Ġona
3 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġona għat-tieni darba, tgħid:+ 2 “Qum, mur Ninwe l-belt il-kbira, u xandrilha+ dan li qed ngħidlek.”
3 Għalhekk, Ġona qam u mar Ninwe fi qbil mal-kelma taʼ Ġeħova.+ Issa Ninwe kienet belt kbira anki f’għajnejn Alla,+ b’distanza taʼ tlett ijiem mixi min-naħa għall-oħra. 4 U Ġona daħal fil-belt u meta kien mexa distanza taʼ jum qabad ixandar u jgħid: “Erbgħin jum ieħor biss, u Ninwe taqaʼ.”+
5 U n-nies taʼ Ninwe bdew ipoġġu l-fidi f’Alla,+ u ddikjaraw sawma u libsu l-ilbies taʼ l-ixkora,+ mill-akbar sa l-iżgħar wieħed minnhom. 6 Meta l-kelma waslet għand is-sultan taʼ Ninwe,+ dan qam minn fuq it-tron tiegħu u neħħa l-libsa uffiċjali tiegħu minn fuqu u tgħatta bl-ilbies taʼ l-ixkora u poġġa fuq l-irmied.+ 7 Iktar minn hekk, ħareġ proklama, u ordna li tixxandar f’Ninwe, skond id-digriet tas-sultan u tal-kbarat tiegħu, li tgħid:
“Ebda bniedem u ebda annimal domestiku, ebda merħla baqar u ebda merħla nagħaġ m’għandha dduq xi ħaġa. Ħadd minnhom m’għandu jiekol. Lanqas għandhom jixorbu ilma.+ 8 U ħa jitgħattew bl-ixkora, il-bniedem u l-annimal domestiku; u ħa jsejħu lil Alla b’saħħa u jerġgħu lura,+ kull wieħed minn triqtu l-ħażina u mill-vjolenza taʼ idejhom. 9 Min jaf jekk l-Alla l-veru jaġixxix differenti u jiddispjaċih+ u jreġġaʼ lura r-rabja taħraq tiegħu, u b’hekk ma ngħibux?”+
10 U l-Alla l-veru ra l-għemejjel tagħhom,+ li kienu daru lura minn triqithom il-ħażina;+ u b’hekk l-Alla l-veru ddispjaċieh+ mill-gwaj li kien qal li se jġib fuqhom; u ma ġabux.+