif Se Jispiċċaw il-Gwerer

Il-Bibbja turina li Alla se “jwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha” u mhux in-nies.—Salm 46:9.

ALLA SE JEQRED IL-GVERNIJIET TAL-ART

Alla se jeqred il-gvernijiet fil-gwerra li l-Bibbja ssejħilha Armageddon.a (Rivelazzjoni 16:16) Dakinhar, “ir-rejiet kollha tal-art” se jinġabru flimkien “għall-gwerra tal-jum il-kbir tal-Alla li Jistaʼ Kollox.” (Rivelazzjoni 16:14) Armageddon se tkun l-aħħar gwerra li se jkun hawn fuq l-art.

Alla se jbiddel il-gvernijiet tal-art maʼ gvern li se jmexxi mis-sema u li qatt mhu se jinqered. (Danjel 2:44) Alla għażel lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex ikun ir-Re. (Isaija 9:​6, 7; Mattew 28:18) Dan il-gvern hu s-Saltnab li Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jitolbu għaliha. (Mattew 6:​9, 10) In-nies tad-dinja kollha se jkunu magħqudin taħt gvern wieħed u Ġesù se jkun il-Mexxej tagħhom.

Ġesù mhux se juża l-awtorità tiegħu għal dak li jkun jaqbel lilu bħalma jagħmlu l-mexxejja tal-lum. Minħabba li ma jurix preferenzi, ħadd mhu se jkollu għalfejn jinkwieta li se jiġi ttrattat b’mod inġust minħabba n-nazzjonalità jew il-kultura. (Isaija 11:​3, 4) In-nies mhux se jkollhom għalfejn jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Għala? Għax Ġesù se juri interess personali f’kulħadd. “Hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna, u anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu. . . . Se jeħlishom mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Salm 72:​12-14.

Is-Saltna t’Alla se teqred kull tip taʼ arma. (Mikea 4:3) Se tneħħi wkoll lin-nies ħżiena li ma jridux jieqfu jiġġieldu u li jweġġgħu lil oħrajn. (Salm 37:​9, 10) Kull raġel, mara, tifel u tifla, se jħossuhom safe kull fejn ikunu fid-dinja.—Eżekjel 34:28.

Meta l-gvern t’Alla se jmexxi fuq l-art, in-nies se jkollhom l-aqwa ħajja possibbli. Dan se jneħħi għalkollox il-problemi li jġiegħlu lin-nies jiġġieldu, bħall-faqar, il-ġuħ, u għax ma jkollhomx post fejn joqogħdu. Kulħadd se jkollu ikel sustanzjuż u tajjeb, u dar komda fejn jgħix.—Salm 72:16; Isaija 65:​21-23.

Il-gvern t’Alla se jneħħi kull ħsara li ġabu l-gwerer. Dan jinkludi wġigħ fiżiku u emozzjonali, u problemi mentali li n-nies jibqgħu jbatu bihom wara. Anki dawk li mietu se jiġu rxoxtati u jerġgħu jgħixu hawn fuq l-art. (Isaija 25:8; 26:19; 35:​5, 6) Il-familji se jerġgħu jingħaqdu flimkien u mhux se jibqgħu jiftakru l-memorji koroh tal-passat għax “Alla se jneħħi l-affarijiet kollha li ġegħluna nbatu.”—Rivelazzjoni 21:4.

AllA SE JNEĦĦI D-DNUB

Meta s-Saltna t’Alla se tkun qed tmexxi għal fuq l-art, in-nies kollha se jqimu l-uniku Alla veru, Ġeħovac, “l-Alla li jħobb u jagħti l-paċi.” (2 Korintin 13:11) In-nies se jitgħallmu jgħixu flimkien fil-paċi. (Isaija 2:​3, 4; 11:9) Dawk li jobdu lil Alla mhux se jibqgħu jagħmlu dnubiet, imma se jsiru perfetti.—Rumani 8:​20, 21.

AllA SE JEQRED LIL-SATANA U D-DEMONJI TIEGĦU

Is-Saltna t’Alla se teqred lil dawk li jinfluwenzaw lin-nies biex jaqilgħu l-gwerer, li huma Satana u d-demonji tiegħu. (Rivelazzjoni 20:​1-3, 10) Mingħajr l-influwenza ħażina tagħhom, “il-paċi se tibqaʼ tiżdied.”—Salm 72:7.

Tistaʼ tkun ċert li l-wegħda t’Alla li jwaqqaf il-gwerer se tiġri żgur. Hu għandu l-abbiltà u x-xewqa li jwaqqafhom.

  • Alla għandu l-għerf u l-qawwa biex iwaqqaf il-gwerer u l-vjolenza. (Ġob 9:4) Għalih xejn mhu impossibbli.—Ġob 42:2.

  • Alla jobgħod jara lin-nies ibatu. (Isaija 63:9) U anki “jobgħod lil kull min iħobb il-vjolenza.”—Salm 11:5.

  • Alla dejjem iżomm kelmtu; hu ma jistax jigdeb.—Isaija 55:​10, 11; Titu 1:2.

Fil-futur se jġib paċi li tibqaʼ għal dejjem.

Familja ferħana flimkien waqt li qegħdin bilqiegħda fuq għolja fil-ġenna tal-art. Fil-viċin hemm xi żwiemel jieklu l-ħaxix.

Alla se jwaqqaf il-gwerer

Alla għala ppermetta l-gwerer?

Alla għala ħalla l-gwerer jibqgħu għaddejjin sal-lum? Biex tkun taf it-tweġiba, ara l-vidjow Alla Għala Jippermetti t-Tbatija? fuq jw.org.

a Aqra l-artiklu “X’inhi l-battalja t’Armageddon?” fuq jw.org.

b Ara l-vidjow X’Inhi s-Saltna t’Alla? fuq jw.org.

c Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja