LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Mikea 1:1-7:20
  • Mikea

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mikea
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Mikea

Mikea*

1 Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet lil Mikea+ minn Moreset, fi żmien Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda,+ u li hu ra f’viżjoni dwar is-Samarija+ u Ġerusalemm:+

2 “Isimgħu, O popli, ilkoll kemm intom; oqgħod attenta, O art u kulma fik,+ u ħa jkun il-Mulej Sovran Ġeħova xhud+ kontrikom, Ġeħova mit-tempju qaddis tiegħu.+ 3 Għax, ara, Ġeħova ħiereġ minn postu,+ u se jinżel u jirfes fuq il-postijiet għoljin taʼ l-art.+ 4 U l-muntanji jinħallu taħtu,+ u l-pjanuri l-baxxi jinferqu, bħax-xamaʼ minħabba n-nar,+ bħall-ilmijiet li jgelglu maʼ xi niżla wieqfa.

5 “Dan kollu qed iseħħ minħabba l-irvell taʼ Ġakobb, saħansitra minħabba d-dnubiet taʼ dar Israel.+ X’inhu l-irvell taʼ Ġakobb? Mhux is-Samarija?+ U x’inhuma l-postijiet għall-qima* taʼ Ġuda?+ Mhux Ġerusalemm? 6 U s-Samarija nagħmilha ħerba sħiħa fir-rabaʼ+ u nagħmilha wkoll l-oqsma fejn jitħawlu d-dwieli; u ngerbeb ’l isfel fil-wied il-ġebel tagħha, u nikxfilha s-sisien tagħha.+ 7 U x-xbihat minquxin tagħha jiġu mfarrkin kollha,+ u l-għotjiet kollha li ngħatawlha bħala ħlasha jiġu maħruqin fin-nar;+ u l-idoli kollha tagħha nagħmilhom ħerba. Għax hi ġemmgħathom minn dak li ngħatat bħala l-ħlas taʼ prostituta, u bħala l-ħlas taʼ prostituta jerġgħu jingħataw.”+

8 Minħabba f’hekk innewwaħ u nibki;+ nimxi ħafi u għarwien.+ Innewwaħ bħax-xakall, u ningħi bħan-nagħma. 9 Għax il-ġerħa tagħha ma titfejjaqx;+ għax waslet sa Ġuda,+ il-marda waslet sa bieb il-poplu tiegħi, sa Ġerusalemm.+

10 “Ixxandruhiex ġo Gat; żgur li m’għandkomx tħalluhom jarawkom tibku.+

“F’dar Afra tmiegħku fit-trab.+ 11 Għaddi ’l hemm, O abitanta taʼ Safir, b’għera tal-mistħija.+ L-abitanta taʼ Sanan ma ħarġitx. Bit-tinwiħ, Bet-esel jieħu mingħandkom il-post taʼ kenn tiegħu. 12 Għax l-abitanta taʼ Marot stenniet it-tajjeb,+ imma dak li hu ħażin niżel mingħand Ġeħova sa bieb Ġerusalemm.+ 13 Orbot il-karru maż-żwiemel, O abitanta taʼ Lakis.+ Il-bidu tad-dnub kienet din għal bint Sijon,+ għax fik instabu l-irvellijiet taʼ Israel.+ 14 Għalhekk, int tagħti għotjiet tat-tluq lil Moreset-gat.+ Id-djar t’Akżib+ kienu bħal gidba għas-slaten taʼ Israel. 15 Għad inġib kontrik lil min jiħodlok il-proprjetà tiegħek,+ O abitanta taʼ Maresah.+ Saħansitra s’Għadullam+ għad tasal il-glorja taʼ Israel. 16 Qaxxar xagħrek qargħa u tqarweż minħabba wliedek li kienu l-għaxqa li ma bħalha tiegħek.+ Kabbar il-qargħa taʼ rasek bħal dik taʼ l-ajkla, għaliex telqulek fl-eżilju.”+

