LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 32
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • L-għanja taʼ Mosè (1-47)

        • Ġeħova, il-Blata (4)

        • Iżrael jinsa l-Blata tiegħu (18)

        • “Il-vendetta hi tiegħi” (35)

        • “Ġnus, ifirħu mal-poplu tiegħu” (43)

      • Mosè se jmut fuq il-Muntanja Nebo (48-52)

Dewteronomju 32:2

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    6/2020, p. 10

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    4/2016, pp. 31-32

Dewteronomju 32:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    6/2020, pp. 10-11

Dewteronomju 32:4

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Qrib Lejn Ġeħova, pp. 110-112

    Referenzi għall-Fuljett,

    7/2021, p. 4

    9/15/2004, p. 27

Dewteronomju 32:5

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Stenbaħ!,

    4/8/2002, p. 30

Dewteronomju 32:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “lir-razza umana.”

Dewteronomju 32:10

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 3/2024, p. 1

Dewteronomju 32:11

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/1/2001, p. 9

    6/15/2001, p. 26

Dewteronomju 32:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri lil Ġakobb.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/1/2001, p. 9

    6/15/2001, p. 26

Dewteronomju 32:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “max-xaħam taʼ.”

  • *

    Letteralment “max-xaħam tal-kilwa taʼ.”

  • *

    Jew “mill-meraq.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2004, p. 27

Dewteronomju 32:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ifisser “Wieħed Ġust,” titlu onorarju għal Iżrael.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 9/2021, p. 2

Dewteronomju 32:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ngħir.”

Dewteronomju 32:22

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “taʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 32:24

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “tar-rettilli.”

Dewteronomju 32:28

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “li ma jismax il-parir.”

Dewteronomju 32:29

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 35

    It-Torri tal-Għassa,

    7/1/1999, p. 32

Dewteronomju 32:36

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “jiddispjaċih għal.”

Dewteronomju 32:38

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “jieklu l-aqwa sagrifiċċji.”

Dewteronomju 32:43

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “inaddaf l-art.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1998),

    2/1/1998, pp. 12, 17

Dewteronomju 32:44

Noti taʼ Taħt

  • *

    L-isem oriġinali taʼ Ġożwè. Ħosegħa hu forma mqassra taʼ Ħosajja li jfisser “Salvat minn Jah; Jah Salva.”

Dewteronomju 32:46

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/15/2001, p. 19

Dewteronomju 32:47

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    4/15/2008, pp. 5-6

Dewteronomju 32:50

Noti taʼ Taħt

  • *

    Din hi espressjoni poetika li tirreferi għall-mewt.

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
  • 30
  • 31
  • 32
  • 33
  • 34
  • 35
  • 36
  • 37
  • 38
  • 39
  • 40
  • 41
  • 42
  • 43
  • 44
  • 45
  • 46
  • 47
  • 48
  • 49
  • 50
  • 51
  • 52
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 32:1-52

Dewteronomju

32 “Isma’ sema, u jien nitkellem,

U ħa tismaʼ l-art dak li ngħid jien.

 2 L-istruzzjoni tiegħi tinżel bħax-xita,

Kliemi joqtor bħan-nida,

Bħal irxiex fuq il-ħaxix

U bħal ħalbiet tax-xita spissi fuq il-ħdura.

 3 Għax jien se niddikjara l-isem taʼ Ġeħova.

Nitkellem dwar il-kobor tal-Alla tagħna!

 4 Hu l-Blata, dak li jagħmel hu perfett,

Għax triqatu kollha huma ġusti.

Hu Alla taʼ min jafdah li qatt mhu inġust;

Hu ġust u sewwa.

 5 Intom aġixxejtu b’mod mill-agħar.

M’intomx it-tfal tiegħu, it-tort hu tagħkom stess.

Intom ġenerazzjoni qarrieqa u mgħawġa!

 6 Hekk għandek tittrattah lil Ġeħova,

Poplu stupidu u bla għerf?

Mhuwiex hu Missierek li ħalqek,

Il-Wieħed li għamlek u saħħek?

 7 Ftakar f’jiem il-qedem;

Ikkunsidra s-snin tal-ġenerazzjonijiet tal-passat.

Staqsi lil missierek u jgħidlek;

Lil uħud imdaħħlin fiż-żmien u jinformawk.

 8 Meta l-Iktar Għoli ta lill-popli l-wirt tagħhom,

Meta fired lit-tfal t’Adam* minn xulxin,

Hu għamel il-fruntiera tal-popli

Skont kemm kienu t-tfal t’Iżrael.

