146 Faħħru lil Jah!+
Faħħar lil Ġeħova, O ruħi.+
2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova matul ħajti.+
Se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.+
3 Tpoġġux il-fiduċja tagħkom fin-nobbli,+
Lanqas f’bin il-bniedem, li ma jistaʼ jsalva lil ħadd.+
4 L-ispirtu tiegħu joħroġ,+ u hu jerġaʼ lura lejn l-art;+
Dakinhar ħsibijietu jgħibu.+
5 Hieni min għandu lill-Alla taʼ Ġakobb bħala l-għajnuna tiegħu,+
Li t-tama tiegħu hi f’Ġeħova Alla tiegħu,+
6 Dak li għamel is-sema u l-art,+
Il-baħar, u kulma fihom,+
Dak li jżomm il-verità tiegħu għal dejjem,+
7 Dak li jwettaq il-ġudizzju għal min jiġi imbroljat,+
Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ.+
Ġeħova qed jeħles lill-marbutin.+
8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn l-għomja;+
Ġeħova qed iqajjem lill-imtaqqlin;+
Ġeħova jħobb lill-ġusti.+
9 Ġeħova qed iħares lir-residenti barranin;+
Iserraħ lit-tifel bla missier u lill-armla,+
Imma jgħawweġ+ triq+ in-nies mill-agħar.
10 Ġeħova se jkun sultan għal dejjem,+
Alla tiegħek, O Sijon, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
Faħħru lil Jah!+