2 “Gwaj għal dawk li fuq is-sodod tagħhom qed jippjanaw li jagħmlu l-ħsara, u dawk li qed jipprattikaw il-ħażen!+ Fid-dawl taʼ fil-għodu jagħmluh dan,+ għaliex għandhom is-setgħa f’idejhom.+ 2 U xtaqu għelieqi u ħatfuhom;+ kif ukoll djar, u ħaduhom; u imbroljaw lil raġel b’saħħtu u lil taʼ daru,+ lil raġel u l-wirt tiegħu.+

3 “Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara! Qed naħseb biex inġib gwaj+ kontra din il-familja+ li intom ma tkunux tistgħu tevitawh,+ sabiex ma tkunux imkabbrin;+ għaliex dan hu żmien taʼ gwaj.+ 4 Dakinhar ilissnu qawl+ dwarkom u jgħannu għanja taʼ niket, iva, lamentazzjoni.+ Ikollhom jgħidu: “Żgur li serqulna kollox!+ Ibiddel sehem il-poplu tagħna.+ O kif qed jiħodhulna! L-għelieqi tagħna jqassamhom lil min mhux leali.” 5 Għalhekk, ma jkollok lil ħadd fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova li jkejjel l-art bil-ħabel meta titqassam bix-xorti.+ 6 Tħabbrux intom.+ Huma jħabbru. Ma jħabbrux dwar dawn l-affarijiet. L-umiljazzjonijiet ma jitneħħewx.+

7 “‘Qed jingħad, O dar Ġakobb:+ “Jaqaw m’għadux kuntent l-ispirtu taʼ Ġeħova, jew huma dawn l-għemejjel tiegħu?”+ Ma jagħmilx ġid+ kliemi lil dak li jimxi b’mod rett?+

8 “‘U l-bieraħ il-poplu tiegħi qam bħala għadu veru.+ Minn fuq il-quddiem taʼ libsa intom tneħħu t-tiżjin maestuż, mingħand dawk li jkunu għaddejjin b’rashom mistrieħa, dawk li jkunu ġejjin lura mill-gwerra. 9 In-nisa tal-poplu tiegħi tkeċċuhom mid-dar li hi l-għaxqa tal-mara. Minn fuq uliedha tieħdu l-glorja li berikthom biha,+ għal żmien indefinit.+ 10 Qumu u morru,+ għaliex dan mhux post taʼ mistrieħ.+ Minħabba l-fatt li ma baqgħetx nadifa,+ hemm it-tifrik; u x-xogħol tat-tifrik hu taʼ wġigħ.+ 11 Jekk raġel, fieragħ u qarrieq, jgħid din il-gidba:+ “Inħabbarlek dwar l-inbid u dwar ix-xorb li jsakkar,” hu jsir dak li jħabbar għal dan il-poplu.+

12 “‘Żgur li niġmaʼ lil Ġakobb, kollu kemm hu;+ żgur li niġmaʼ flimkien lil dawk li fadal minn Israel.+ Inqegħedhom flimkien, bħal merħla fil-maqjel, bħal merħla f’nofs il-mergħa tagħha;+ hemmhekk ikun storbjuż bil-bnedmin.’+

13 “Dak li jiftaħ it-triq jitlaʼ quddiemhom:+ huma jgħaddu minnha. U jgħaddu minn bieb, u joħorġu minnu.+ U s-sultan tagħhom jgħaddi quddiemhom, u Ġeħova fir-ras tagħhom.”+