 9 Għax sehem Ġeħova hu l-poplu tiegħu;

Ġakobb hu l-wirt tiegħu.

10 Hu sabu fid-deżert,

U f’deżert vojt, li fih kien jinstemaʼ l-għajjat.

Hu pproteġieh, ħa ħsiebu,

U ddefendieh bħall-mimmi t’għajnejh.

11 Bħalma ajkla tgħallem il-frieħ tagħha jtiru,

Ittir fuq il-frieħ tagħha,

Tiftaħ ġwinħajha, taqbadhom,

U ġġorrhom fuq ġwinħajha,

12 Ġeħova waħdu baqaʼ jmexxih;*

Ma kien hemm ebda alla barrani miegħu.

13 Hu rikkbu fuq il-postijiet għoljin tal-art,

U b’hekk kiel il-prodott tal-għelieqi.

Tah jiekol l-għasel mill-irdum

U ż-żejt minn blata taż-żnied,

14 Butir mill-merħla tal-baqar u ħalib mill-merħla tan-nagħaġ,

Flimkien mal-aqwa* nagħaġ,

U mtaten tal-Basan, u bdabad,

Flimkien mal-aqwa* qamħ;

U tah jixrob l-inbid mid-demm* tal-għeneb.

15 Meta Ġesurun* ħxien, hu rribella kontra sidu.

Hu ħxien, simen, u mtela.

Għalhekk, hu abbanduna lill-Alla li għamlu,

U stmerr il-Blata tas-salvazzjoni tiegħu.

16 Hu ġiegħlu jirrabja billi qiem allat barranin;

Beda joffendih b’affarijiet moqżieża.

17 Beda joffri sagrifiċċji lid-demonji, u mhux lil Alla,

Lill-allat li ma kienx jaf,

Allat ġodda li daħlu dan l-aħħar,

Lill-allat li missirijietu ma kinux jafu.

18 Hu nesa l-Blata, lil Missieru,

U ma ftakarx fl-Alla li welldu.

19 Meta Ġeħova ra dan, hu warrbu,

Għax it-tfal tiegħu subien u bniet offendewh.

20 Għalhekk qal, ‘Jien se naħbi wiċċi minnhom;

Ħa nara x’se jiġri minnhom.

Għax huma ġenerazzjoni mħassra,

Tfal li ma tistax tafdahom.

21 Huma ġegħluni nirrabja* billi qiemu allat foloz;

Offendewni bl-idoli tagħhom li ma jiswew għal xejn.

Allura jien se nqanqalhom jgħiru għal nies li mhumiex poplu;

B’poplu stupidu se noffendihom.

22 Għax ir-rabja tiegħi qabbdet nar

Li se jaqbad sal-qiegħ tal-Qabar,*

U se jeqred l-art u l-prodott tagħha

U jagħti n-nar lil kulma hemm taħt il-muntanji.

23 Se nżid il-gwaj tagħhom;

Se nuża l-vleġeġ tiegħi fuqhom.

24 Huma jkunu dgħajfin minħabba l-ġuħ,

Jittieklu minn deni qawwi, u jinqerdu għalkollox.

Se nibgħat snien il-bhejjem kontrihom

U l-velenu tas-sriep* tat-trab.

25 Barra, ix-xabla se tiħdilhom it-tfal;

Ġewwa, se jkun hemm twerwir

Kemm għaż-żagħżugħ u kemm għall-verġni,

Kemm għat-tarbija u kemm għal dak b’xagħru abjad.

26 Kieku kont ngħid: “Inxerridhom;

Sabiex in-nies ma jiftakruhomx iktar,”

27 Imma m’għedtx hekk għax bżajt mir-reazzjoni tal-għadu,

Għax l-għedewwa jistgħu jinterpretaw dan ħażin.

Forsi jgħidu: Bil-qawwa tagħna rbaħna;

Ma kienx Ġeħova li għamel dan kollu.”

28 Għax Iżrael hu poplu nieqes mill-għaqal,*

U fosthom m’hemmx min hu kapaċi jifhem.

29 Mhux li kienu għorrief! Kieku kienu jirriflettu dwar dan.

Kienu jaħsbu dwar il-konsegwenzi tagħhom.

30 Kif jistaʼ wieħed jiġri wara 1,000,

U tnejn iġiegħlu 10,000 jaħarbu,

Li kieku ma kienx għax il-Blata tagħhom kien biegħhom

U Ġeħova kien tahom f’idejn l-għedewwa?

