Luqa
6 Issa, darba f’jum is-Sabat, inzerta li kien għaddej minn qalb l-għelieqi miżrugħin bil-qamħ, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul,+ jogħrkuh f’idejhom,+ u jikluh. 2 Għal dan, xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Għala qed tagħmlu dak li skond il-liġi+ ma tistgħux tagħmluh f’jum is-Sabat?”+ 3 Imma Ġesù wieġeb u qalilhom: “Qatt ma qrajtu dak li għamel David+ meta hu u l-irġiel li kienu miegħu qabadhom il-ġuħ?+ 4 Kif hu daħal fid-dar t’Alla u ngħata l-ħobż tal-preżentazzjoni+ u kiel u ta minnu lill-irġiel li kienu miegħu, ħobż li skond il-liġi ħadd ma jistaʼ jieklu ħlief il-qassisin?”+ 5 U kompla jgħidilhom: “Bin il-bniedem hu s-Sid tas-Sabat.”+
6 Darb’oħra, meta reġaʼ kien is-Sabat,+ daħal fis-sinagoga u beda jgħallem. U kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa.+ 7 Issa l-iskribi u l-Fariżej kienu għassa tiegħu+ biex jaraw jekk kienx se jfejjaq f’jum is-Sabat, sabiex isibu xi mod kif jakkużawh.+ 8 Madankollu, hu kien jaf kif kienu qed jirraġunaw,+ u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum u oqgħod fin-nofs.” U dan qam u ħareġ fin-nofs.+ 9 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Nistaqsikom, F’jum is-Sabat, x’tistaʼ tagħmel skond il-liġi, il-ġid+ jew id-deni, issalva ruħ jew teqridha?”+ 10 U wara li ħares lejhom ilkoll, qal lir-raġel: “Oħroġ idek.” Dan ħariġha, u idu reġgħet ġiet f’saħħitha.+ 11 Imma huma qabadhom ġenn sħiħ, u bdew jitkellmu bejniethom x’setgħu jagħmlu lil Ġesù.+
12 F’dawk il-jiem ħareġ lejn il-muntanja biex jitlob,+ u għamel lejl sħiħ jitlob lil Alla.+ 13 Imbagħad meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u għażel minn fosthom tnax, li semmiehom ukoll appostli:+ 14 Xmun, li semmieh ukoll Pietru,+ u ħuh Indrì, u Ġakbu u Ġwanni,+ u Filippu+ u Bartilmew, 15 u Mattew u Tumas,+ u Ġakbu bin Alfew, u Xmun li jgħidulu “ż-żeluż,”+ 16 u Ġuda bin Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li sar traditur.+
17 U niżel magħhom u qagħad f’wita, u kien hemm folla kbira dixxipli tiegħu, u ġiet kotra kbira taʼ nies+ minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u l-art taʼ Tir u Sidon ħdejn il-baħar biex jisimgħuh u jitfejqu mill-mard tagħhom.+ 18 Anki dawk li kienu mħabbtin bl-ispirti mhux nodfa kienu mfejqin. 19 U n-nies kollha kienu qed jipprovaw imissuh,+ għax minnu kienet ħierġa qawwa+ li kienet qed tfejjaqhom ilkoll.
20 U refaʼ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u beda jgħid:+
“Henjin intom il-foqra,+ għax tagħkom hi s-saltna t’Alla.
21 “Henjin intom li bħalissa bil-ġuħ,+ għax għad ikollkom bix-xabaʼ.+
“Henjin intom li bħalissa tibku, għax għad tidħqu.+
22 “Henjin intom kulmeta n-nies jobogħdukom,+ u kulmeta jwarrbukom u jmaqdrukom u jarmu+ isimkom bħala xi ħaġa ħażina minħabba Bin il-bniedem. 23 Thennew f’dak il-jum u aqbżu, għax, ara, il-premju tagħkom hu kbir fis-sema, għax l-istess kienu jagħmlu missirijiethom lill-profeti.+
24 “Imma gwaj għalikom intom l-għonja,+ għax qed tikkonslaw bis-sħiħ.+
25 “Gwaj għalikom li bħalissa għandkom bix-xabaʼ, għax għad tkunu bil-ġuħ.+
“Gwaj, intom li bħalissa tidħqu, għax għad titnikktu u tibku.+
26 “Gwaj, kulmeta n-nies kollha jitkellmu tajjeb dwarkom, għax hekk għamlu missirijiethom lill-profeti foloz.+
27 “Imma lilkom li qed tisimgħu ngħidilkom, Komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom,+ agħmlu l-ġid+ lil dawk li jobogħdukom, 28 bierku lil dawk li jisħtukom, itolbu għal dawk li qed jinsultawkom.+ 29 Lil min jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq naħa,+ offrilu n-naħa l-oħra wkoll; u min jiħodlok+ il-mantar, ħallih jiħodlok il-libsa wkoll. 30 Agħti lil kulmin jitolbok,+ u min jiħodlok l-affarijiet titlobhomlux lura.
