Ġwanni
15 “Jien id-dielja vera,+ u Missieri l-bidwi.+ 2 Kull fergħa fija li ma tagħtix frott ineħħiha,+ u kull waħda li tagħti l-frott inaddafha,*+ biex tagħti iktar frott.+ 3 Intom diġà nodfa minħabba l-kelma li għedtilkom.+ 4 Ibqgħu f’unjoni miegħi, u jien nibqaʼ f’unjoni magħkom.+ Bħalma l-fergħa ma tistax tagħti frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, bl-istess mod lanqas intom ma tagħtu frott jekk ma tibqgħux f’unjoni miegħi.+ 5 Jien id-dielja u intom il-friegħi. Min jibqaʼ f’unjoni miegħi, u jien f’unjoni miegħu, jagħti ħafna frott;+ għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. 6 Jekk xi ħadd ma jibqax f’unjoni miegħi, jintrema bħal fergħa u jinxef; u n-nies jiġbru dawk il-friegħi u jitfgħuhom fin-nar biex jinħarqu.+ 7 Jekk tibqgħu f’unjoni miegħi u kliemi jibqaʼ fikom, itolbu kulma tixtiequ u jsirilkom.+ 8 Missieri hu glorifikat b’dan, li tibqgħu tagħtu ħafna frott u turu li intom dixxipli tiegħi.+ 9 Bħalma l-Missier ħabb lili+ u jien ħabbejt lilkom, ibqgħu fi mħabbti. 10 Jekk tosservaw il-kmandamenti tiegħi,+ tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-kmandamenti tal-Missier+ u nibqaʼ fi mħabbtu.
11 “Dan għedthulkom, biex il-ferħ tiegħi jkun fikom u l-ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.+ 12 Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.+ 13 Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd jagħti ruħu għal ħbiebu.+ 14 Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nordnalkom.+ 15 Ma nsejħilkomx iktar ilsiera, għax ilsir ma jafx x’jagħmel sidu. Imma sejjaħtilkom ħbieb,+ għax kulma smajt mingħand Missieri għarrafthulkom.+ 16 M’għażiltunix intom, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru u tibqgħu tagħtu l-frott+ u l-frott tagħkom jibqaʼ; sabiex kulma titolbu lill-Missier f’ismi jagħtihulkom.+
17 “Dan nordnalkom, li tħobbu lil xulxin.+ 18 Jekk id-dinja tobgħodkom, tafu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.+ 19 Kieku kontu parti mid-dinja, id-dinja kienet tkun ferħana b’dak li hu tagħha.+ Issa għax m’intomx parti mid-dinja,+ imma għażiltkom mid-dinja, minħabba f’hekk tobgħodkom id-dinja.+ 20 Żommu f’moħħkom il-kliem li għedtilkom, Ilsir mhux akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, jippersegwitaw lilkom ukoll;+ jekk osservaw kelmti, josservaw tagħkom ukoll. 21 Imma jagħmlu dan kollu kontrikom minħabba ismi, għax ma jafux lil dak li bagħatni.+ 22 Kieku ma ġejtx u kellimthom, ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa m’għandhom ebda skuża għal dnubhom.+ 23 Min jobgħod lili jobgħod ukoll lil Missieri.+ 24 Kieku m’għamiltx fosthom l-għemejjel li ħadd qatt m’għamel,+ ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa raw u bagħdu kemm lili kif ukoll lil Missieri.+ 25 Imma dan ġara biex jitwettaq dak li hemm miktub fil-Liġi tagħhom, ‘Bagħduni għalxejn.’+ 26 Meta jasal l-ajjutant li nibagħtilkom mingħand il-Missier,+ l-ispirtu tal-verità, li joħroġ mingħand il-Missier, hu jixhed dwari;+ 27 u intom, ukoll, tridu tixhdu,+ għax kontu miegħi minn meta bdejt.