Ġob
29 U Ġob reġaʼ lissen il-kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:
2 “Mhux li kont bħal fix-xhur qamrin taʼ żmien twil ilu,+
Bħal fil-jiem meta Alla kien iħarisni;+
3 Meta ġiegħel il-musbieħ tiegħu jiddi fuq rasi,
Meta kont nimxi fid-dlam bid-dawl tiegħu;+
4 Bħalma kont inkun f’jiem żgħożiti,+
Meta Alla kien ħabib intimu tiegħi u kien fit-tinda tiegħi;+
5 Meta Dak li Jistaʼ Kollox kien għadu miegħi,
Meta kont imdawwar bil-qaddejja kollha tiegħi!
6 Meta kont naħsel saqajja fil-baqta,
U l-blata kienet issawwabli gliegel taʼ żejt;+
7 Meta kont noħroġ lejn bieb il-belt,+
Fil-pjazza kont nipprepara fejn noqgħod bil-qiegħda!+
8 Is-subien kienu jarawni u jinħbew,
U saħansitra dawk imdaħħlin fiż-żmien kienu jqumu, joqogħdu bil-wieqfa.+
11 Għax il-widna kienet tismagħni u kienet tgħid li jien hieni,
U l-għajn kienet tarani u tixhed għalija.
12 Għax kont neħles lill-magħkus li kien jgħajjat għall-għajnuna,+
U lit-tifel bla missier u lil kulmin ma kellux min jgħinu.+
14 Is-sewwa kont nilbes, u dan kien ilibbisni.+
Il-ġustizzja tiegħi kienet bħal libsa bla kmiem—u turbant.
17 Lil min jagħmel il-ħażin kont inkissirlu l-għadam tax-xedaq,+
U minn bejn snienu naħtaflu l-priża.
20 Il-glorja tiegħi tiġġedded miegħi,
U l-qaws tiegħi f’idi nisparah darba wara l-oħra.’