31 Għax il-blata tagħhom mhijiex bħall-Blata tagħna,

Anki l-għedewwa tagħna fehmu dan.

32 Għax id-dielja tagħhom hi mid-dielja taʼ Sodoma

U mill-għelieqi tad-dwieli taʼ Gomorra.

L-għeneb tagħhom għeneb velenuż,

L-għenieqed tagħhom morri.

33 L-inbid tagħhom hu l-velenu tas-sriep,

Il-velenu qattiel tal-kobri.

34 Mhuwiex dak kollu li għamlu maħżun għandi,

Magħluq sew fil-maħżen tiegħi?

35 Il-vendetta hi tiegħi, anki t-tpattija,

Għaż-żmien stabbilit meta sieqhom togħtor,

Għax jum id-diżastru tagħhom hu qrib,

U dak li qed jistenniehom ġej malajr.’

36 Għax Ġeħova se jiġġudika lill-poplu tiegħu,

U se jitħassar* lill-qaddejja tiegħu,

Meta jara li s-saħħa tagħhom naqset,

U li fadal biss dawk bla ħila u dgħajfin.

37 Imbagħad hu jgħid, ‘Fejn huma allathom,

Il-blata li fittxew il-kenn fiha,

38 Li kienu jieklu x-xaħam tas-sagrifiċċji* tagħhom

U jixorbu l-inbid tal-offerti tax-xorb tagħhom?

Ħa jqumu jgħinukom.

Ħa jsiru għalikom post taʼ kenn.

39 Araw issa li jien—jien Alla,

U m’hemmx allat ħliefi.

Jien nagħti l-mewt, u jien nagħti l-ħajja.

Jien nagħmel ferita, u jien infejjaq,

U ħadd ma jistaʼ jeħles lil ħaddieħor minn idi.

40 Għax nerfaʼ idi lejn is-sema,

U naħlef: “Daqskemm jien ħaj għal dejjem,”

41 Jekk insinn ix-xabla tleqq tiegħi,

U nlesti idi għall-ġudizzju,

Jien nagħmel vendetta mill-avversarji tiegħi

U npattiha lil dawk li jobogħduni.

42 Inġiegħel il-vleġeġ tiegħi jiskru bid-demm,

Bid-demm tal-maqtulin u tal-ilsiera.

U x-xabla tiegħi tiekol il-laħam

Mill-irjus tal-mexxejja tal-għadu.’

43 Nies ta’ popli oħra, ifirħu mal-poplu tiegħu,

Għax hu se jitħallas għad-demm tal-qaddejja tiegħu,

U jagħmel vendetta mill-avversarji tiegħu

U jagħmel tpattija għall-art* tal-poplu tiegħu.”

44 B’hekk Mosè, flimkien maʼ Ħosegħa* bin Nun, mar u reġaʼ qal il-kliem kollu taʼ din l-għanja biex jisimgħuh in-nies. 45 Wara li Mosè spiċċa jgħid dan il-kliem kollu lill-Iżraelin kollha, 46 hu qalilhom: “Ħudu bis-serjetà l-kliem kollu li llum qed ngħidilkom bħala twissija, sabiex tikkmandaw lit-tfal tagħkom biex ikunu ċerti li jagħmlu l-kliem kollu taʼ din il-Liġi. 47 Għax dan mhux kliem vojt, imma jfisser ħajjitkom, u b’dan il-kliem tistgħu tgħixu ħajja twila fl-art li se taqsmu l-Ġordan biex tiħduha f’idejkom.”

48 Ġeħova kellem lil Mosè dakinhar stess u qallu: 49 “Itlaʼ fuq din il-muntanja t’Għabarim, il-Muntanja Nebo, li qiegħda fl-art taʼ Mowab faċċata taʼ Ġeriko, u ħares lejn l-art taʼ Kangħan, li qed nagħti lill-Iżraelin biex tkun tagħhom. 50 Imbagħad int tmut fuq il-muntanja li se titlaʼ fuqha u tinġabar maʼ niesek,* bħalma miet ħuk Aron fuq il-muntanja Ħor u nġabar maʼ niesu, 51 għax it-tnejn li intom ma kontux leali lejja fost l-Iżraelin ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba taʼ Kades fid-deżert taż-Żin, għax ma qaddistunix quddiem il-poplu t’Iżrael. 52 Se tara l-art mill-bogħod, imma m’intix se tidħol fl-art li qed nagħti lill-poplu t’Iżrael.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja