LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Ġoel 1:1-3:21
  • Ġoel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġoel
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ġoel

Ġoel*

1 Din hi l-kelma taʼ Ġeħova li ġiet+ lil Ġoel, bin Petwel:

2 “Isimgħu dan, intom ix-xjuħ, u agħtu widen, intom ilkoll abitanti taʼ l-art.+ Seħħ dan fi żmienkom, jew saħansitra fi żmien missirijietkom?+ 3 Irrakkontaw dwaru lil uliedkom, u wliedkom lil uliedhom, u wliedhom lill-ġenerazzjoni taʼ warajhom.+ 4 Dak li tħalla mix-xagħat, kielu l-ġurat;+ u dak li tħalla mill-ġurat, kielu l-ġurat li jitkaxkar; u dak li tħalla mill-ġurat li jitkaxkar, kilitu l-wirdiena.+

5 “Stenbħu, intom is-sakranazzi,+ u ibku; u newħu,+ intom ilkoll li tixorbu l-inbid, minħabba l-inbid ħelu,+ għax inqataʼ minn fommkom.+ 6 Għax ġens telaʼ f’arti, setgħan u bla għadd.+ Snienu huma s-snien taʼ ljun,+ u għandu x-xedaq taʼ ljun. 7 Id-dielja tiegħi għamilha ħerba,+ u s-siġra tat-tin tiegħi ġabha zokk.+ Żgur li neżżagħha u rmieha.+ Iż-żraġen tagħha bjadu. 8 Olfoq, bħalma tagħmel verġni mħażżma bl-ilbies taʼ l-ixkora+ minħabba l-għarus taʼ żgħożitha.

9 “L-offerta tal-qmuħ+ u l-offerta tax-xorb+ inqatgħu mid-dar taʼ Ġeħova; il-qassisin, il-ministri+ taʼ Ġeħova, tnikktu.+ 10 Ir-rabaʼ tħarbat,+ l-art saret tal-biki;+ għax il-qmuħ tħarbtu, l-inbid ġdid nixef,+ iż-żejt ġie fix-xejn.+ 11 Il-bdiewa stħaw;+ dawk li jieħdu ħsieb id-dwieli newħu, minħabba l-qamħ u minħabba x-xgħir; għax il-ħsad tar-rabaʼ għab.+ 12 Id-dielja nixfet, u saħansitra s-siġra tat-tin ġiet fix-xejn. Is-siġra tar-rummien, kif ukoll is-siġra tal-palm u s-siġra tat-tuffieħ, is-siġar kollha tar-rabaʼ, nixfu;+ għax il-ferħ għab minn fost ulied il-bnedmin.+

13 “Tħażżmu, intom il-qassisin, u agħtu fuq sidirkom.+ Newħu, intom il-ministri taʼ l-artal.+ Idħlu, qattgħu l-lejl bl-ilbies taʼ l-ixkora, intom il-ministri t’Alla tiegħi; għax l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerta tax-xorb tneħħew minn dar Alla tagħkom.+ 14 Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni.+ Iġimgħu x-xjuħ flimkien, l-abitanti kollha taʼ l-art, lejn id-dar taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna.+

15 “O x’jum dan;+ għaliex fil-qrib jum Ġeħova,+ u jiġi bħal qerda minn Dak li Jistaʼ Kollox! 16 Mhux quddiem għajnejna stess inqataʼ l-ikel; minn dar Alla tagħna, l-hena u l-ferħ?+ 17 It-tin niexef tħassar taħt il-pali tagħhom. L-imħażen sfaw abbandunati. Il-matmuriet iġġarrfu, għax il-qmuħ nixfu. 18 O kemm qed jokrob l-annimal domestiku! Kif qed jiġġerrew mifxula l-imrieħel tal-baqar! Għax m’hemm ebda mergħa għalihom.+ Ukoll, l-imrieħel tan-nagħaġ kellhom iġorru l-ħtija.

19 “Lilek, O Ġeħova, insejjaħ jien;+ għax in-nar belaʼ l-mergħat tax-xagħri, u fjamma ħarqet is-siġar kollha tar-rabaʼ.+ 20 Il-bhejjem tar-rabaʼ wkoll jibqgħu jixxennqu għalik,+ għaliex il-kanali taʼ l-ilma nixfu,+ u n-nar belaʼ l-mergħat tax-xagħri.”

2 “Doqqu qarn f’Sijon,+ O rġiel, u għajtu għajta tal-gwerra+ fuq il-muntanja qaddisa tiegħi.+ Ħa jinfixlu+ l-abitanti kollha taʼ l-art; għax ġej il-jum taʼ Ġeħova,+ għax hu qrib! 2 Dan hu jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, bħad-dawl taż-żerniq mifrux fuq il-muntanji.+

“Hemm poplu numeruż u setgħan;+ qatt* qabel m’eżista wieħed bħalu,+ u ma jerġaʼ jkun hemm ħadd iktar warajh sas-snin kollha taʼ ġenerazzjoni wara l-oħra. 3 Quddiemu nar qed jiblaʼ+ u warajh fjamma qed taħraq.+ Bħall-ġnien taʼ l-Għeden l-art qiegħda quddiemu;+ imma warajh hemm xagħri abbandunat, u xejn ma jkun hemm li jaħrablu.

4 “Id-dehra tiegħu hi bħad-dehra taż-żwiemel, u bħaż-żwiemel tal-ġiri, hekk ikompli jlebbet.+ 5 Bħall-ħoss tal-karrijiet fuq il-qċaċet tal-muntanji jibqaʼ jaqbeż,+ bħall-ħoss taʼ nar iħeġġeġ li qed jiblaʼ t-tiben.*+ Hu bħal poplu setgħan, imqassam għall-battalja.+ 6 Minħabba fih, popli sħaħ ikollhom uġigħ kbir.+ Inkwantu għall-uċuħ kollha, dawn isiru ħomor nar bl-ansjetà.+

7 “Bħal irġiel setgħanin jiġru.+ Bħal gwerriera jitilgħu maʼ sur. U jmorru kull wieħed fi triqatu stess, u ma jbiddlux il-mogħdijiet tagħhom.+ 8 U ma jimbottawx lil xulxin. Bħal raġel b’saħħtu fi triqtu, jibqgħu sejrin; u jekk xi wħud jaqgħu saħansitra qalb il-vleġeġ, l-oħrajn ma jwarrbux minn triqithom.

9 “Jidħlu jiġru fil-belt. Jiġru fuq is-sur. Jitilgħu fuq id-djar. Jidħlu mit-twieqi bħal xi ħalliel. 10 Quddiemu l-art theżżet, is-smewwiet triegħdu. Ix-xemx u l-qamar iddallmu,+ u l-kwiekeb tilfu d-dija tagħhom.+ 11 U Ġeħova se jsemmaʼ leħnu+ quddiem il-qawwa militari tiegħu,+ għax il-kamp tiegħu hu ħafna fl-għadd.+ Għax dak li qed iwettaq kelmtu hu setgħan; għax jum Ġeħova hu kbir+ u jqanqal biżaʼ kbir, u min jistaʼ jiflaħ għalih?”+

12 “U għalhekk issa,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ejjew lura għandi b’qalbkom kollha,+ u bis-sawm,+ bil-biki, u bl-ilfiq.+ 13 U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-mod biex jirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-gwaj.+ 14 Min jaf jekk idurx lura u jekk, fil-fatt, jiddispjaċihx+ u jħalli barka warajh,+ offerta tal-qmuħ u offerta tax-xorb għal Ġeħova Alla tagħkom?

15 “Doqqu qarn f’Sijon, O rġiel.+ Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni flimkien.+ 16 Iġimgħu n-nies flimkien. Qaddsu l-kongregazzjoni.+ Iġimgħu x-xjuħ flimkien. Iġimgħu flimkien it-tfal u t-trabi li jerdgħu mis-sider.+ Ħa joħroġ l-għarus mill-kamra taʼ ġewwa tiegħu, u l-għarusa mill-kamra tagħha.

