Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.
122 Jien fraħt meta qaluli
Biex immorru fit-tempju taʼ Ġeħova.
2 Aħna morna hemm
U dħalna mill-bibien taʼ Ġerusalemm.
3 Ġerusalemm hi belt mibnija sew,
Magħquda u ħaġa waħda.
Dan għamluh biex jirringrazzjaw lil isem Ġeħova.
5 Għax hemmhekk tqiegħdu t-tronijiet għall-ġudizzju,
It-tronijiet ta’ dawk li jiġu minn David.
6 Itolbu li jkun hemm il-paċi f’Ġerusalemm.
Dawk li jħobbu lil din il-belt se jkunu protetti.
7 Jalla jibqgħu fil-paċi dawk li jgħixu ’l ġewwa mis-swar tagħha.
Jalla jkunu protetti dawk li jgħixu fit-torrijiet iffortifikati tagħha.
8 Peress li nħobb lil ħuti u lill-ħbieb tiegħi, se ngħid:
“Jalla n-nies tal-belt jgħixu fil-paċi.”
9 Peress li nħobb it-tempju taʼ Ġeħova l-Alla tagħna,
Jien nixtiqilha l-ġid il-belt.