Isaija
21 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra d-deżert li qisu baħar:*
Ġej diżastru bħal riħ taʼ tempesta li se jkaxkar min-Nofsinhar,
Minn deżert, minn pajjiż tal-biżaʼ.
2 Jien rajt viżjoni li tbeżżaʼ:
Dak li jqarraq, qed iqarraq,
U dak li jeqred, qed jeqred.
Itlaʼ, Għelam! Assedja, Medja!
Jien se nwaqqaf it-tbatija kollha li ġabet* fuq in-nies.
3 Hu għalhekk li qed inbati ħafna.*
Għandi wġigħ f’daqqa,
Bħal taʼ mara li qed twelled.
Jien inkwetat wisq biex nismaʼ;
U mħawwad wisq biex nara.
4 Qalbi qed tgħaġġel; jien qed nirtogħod bil-biżaʼ.
Il-ħin taʼ bejn inżul ix-xemx u d-dlam li tant kont inħobb qed iwerwirni.
5 Armaw il-mejda u rranġaw is-siġġijiet!
Kulu u ixorbu!
Mexxejja, qumu u idilku t-tarka* biż-żejt.
6 Għax Ġeħova qalli:
“Poġġi lil xi ħadd għassa biex jgħidlek dak li jara.”
Hu qagħad għassa u kien attent ħafna.
8 Imbagħad bħal iljun, għajjat:
“Ġeħova, jien qiegħed fuq it-torri tal-għassa l-ġurnata kollha,
U kull lejl inkun fil-post tal-għassa.
9 Qed nara ġejjin
Irġiel fuq karru tal-gwerra b’żewġt iżwiemel!”
Imbagħad qal b’leħen għoli:
“Waqgħet! Waqgħet Babilonja!
L-istatwi minquxin kollha tal-allat tagħha qegħdin imfarrkin mal-art!”
10 Poplu tiegħi li ġejt midrus bħaċ-ċereali,*
Il-prodott* tal-post tiegħi fejn jiġu sseparati ċ-ċereali,*
Jien għedtlek dak li smajt mingħand Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael.
11 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Duma:*
Xi ħadd qed jgħajjatli mis-Segħir:
“Għassies, kemm se jdum biex jisbaħ?
Għassies, kemm se jdum biex jisbaħ?”
12 L-għassies iwieġeb:
“Filgħodu jrid jiġi, u l-lejl ukoll.
Jekk intom tridu tistaqsu, staqsu.
Erġgħu ejjew!”
13 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra d-deżert:*
Grupp taʼ nies minn Dedan li qed tivvjaġġaw,
Intom se tqattgħu l-lejl fil-foresta li hemm fid-deżert.
14 Nies li toqogħdu fil-pajjiż taʼ Tema,
Ġibu l-ilma għal min hu bil-għatx
U ħobż għal dawk li qed ifittxu post taʼ protezzjoni.
16 Għax Ġeħova qalli: “Fi żmien sena, bħall-perjodu taʼ żmien taʼ ħaddiem mikri,* il-glorja kollha taʼ Kedar se tiġi fix-xejn. 17 Dawk li jifdal mill-gwerriera taʼ Kedar li jużaw il-qaws se jkunu ftit, għax dan qalu Ġeħova l-Alla t’Iżrael.”