17 “Bejn il-loġġa u l-artal+ ħalli l-qassisin, il-ministri taʼ Ġeħova, jibku u jgħidu, ‘Tħassar, O Ġeħova, lill-poplu tiegħek, u tħallix li l-wirt tiegħek jiġi mżeblaħ,+ biex il-ġnus jaħkmu fuqu. Għala għandhom jgħidu fost il-popli: “Fejn hu Alla tagħhom?”’+ 18 U Ġeħova se jkun għajjur għal artu+ u jagħder lill-poplu tiegħu.+ 19 U Ġeħova se jwieġeb u jgħid lill-poplu tiegħu, ‘Ara! Qed nibagħtilkom il-qmuħ u l-inbid ġdid u ż-żejt, u intom żgur li tixbgħu bihom;+ u m’iniex se nħallikom iktar tiġu mżebilħin fost il-ġnus.+ 20 U lil tat-tramuntana+ se nbiegħdu minnkom, u fil-fatt se nitfgħu f’art bla ilma u f’art abbandunata, b’wiċċu lejn il-baħar tal-lvant+ u l-warrani tiegħu lejn il-baħar tal-punent.+ U l-intiena minnu titlaʼ ’l fuq, u r-riħa tinten minnu tibqaʼ tielgħa ’l fuq;+ għax Alla, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.’

21 “Tibżax, O art. Ifraħ u thenna; għax Ġeħova, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.+ 22 Tibżgħux, intom il-bhejjem tar-rabaʼ,+ għax il-mergħat tax-xagħri se jħaddru.+ Għax is-siġar se jagħtu l-frott tagħhom.+ Is-siġra tat-tin u d-dielja se jagħtu l-frott tagħhom bis-sħiħ.+ 23 U intom, ulied Sijon, ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom;+ għax żgur li se jagħtikom ix-xita tal-ħarifa bil-qjies xieraq,+ u se jibgħat fuqkom ħalba xita, xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa, bħal qabel.+ 24 U l-qigħan tad-dris ikunu mimlijin qmuħ, u l-btieti jfuru bl-inbid ġdid u biż-żejt.+ 25 U npattilkom għal dak li kielu matul is-snin il-ġurat, il-ġurat li jitkaxkar, il-wirdiena, u x-xagħat, il-qawwa militari kbira tiegħi li bgħatt fostkom.+ 26 U intom tieklu, tieklu u tixbgħu,+ u żgur li tfaħħru isem Ġeħova Alla tagħkom,+ li mexa magħkom b’mod tant taʼ l-għaġeb;+ u l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.+ 27 U jkollkom tkunu tafu li jien qiegħed f’nofs Israel,+ u li jien Ġeħova Alla tagħkom u m’hemm ħadd ħliefi.+ U l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.

28 “U wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin,+ u wliedkom subien u bniet+ jipprofetizzaw. U x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm. U ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. 29 U saħansitra fuq il-qaddejja rġiel u nisa nferraʼ l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem.+

30 “U nagħmel għeġubijiet fis-smewwiet+ u fuq l-art, demm u nar u kolonni tad-duħħan.+ 31 Ix-xemx tinbidel fi dlam,+ u l-qamar f’demm,+ qabel il-miġja tal-jum il-kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-biżaʼ.+ 32 U jrid iseħħ li kulmin isejjaħ isem Ġeħova jsalva;+ għax fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm se jkun hemm il-maħrubin,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova, u fost dawk li jsalvaw, li lilhom Ġeħova qed isejjaħ.”+

3 “Għax, ara, f’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien,+ meta nġib lura lill-imjassrin taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+ 2 niġbor ukoll flimkien il-ġnus kollha+ u nniżżilhom fil-pjanura l-baxxa taʼ Ġeħosafat;+ hemmhekk nagħmel ħaqq minnhom minħabba Israel,+ il-poplu tiegħi u l-wirt tiegħi, li lilhom xerrdu fost il-ġnus; u huma qassmu l-art tiegħi.+ 3 U għall-poplu tiegħi baqgħu jitfgħu x-xorti;+ u t-tifel kienu jibdluh maʼ prostituta,+ u t-tifla kienu jbigħuha għall-inbid, biex jixorbuh.

