Salmi
Taʼ David. Melodija.
110 Din hi l-kelma taʼ Ġeħova lill-Mulej tiegħi:+
“Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi+
Sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”+
2 Ġeħova se jibgħat ix-xettru+ qawwi tiegħek minn Sijon,+ u jgħid:
“Mur rażżan f’nofs l-għedewwa tiegħek.”+
3 Niesek+ se joffru lilhom infushom minn rajhom+ f’jum il-qawwa militari tiegħek.+
Imżejjen bil-qdusija,+ minn ġuf iż-żerniq,
Int għandek truppi taʼ żgħażagħ bħall-qtar tan-nida.+