3 U jien għedt: “Isimgħu, jekk jogħġobkom, intom il-kapijiet taʼ Ġakobb u intom il-kmandanti taʼ dar Israel.+ Ma jmisskomx tkunu tafu x’inhi l-ġustizzja?+ 2 Intom li tobogħdu dak li hu tajjeb+ u tħobbu l-ħażen,+ li tisolħu l-ġilda minn fuq in-nies u laħamhom minn fuq għadamhom;+ 3 intom dawk li kiltu laħam in-nies tiegħi,+ u qaxxartulhom ġildhom minn fuqhom, u kissirtu biċċiet l-għadam tagħhom, u farraktuhom bħal dak li jkun hemm f’borma kbira u bħal-laħam ġo borma.+ 4 Dakinhar huma jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna, imma ma jwiġibhomx.+ U jaħbi wiċċu minnhom dakinhar,+ skond il-ħażen li wettqu f’għemilhom.+

5 “Hekk qal Ġeħova kontra l-profeti li qed iġiegħlu lill-poplu tiegħi jiżvija,+ li qed jigdmu bi snienhom,+ u li qed jgħajtu, ‘Sliem!’+ biex, meta xi ħadd ma jpoġġilhomx xi ħaġa f’ħalqhom, iħejju għall-gwerra* kontrih,+ 6 ‘Għalhekk, ikollkom il-lejl,+ sabiex ma jkunx hemm viżjoni;+ u jkollkom id-dlam, sabiex ma tipprattikawx it-teħbir. U x-xemx tinżel fuq il-profeti, u l-jum jiddallam għalihom.+ 7 U l-viżjonarji+ jkollhom għalxiex jistħu,+ u dawk li jeħbru+ jiddiżappuntaw ruħhom. U jkollhom jgħattu l-mustaċċi,+ ilkoll kemm huma, għax m’hemm ebda tweġiba mingħand Alla.’”+

8 U jien, mill-banda l-oħra, sirt mimli qawwa, ġustizzja, u setgħa+ bl-ispirtu taʼ Ġeħova, sabiex ngħid lil Ġakobb l-irvell tiegħu u lil Israel id-dnub tiegħu.+

9 Jekk jogħġobkom, isimgħu dan, intom il-kapijiet taʼ dar Ġakobb u intom il-kmandanti taʼ dar Israel,+ intom li tistmerru l-ġustizzja u li tgħawġu saħansitra kulma hu dritt;+ 10 li tibnu lil Sijon bit-tixrid taʼ demm u lil Ġerusalemm bl-inġustizzja.+ 11 Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-ħaqq,+ u l-qassisin tagħha jitolbu l-ħlas biex jgħallmu,+ u l-profeti tagħha jipprattikaw it-teħbir għall-flus;+ u fl-istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+ 12 Għalhekk, minħabba fikom Sijon għad tinħarat bħal għalqa, u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-muntanja tad-dar tkun bħall-postijiet għoljin taʼ foresta.

4 U jrid iseħħ li fl-aħħar parti tal-jiem+ il-muntanja+ tad-dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-sod ’il fuq mill-quċċata tal-muntanji, u titgħolla ’l fuq mill-għoljiet;+ u lejha jiġru l-popli.+ 2 U ħafna ġnus imorru jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova u lejn id-dar taʼ l-Alla taʼ Ġakobb;+ u hu jgħallimna dwar triqatu,+ u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-liġi, u l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+ 3 U hu jagħmel il-ħaqq fost ħafna popli,+ u jirranġa l-affarijiet kollha+ għall-ġid taʼ ġnus setgħanin ’il bogħod.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra.+ Ma jerfgħux is-sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.+ 4 U joqogħdu bil-qiegħda, kull wieħed taħt id-dielja tiegħu u taħt is-siġra tat-tin tiegħu,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom;+ għax dan qalu fomm Ġeħova taʼ l-armati.+

5 Għax il-popli kollha, min-naħa tagħhom, se jimxu kull wieħed f’isem l-alla tiegħu;+ imma aħna, min-naħa tagħna, se nimxu f’isem Ġeħova Alla tagħna+ għal żmien indefinit, saħansitra għal dejjem.+

