Rivelazzjoni
14 U rajt, u, ara, il-Ħaruf+ wieqaf fuq il-Muntanja Sijon,+ u miegħu kien hemm mija u erbgħa u erbgħin elf+ li kellhom ismu u isem Missieru+ miktubin fuq ġbinhom. 2 U smajt ħoss ġej mis-sema bħall-ħoss taʼ ħafna ilmijiet+ u bħall-ħoss taʼ ragħad qawwi; u l-ħoss li smajt kien bħal taʼ kantanti li jakkumpanjaw lilhom infushom u jdoqqu l-arpi tagħhom.+ 3 U kienu qed ikantaw+ bħal għanja ġdida+ quddiem it-tron u quddiem l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ u l-anzjani;+ u ħadd ma setaʼ jitgħallem dik l-għanja ħlief il-mija u erbgħa u erbgħin elf+ li nxtraw+ mill-art. 4 Dawn huma dawk li ma tniġġsux man-nisa;+ fil-fatt, huma safjin.*+ Dawn huma dawk li jibqgħu mexjin wara l-Ħaruf kulfejn imur.+ Dawn inxtraw+ minn fost il-bnedmin bħala l-ewwel frott+ għal Alla u għall-Ħaruf, 5 u ebda gidba ma nstabet f’fommhom;+ huma bla difett.+
6 U rajt anġlu ieħor itir f’nofs is-sema,+ u kellu aħbar tajba+ taʼ dejjem biex ixandarha bħala bxara taʼ ferħ lil dawk li jgħammru fuq l-art, u lil kull ġens u tribù u lsien u poplu,+ 7 u qal b’leħen għoli: “Ibżgħu minn Alla+ u agħtuh glorja,+ għax waslet is-siegħa biex jagħmel il-ġudizzju,+ u għalhekk qimu lil Dak li għamel+ is-sema u l-art u l-baħar u l-għejun taʼ l-ilmijiet.”+
8 Imbagħad ġie anġlu ieħor, it-tieni wieħed, u qal: “Waqgħet! Waqgħet+ Babilonja+ l-Kbira, dik li ġiegħlet lill-ġnus kollha jixorbu mill-inbid+ tar-rabja, l-inbid taż-żína tagħha!”+
9 Imbagħad ġie warajhom anġlu ieħor, it-tielet wieħed, u qal b’leħen għoli: “Min iqim il-bhima salvaġġa+ u x-xbieha tagħha,+ u jirċievi marka fuq ġbinu jew fuq idu,+ 10 jixrob hu wkoll mill-inbid tar-rabja t’Alla li jitferraʼ, mhux imħallat, fil-kies tal-korla tiegħu,+ u jiġi turmentat+ bin-nar u l-kubrit+ quddiem l-anġli mqaddsa u quddiem il-Ħaruf. 11 U d-duħħan tat-turment tagħhom jitlaʼ għal dejjem taʼ dejjem,+ u lejl u nhar m’għandhomx mistrieħ, dawk li jqimu l-bhima salvaġġa u x-xbieha tagħha, u kulmin jirċievi l-marka+ taʼ isimha. 12 Hawn hu fejn jeħtieġu s-sabar il-qaddisin,+ dawk li josservaw il-kmandamenti t’Alla+ u l-fidi+ taʼ Ġesù.”
13 U smajt leħen ġej mis-sema jgħidli: “Ikteb: Henjin dawk li jmutu+ f’unjoni mal-Mulej+ minn dan iż-żmien ’il quddiem.+ Iva, jgħid l-ispirtu, ħa jistrieħu mit-taħbit tagħhom, għax dak li għamlu jmur dritt magħhom.”
14 U rajt, u, ara, sħaba bajda, u fuq is-sħaba xi ħadd bil-qiegħda bħal bin il-bniedem,+ b’kuruna tad-deheb+ fuq rasu u minġel misnun f’idu.
15 U ħareġ anġlu ieħor mis-santwarju tat-tempju, u għajjat b’leħen għoli lil dak li kien bil-qiegħda fuq is-sħaba: “Daħħal il-minġel tiegħek u aħsad,+ għax waslet is-siegħa biex tibda taħsad, għax il-prodott+ taʼ l-art misjur għalkollox.”+ 16 U dak li kien bil-qiegħda fuq is-sħaba medd il-minġel tiegħu lejn l-art, u l-art sarilha l-ħsad.
17 U ħareġ anġlu ieħor mis-santwarju tat-tempju li qiegħed fis-sema,+ u hu wkoll kellu minġel misnun.
18 U ħareġ jerġaʼ anġlu ieħor mill-artal u kellu awtorità fuq in-nar.+ U għajjat b’leħen għoli lil dak li kellu l-minġel misnun u qallu: “Daħħal il-minġel misnun tiegħek u aqtaʼ l-għenieqed tad-dielja taʼ l-art,+ għax l-għeneb tagħha sar.” 19 U l-anġlu+ medd il-minġel tiegħu lejn l-art u qataʼ d-dielja+ taʼ l-art, u tefagħha fil-magħsar taʼ l-inbid il-kbir tar-rabja t’Alla.+ 20 U l-magħsar taʼ l-inbid intgħasar barra l-belt,+ u mill-magħsar ħareġ demm m’ogħla l-ilġiem taż-żwiemel,+ fuq medda t’elf u sitt mitt stadju.+