4 “U x’għandkom x’taqsmu miegħi, O Tir u Sidon+ u intom ir-reġjuni kollha tal-Filistja?+ Qed tħallsuni bil-mod kif qed tittrattawni? U jekk qed tittrattawni b’dan il-mod, jien malajr, bil-ħeffa, inħallaskom skond kif qed tittrattawni.+ 5 Għax intom ħadtu l-fidda tiegħi u d-deheb tiegħi,+ u daħħaltu l-affarijiet tajbin u mixtiqin fit-tempji tagħkom;+ 6 u lil ulied Ġuda u lil ulied Ġerusalemm begħtuhom+ lil ulied il-Griegi,+ bl-iskop li tbegħduhom mit-territorju tagħhom;+ 7 ara, qed inqanqalhom biex jiġu mill-post fejn begħtuhom,+ u nħallaskom skond kif qed tittrattawni.+ 8 U nbigħ lil uliedkom subien u bniet u nagħtihom f’idejn ulied Ġuda,+ u dawn ibigħuhom lill-irġiel taʼ Xeba,+ lil ġens ’il bogħod;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem.

9 “Xandru dan fost il-ġnus,+ ‘Ħejju għall-gwerra!* Qanqlu lill-irġiel setgħanin!+ Ħa jersqu qrib! Ħa jitilgħu, l-irġiel kollha tal-gwerra!+ 10 Aħdmu s-sikek tal-moħriet tagħkom fi sjuf u s-skieken taż-żabra+ tagħkom f’lanez. Ħa jgħid id-dgħajjef: “Jien raġel setgħan.”+ 11 Ejjew għinu lil xulxin, intom il-ġnus kollha dawramejt,+ u nġabru flimkien.’”+

F’dak il-post, O Ġeħova, niżżel is-setgħanin tiegħek.+

12 “Ħa jitqanqlu l-ġnus u jitilgħu lejn il-pjanura l-baxxa taʼ Ġeħosafat;+ għax hemmhekk noqgħod bil-qiegħda sabiex nagħmel ħaqq mill-ġnus kollha dawramejt.+

13 “Daħħlu minġel,+ għax laħaq il-ħsad.+ Ejjew, inżlu, għax il-magħsar taʼ l-inbid imtela.+ Il-btieti qed ifuru; għax kotor il-ħażen tagħhom.+ 14 Folol, folol hemm fil-pjanura l-baxxa tad-deċiżjoni,+ għax jum Ġeħova hu qrib fil-pjanura l-baxxa tad-deċiżjoni.+ 15 Ix-xemx u l-qamar jiddallmu, u l-kwiekeb jitilfu d-dija tagħhom.+ 16 U Ġeħova se jgħajjat bħal iljun minn Sijon, u minn Ġerusalemm isemmaʼ leħnu.+ U s-sema u l-art jitriegħdu;+ imma Ġeħova jkun kenn għall-poplu tiegħu,+ u fortizza għal ulied Israel.+ 17 U intom ikollkom tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom,+ li ngħammar f’Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi.+ U Ġerusalemm issir post qaddis;+ u l-istranġieri ma jgħaddux iktar minn ġo fiha.+

18 “U jrid iseħħ li dakinhar il-muntanji jqattru nbid ħelu,+ u l-għoljiet inixxu l-ħalib, u n-nixxigħat kollha taʼ Ġuda jnixxu l-ilma. U mid-dar taʼ Ġeħova toħroġ għajn,+ u din issaqqi l-wied* tas-Siġar taʼ l-Akaċja.+ 19 L-Eġittu jsir ħerba;+ u Edom isir xagħri abbandunat,+ minħabba l-vjolenza li saret lil ulied Ġuda, li f’arthom huma xerrdu demm innoċenti.+ 20 Imma l-art taʼ Ġuda tkun abitata għal żmien indefinit,+ u Ġerusalemm għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+ 21 U demmhom li ma kontx qistu innoċenti se nqisu innoċenti;+ u Ġeħova se jgħammar f’Sijon.”+

Ifisser “Ġeħova Hu Alla.”

Jew, “minn żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt. F’versi 26 u 27 ukoll.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.

Letteralment, “Qaddsu l-gwerra.”

Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja