1 Korintin
10 Issa ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti, li missirijietna kienu lkoll taħt is-sħaba+ u lkoll qasmu l-baħar+ 2 u lkoll tgħammdu f’Mosè+ permezz tas-sħaba u tal-baħar; 3 u lkoll kielu l-istess ikel spiritwali+ 4 u lkoll xorbu l-istess xorb spiritwali.+ Għax kienu jixorbu mill-blata+ spiritwali li kienet timxi warajhom, u din il-blata+ kienet tirrappreżenta lill-Kristu.+ 5 Minkejja dan, Alla m’esprimiex l-approvazzjoni tiegħu lejn il-biċċa l-kbira minnhom,+ għax waqgħu mejtin+ fix-xagħri.
6 Issa dan sar b’eżempju għalina, biex ma nixtiqux affarijiet taʼ ħsara,+ bħalma xtaqu huma. 7 Lanqas insiru idolatri, kif saru xi wħud minnhom;+ bħalma hu miktub: “In-nies qagħdu bil-qiegħda jieklu u jixorbu; imbagħad qamu jixxalaw.”+ 8 Lanqas nipprattikaw iż-żína, kif żnew xi wħud minnhom,+ u spiċċaw biex waqgħu mejtin, tlieta u għoxrin elf minnhom f’jum wieħed.+ 9 Lanqas ngħaddu lil Ġeħova minn prova,+ kif għaddewh minn prova xi wħud minnhom,+ u spiċċaw biex inqerdu bis-sriep.+ 10 Lanqas ingergru, kif gergru xi wħud minnhom,+ u spiċċaw biex inqerdu mill-qerried.+ 11 Issa dan kollu ġralhom b’eżempju, u nkiteb bħala twissija+ għalina li fuqna wasal it-tmiem tas-sistemi.+
12 Għaldaqstant, min jaħseb li hu wieqaf ħa joqgħod attent li ma jaqax.+ 13 Ebda tentazzjoni ma ġiet fuqkom ħlief dik li tiġi fuq il-bnedmin kollha.+ Imma Alla hu leali,*+ u ma jħallikomx tiġu ttantati iktar milli tifilħu,+ imma mat-tentazzjoni jiftħilkom ukoll it-triq+ sabiex tkunu tistgħu tissaportuha.
14 Għalhekk, maħbubin tiegħi, aħarbu+ mill-idolatrija.+ 15 Qed nitkellem bħallikieku maʼ nies li għandhom id-dixxerniment;+ iġġudikaw intom stess dak li ngħid. 16 Il-kies+ tal-barka li nbierku, m’huwiex sehem mid-demm tal-Kristu? Il-ħobża li naqsmu,+ m’hijiex sehem mill-ġisem tal-Kristu?+ 17 Peress li hemm ħobża waħda, aħna ġisem wieħed,+ għalkemm ħafna,+ għax ilkoll qed nieklu minn din il-ħobża waħda.+
18 Ħarsu lejn Israel li hu skond il-laħam:+ Dawk li jieklu s-sagrifiċċji ma jiħdux sehem maʼ l-artal?+ 19 Allura, xi rrid ngħid? Li dak li hu sagrifikat lil xi idolu hu xi ħaġa, jew li idolu hu xi ħaġa?+ 20 Le; imma li dak li jissagrifikaw il-ġnus, jissagrifikawh lid-demonji+ u mhux lil Alla; u ma rridkomx tieħdu sehem mad-demonji.+ 21 Ma tistgħux tixorbu l-kies taʼ Ġeħova+ u l-kies tad-demonji; ma tistgħux tieħdu sehem mill-“mejda taʼ Ġeħova”+ u mill-mejda tad-demonji. 22 Jew “qed inqanqlu lil Ġeħova għall-għira”?*+ M’aħniex iktar b’saħħitna+ minnu, hux hekk?
23 Kollox hu permess; iżda mhux kollox hu vantaġġuż.+ Kollox hu permess;+ imma mhux kollox jibni.+ 24 Ħalli ħadd ma jibqaʼ jfittex dak li jaqbel lilu,+ imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.+
25 Ibqgħu kulu kulma jinbiegħ f’suq tal-laħam,+ u tagħmlux mistoqsijiet minħabba l-kuxjenza tagħkom;+ 26 għax “taʼ Ġeħova+ l-art u kulma fiha.”+ 27 Jekk jistidinkom xi ħadd li ma jemminx u tixtiequ tmorru, kulu kulma jitqiegħed quddiemkom,+ u tagħmlux mistoqsijiet minħabba l-kuxjenza tagħkom.+ 28 Imma jekk xi ħadd jgħidilkom: “Dan kien offrut bħala sagrifiċċju,” tiklux minħabba dak li qalilkom b’dan u minħabba l-kuxjenza.+ 29 Irrid ngħid, mhux “il-kuxjenza” tiegħek imma dik taʼ l-ieħor. Għax il-libertà tiegħi għala għandha tiġi ġudikata mill-kuxjenza taʼ ħaddieħor?+ 30 Jekk qed niekol b’radd il-ħajr, għala għandhom imaqdruni għal dak li rrodd ħajr għalih?+
31 Għalhekk, jekk tieklu jew tixorbu jew tagħmlu xi ħaġa oħra, agħmlu kollox għall-glorja t’Alla.+ 32 Tkunux taʼ tfixkil+ għal-Lhud kif ukoll għall-Griegi u għall-kongregazzjoni t’Alla, 33 saħansitra bħalma jien qed nogħġob lil kulħadd f’kollox,+ billi ma nfittixx dak li jaqbel lili+ imma dak li jaqbel lil ħafna, sabiex jiġu salvati.+