6 “Dakinhar,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “niġmaʼ lil dak li kien izappap;+ u niġbor lil dak li kien imxerred,+ saħansitra lil dak li ttrattajtu ħażin. 7 U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

8 “U int, O torri tal-merħla, l-għolja taʼ bint Sijon,+ s’għandek se jiġi, iva, żgur li jiġi l-ewwel dominju,+ is-saltna li hi taʼ bint Ġerusalemm.+

9 “Issa għala tibqaʼ tgħajjat b’leħen għoli?+ M’hemmx sultan fik, jew għab il-kunsillier tiegħek, biex qabdek l-uġigħ bħal dak taʼ mara fil-ħlas?+ 10 Ħa jkollok uġigħ kbir u ibda għajjat, O bint Sijon, bħal mara fil-ħlas,+ għax issa se toħroġ minn belt u jkollok tgħammar fil-kampanja.+ U jkollok tasal sa Babilonja.+ Hemmhekk se tinħeles.+ Hemmhekk Ġeħova se jixtrik lura minn id l-għedewwa tiegħek.+

11 “U issa se jinġabru kontrik ħafna ġnus, dawk li qed jgħidu, ‘Ħa titniġġes, u ħa jitgħaxxqu għajnejna jħarsu lejn Sijon.’+ 12 Imma huma ma sarux jafu l-ħsibijiet taʼ Ġeħova, u ma sarux jifhmu l-pariri tiegħu;+ għaliex hu se jiġborhom flimkien bħal ringiela qmuħ, li għadhom kif inqatgħu, fil-qiegħa tad-dris.+

13 “Qum u idres, O bint Sijon;+ għax il-qarn tiegħek se nbiddilhulek f’ħadid, u difrejk se nbiddilhomlok f’ram aħmar, u int titħan ħafna popli;+ u l-qligħ inġust tagħhom tiddedikah lil Ġeħova,+ u r-riżorsi tagħhom lill-Mulej il-veru taʼ l-art kollha.”+

5 “F’dan iż-żmien int tqattaʼ lilek innifsek,+ O bint l-invażjoni; hu qed jassedjana.+ Bil-ħatar se jolqtuh fuq ħaddejh lill-imħallef taʼ Israel.+

2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.*+

3 “Għalhekk, Alla se jitlaqhom+ sa ma jasal iż-żmien meta dik li se tiled, fil-fatt, tkun wildet.+ U l-bqija taʼ ħutu jerġgħu lura lejn ulied Israel.

4 “U hu joqgħod bil-wieqfa u jirgħa bis-saħħa taʼ Ġeħova,+ bil-maestà taʼ l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħu.+ U huma jibqgħu jgħammru fis-sigurtà,+ għax issa hu jkun kbir sa truf l-art.+ 5 U dan iġib is-sliem.+ Inkwantu għall-Assirjan, meta jidħol f’artna u meta jirfes fit-torrijiet fejn ngħammru,+ ikollna nqajmu kontrih sebaʼ rgħajja, iva, tmien duki minn fost il-bnedmin. 6 U huma jirgħu l-art taʼ l-Assirja bis-sejf,+ u l-art taʼ Nimrod+ fid-daħliet tagħha. U hu jeħlisna mill-Assirjan+ meta dan jidħol f’artna u meta jirfes fuq it-territorju tagħna.

7 “U l-fdal taʼ Ġakobb+ ikun f’nofs ħafna popli bħal nida mingħand Ġeħova,+ bħal ħalbiet spissi fuq il-ħaxix,+ li la jittamaw fil-bniedem u lanqas jistennew xejn minn ulied il-bniedem taʼ l-art.+ 8 U l-fdal taʼ Ġakobb ikun fost il-ġnus, f’nofs ħafna popli, bħal iljun qalb il-bhejjem tal-foresta, bħal iljun b’saħħtu qalb l-imrieħel tan-nagħaġ li, meta jgħaddi, jgħaffeġ u jqattaʼ biċċiet;+ u ma jkunx hemm ħellies. 9 Idek tkun ħafna iktar ’il fuq mill-avversarji tiegħek,+ u l-għedewwa kollha tiegħek jinqerdu.”+