31 “Ukoll, bħalma tridu li l-bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-istess lilhom.+
32 “U jekk tħobbu lil min iħobbkom, x’mertu għandkom? Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.+ 33 U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmlilkom il-ġid, tassew x’mertu għandkom? Il-midinbin ukoll jagħmlu l-istess.+ 34 U jekk tisilfu mingħajr imgħax+ lil min tittamaw li tirċievu mingħandu, x’mertu għandkom? Anki l-midinbin jisilfu mingħajr imgħax lil midinbin biex jieħdu lura daqskemm ikunu taw.+ 35 Għall-kuntrarju, komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom u agħmlu l-ġid u isilfu+ mingħajr imgħax, bla ma tittamaw li tirċievu xi ħaġa lura; u l-premju tagħkom ikun kbir, u tkunu wlied l-Iktar Għoli,+ għax hu qalbu tajba+ maʼ l-ingrati u l-ħżiena. 36 Komplu ħennu bħalma jħenn Missierkom.+
37 “Barra minn hekk, tibqgħux tiġġudikaw, u żgur ma tiġux ġudikati;+ u tibqgħux tikkundannaw, u żgur ma tiġux kundannati. Ibqgħu skużaw, u tiġu skużati.+ 38 Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.+ Iferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, marsus, mheżżeż, u mfawwar. Għax bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”+
39 Imbagħad qalilhom ukoll tixbiha: “Jistaʼ agħma jmexxi agħma ieħor? It-tnejn jaqgħu f’ħofra, mhux hekk?+ 40 Student m’huwiex fuq l-għalliem tiegħu, imma kulmin jiġi mgħallem b’mod perfett ikun bħall-għalliem tiegħu.+ 41 Għala, mela, tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk, imma ma tarax it-travu li hemm f’għajnek?+ 42 Kif tistaʼ tgħid lil ħuk, ‘Ħi, ħallini nneħħilek it-tibna li hemm f’għajnek,’ waqt li m’intix tħares lejn it-travu li għandek f’għajnek?+ Ipokrita! L-ewwel neħħi t-travu minn għajnek,+ u mbagħad tara ċar kif tneħħi t-tibna li hemm f’għajn ħuk.+
43 “Għax m’hemmx siġra tajba li tagħmel frott imħassar, bħalma m’hemmx siġra mħassra li tagħmel frott tajjeb.+ 44 Għax kull siġra tingħaraf mill-frott tagħha.+ Per eżempju, in-nies ma jiġbrux tin mix-xewk, lanqas ma jaqtgħu għeneb minn għollieqa.+ 45 Bniedem tajjeb joħroġ it-tajjeb mit-teżor tajjeb+ taʼ qalbu, imma l-ħażin joħroġ il-ħażin mit-teżor ħażin tiegħu; għax mill-abbundanza li jkollu f’qalbu jitkellem fommu.+
46 “Għala, mela, issejħuli ‘Mulej! Mulej!’ imma ma tagħmlux dak li ngħid?+ 47 Kulmin jiġi għandi u jismaʼ kliemi u jagħmlu, nurikom lil min jixbah:+ 48 Jixbah lil raġel li qed jibni dar u li ħaffer u niżel fil-fond u qiegħed il-pedament fuq il-blat. Għaldaqstant, meta għamel l-għargħar,+ ix-xmara ħabtet fuq dik id-dar, imma ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex theżżiżha, għax kienet mibnija sew.+ 49 Mill-banda l-oħra, min jismaʼ u ma jagħmilx,+ jixbah lil raġel li bena dar fuq l-art mingħajr pedament. Ix-xmara ħabtet fuqha, u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba+ kbira+ minn dik id-dar.”