13 U ġara li l-għada Mosè qagħad bil-qiegħda bħas-soltu biex jaqdi bħala mħallef għan-nies,+ u n-nies baqgħu quddiem Mosè minn fil-għodu sa fil-għaxija.
27 Kollox ngħatali minn Missieri,+ u ħadd ma jaf għalkollox lill-Iben ħlief il-Missier,+ u lanqas ħadd ma jaf għalkollox lill-Missier ħlief l-Iben u kulmin l-Iben lest li jirrivelahulu.+
31 Għax hu stabbilixxa jum li fih bi ħsiebu jiġġudika+ l-art abitata fis-sewwa permezz taʼ bniedem li ħatar, u ta garanzija lill-bnedmin kollha billi rxoxtah+ mill-imwiet.”
10 Għax ilkoll irridu nidhru quddiem it-tron tal-ġudizzju tal-Kristu,+ biex kull wieħed jieħu ħlasu għal dak li għamel permezz tal-ġisem, skond dak li jkun ipprattika, sew jekk tajjeb u sew jekk ħażin.+