Proverbji 3:8 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 8 Ħa jkun dan fejqan+ għal żokortok u saħħa għal għadmek.+ Proverbji 4:22 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 22 Għaliex huwa ħajja għal dawk li jsibuh+ u saħħa għal ġisimhom kollu.+ Proverbji 12:18 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 18 Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf,+ imma lsien l-għorrief hu fejqan.+ Proverbji 17:22 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 22 Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq,+ imma spirtu mdejjaq inixxef l-għadam.+