Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David.
2 Agħti kasi u wiġibni.
L-inkwiet li għandi mhux qed iħallini norqod,
U qed inħossni mifxul
3 Minħabba dak li qed jgħid l-għadu tiegħi
U l-pressjoni tal-wieħed ħażin.
Għax huma jaqilgħuli l-inkwiet
U jittrattawni ħażin b’mibegħda.
4 Qalbi muġugħa,
U jien imwerwer minħabba l-mewt.
5 Jien nibżaʼ u nitriegħed;
It-twerwir jikkontrollani.
6 Jien inkompli ngħid: “Mank kelli ġwienaħ bħal taʼ ħamiema!
Kieku kont intir u noqgħod f’post taʼ protezzjoni.
7 Kieku naħrab ’il bogħod u ngħix fid-deżert. (Sela)
8 Kont ngħaġġel biex insib post taʼ kenn.
’Il bogħod mir-riħ qawwi u mill-maltempata.”
9 Ġeħova, ħawwadhom u fixkel il-pjanijiet tagħhom,
Għax jien rajt lin-nies jiġġieldu u jkunu vjolenti fil-belt.
10 Lejl u nhar huma jimxu fuq is-swar tagħha;
Fiha hemm ħażen u inkwiet.
11 Fiha hemm diżastru;
Fil-pjazza tagħha, in-nies dejjem jiġu maħqurin u mqarrqin.
12 Dak li qed jgħajjarni mhuwiex għadu tiegħi;
Kieku kont nissaportih.
Dak li ħadha kontrija mhuwiex wieħed li jobgħodni;
Kieku kont ninħeba minnu.
13 Imma hu bniedem bħali, li nistmah daqsi,
Il-ħabib tiegħi li naf sew.
14 Qabel konna ħbieb sew;
Konna nidħlu fid-dar t’Alla flimkien maʼ ħafna oħrajn.
15 Ħa jinqerdu l-għedewwa tiegħi!
Ħa jinżlu fil-Qabar* ħajjin;
Għax hemm il-ħażen fejn jgħixu u f’qalbhom.
16 Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħajjat lil Alla Ġeħova għall-għajnuna,
U hu se jsalvani.
17 Jien ninkwieta u nibki filgħodu, f’nofsinhar, u filgħaxija,
U hu jismagħni.
19 Alla, li ilu fuq it-tron minn żmien twil ilu,
Se jismaʼ u jaġixxi kontrihom. (Sela)
Għax huma, dawk li m’għandhomx rispett lejn* Alla,
Mhux se jkunu jridu jinbidlu.
21 Kliemu hu iktar artab mill-butir,
Imma f’qalbu hu lest li jiġġieled.
Kliemu tieħu pjaċir bih bħaż-żejt,
Imma fil-fatt jaqtaʼ daqs xabla.
22 Ħalli l-ansjetajiet tiegħek f’idejn Ġeħova,
U hu jgħinek.
Hu qatt mhu se jħalli lil wieħed ġust jaqaʼ.*
23 Imma int, Alla tiegħi, se tniżżel lill-ħżiena fl-iktar ħofra fonda.
Dawk li joqtlu u jqarrqu se jmutu qabel iż-żmien.
Imma jien se nafda fik.