Proverbji
8 M’huwiex l-għerf isejjaħ il-ħin kollu,+ u m’huwiex id-dixxerniment isemmaʼ leħnu kontinwament?+ 2 Sab postu fuq il-quċċata taʼ l-għoljiet,+ ħdejn it-triq, f’salib it-toroq. 3 Ħdejn il-bibien, fid-daħla tal-belt,+ fid-daħla taʼ l-entraturi jibqaʼ jgħajjat bl-leħen għoli:+
4 “Lilkom, O bnedmin, qed insejjaħ, u leħni huwa għal ulied il-bnedmin.+ 5 O wħud bla esperjenza, ifhmu l-prudenza;+ u intom l-istupidi, iksbu qalb li tifhem.+ 6 Isimgħu, għax dwar l-iktar affarijiet importanti nitkellem,+ u xofftejja jinfetħu dwar dak li hu rett.+ 7 Għax fommi jgħid il-verità b’ton baxx;+ u l-ħażen huwa xi ħaġa mistkerrha għal xofftejja.+ 8 Il-kliem kollu taʼ fommi huwa fis-sewwa.+ M’hemm xejn imdawwar jew mgħawweġ fih.+ 9 Kollu dritt għal min għandu d-dixxerniment, u rett għal dawk li jsibu l-għarfien.+ 10 Aċċettaw id-dixxiplina tiegħi u mhux il-fidda, u l-għarfien minflok l-aqwa deheb.+ 11 Għax l-għerf aħjar mill-qroll,+ u l-affarijiet l-oħrajn kollha li wieħed jitgħaxxaq bihom ma jiswewx daqsu.+
12 “Jien, l-għerf, għext mal-prudenza+ u għandi l-għarfien u l-abbiltà li naħseb.+ 13 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jfisser li tobgħod il-ħażen.+ Is-suppervja u l-kburija+ u t-triq il-ħażina u l-fomm li jgħid affarijiet imħassrin+ jien bgħadthom. 14 Jien għandi l-pariri+ u l-għaqal.*+ Jien għandi l-abbiltà li nifhem;+ jien għandi s-setgħa.+ 15 Bija s-slaten jibqgħu jsaltnu, u l-uffiċjali għoljin jibqgħu joħorġu digrieti ġusti.+ 16 Bija l-prinċpijiet jibqgħu jaħkmu,+ u n-nobbli kollha jiġġudikaw bis-sewwa.+ 17 Lil dawk li jħobbuni jien inħobbhom,+ u dawk li jfittxuni jsibuni.+ 18 Miegħi hemm l-għana u l-glorja,+ il-valuri li jintirtu u s-sewwa.+ 19 Il-frott tiegħi aħjar mid-deheb, saħansitra mid-deheb irfinut, u l-prodotti tiegħi aħjar mill-aqwa fidda.+ 20 Fil-mogħdija tas-sewwa nimxi,+ f’nofs it-toroq tal-ġustizzja,+ 21 biex nagħti lil dawk li jħobbuni affarijiet taʼ valur;+ u nżommilhom l-imħażen tagħhom mimlijin.+
22 “Ġeħova nissilni bħala l-bidu taʼ l-attività kreattiva tiegħu,+ l-eqdem għemil tiegħu taʼ żmien twil ilu.+ 23 Ili li ġejt stabbilit minn żmien indefinit,*+ mill-bidu, minn żminijiet qabel l-art.+ 24 Meta ma kienx hemm ilmijiet fondi, jien twilidt bħallikieku bl-uġigħ tal-ħlas,+ meta ma kienx hemm nixxigħat mimlijin b’ħafna ilma. 25 Qabel ma twaqqfu l-muntanji,+ qabel l-għoljiet, jien twilidt bħallikieku bl-uġigħ tal-ħlas, 26 meta kien għadu m’għamilx l-art+ u l-postijiet fil-beraħ u l-ewwel ċapep taʼ trab taʼ l-art produttiva.+ 27 Hemmhekk kont meta ħejja s-smewwiet;+ meta stabbilixxa b’digriet ċirku fuq wiċċ l-ilmijiet fondi,+ 28 meta għamel fis-sod il-mases taʼ sħab hemm fuq,+ meta saħħaħ l-għejun taʼ l-ilmijiet fondi,+ 29 meta għamel id-digriet tiegħu għall-baħar li l-ilmijiet m’għandhomx jaqbżu l-ordni tiegħu,+ meta stabbilixxa s-sisien taʼ l-art,+ 30 kont maġenbu bħala ħaddiem tas-sengħa,+ u kien jgħożżni b’mod speċjali+ jum wara l-ieħor, u kont nieħu pjaċir quddiemu l-ħin kollu,+ 31 nieħu pjaċir bil-ħamrija produttiva taʼ l-art tiegħu,+ u l-affarijiet li kont ngħożż kienu marbutin maʼ wlied il-bnedmin.+
32 “U issa, O wliedi, isimgħu minni; iva, henjin dawk li jżommu triqati.+ 33 Isimgħu mid-dixxiplina u siru għorrief,+ u tittraskuraw xejn.+ 34 Hieni l-bniedem li qed jismaʼ minni billi jum wara l-ieħor jibqaʼ mqajjem wara biebi, billi joqgħod għassa ħdejn il-koxox taʼ biebi.+ 35 Għax min isibni jsib il-ħajja,+ u jikseb l-approvazzjoni taʼ Ġeħova.+ 36 Imma min jonqos li jsibni jkun qed jaġixxi bi vjolenza miegħu nnifsu;+ dawk kollha li jobogħduni jħobbu l-mewt.”+