10 “U dakinhar irid iseħħ,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li nneħħi ż-żwiemel minn nofsok u neqred il-karrijiet tiegħek.+ 11 U neqred il-bliet t’artek u nġarraf il-postijiet fortifikati kollha tiegħek.+ 12 U neqred is-sħarijiet minn idek, u ma jkollokx iktar lil min jipprattika l-maġija.+ 13 U neqred ix-xbihat minquxin tiegħek u l-pilastri tiegħek minn ġo nofsok, u ma tmilx iktar quddiem xogħol idejk.+ 14 U naqlaʼ mill-għeruq l-arbli sagri tiegħek+ minn ġo nofsok u nġib fix-xejn il-bliet tiegħek. 15 U fir-rabja u fil-korla nagħmel vendetta mill-ġnus li m’obdewx.”+

6 Ismaʼ, jekk jogħġbok, O poplu, dak li qed jgħid Ġeħova.+ Qum, ippreżenta l-kawża legali tiegħek quddiem il-muntanji, u jalla l-għoljiet jisimgħu leħnek.+ 2 Isimgħu, O muntanji, il-kawża legali taʼ Ġeħova, kif ukoll int blat dejjiemi, intom sisien taʼ l-art;+ għax Ġeħova għandu kawża legali kontra l-poplu tiegħu, u maʼ Israel se jkollu xi jgħid:+

3 “O poplu tiegħi,+ x’għamiltlek jien? U b’liema mod għejjejtek?+ Ixhed kontrija.+ 4 Għax jien tellajtek mill-art taʼ l-Eġittu,+ u fdejtek minn dar l-ilsiera;+ u bgħatt quddiemek lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.+ 5 O poplu tiegħi, ftakar,+ jekk jogħġbok, x’kien il-pjan ta Balak,+ is-sultan taʼ Mowab, u x’wieġbu Balgħam,+ bin Begħor. Kien minn Sittim,+ it-triq kollha sa Gilgal,+ sabiex ikunu magħrufin l-atti ġusti taʼ Ġeħova.”+

6 Biex se nersaq+ quddiem Ġeħova? Biex se mmil quddiem Alla li qiegħed fl-għoli?+ Se nersaq quddiemu bl-offerti sħaħ tal-ħruq,+ bl-għoġiela taʼ sena? 7 Jieħu pjaċir Ġeħova bl-eluf taʼ mtaten, bl-għaxriet t’eluf taʼ gliegel taʼ żejt?+ Se nagħti jien għall-irvell tiegħi lil ibni mwieled l-ewwel, il-frott taʼ ġufi għad-dnub taʼ ruħi?+ 8 Hu qallek, O bniedem, x’inhu tajjeb.+ U x’qed jitlob minnek Ġeħova ħlief li tkun ġust+ u li tħobb il-qalb tajba+ u li tkun modest+ fil-mixi tiegħek m’Alla?+

9 Leħen Ġeħova jsejjaħ il-belt,+ u min hu bil-għaqal* jibżaʼ minn ismek.+ Ismaʼ l-ħatar u lil min għażlu,+ O poplu. 10 Għad hemm it-teżori tal-ħażen+ fid-dar taʼ bniedem mill-agħar, u l-kejl imnaqqas t’efa li hu kundannat? 11 Nistaʼ jien inkun safi jekk ikolli miżien ħażin u ħorġa mimlija wżin* qarrieq?+ 12 Għax l-għonja tagħha mtlew bil-vjolenza, u l-abitanti tagħha qalu l-gideb,+ u lsienhom hu qarrieq ġo fommhom.+

13 “U jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nidorbok sakemm immardek;+ se ssir ħerba, minħabba dnubietek.+ 14 Int, min-naħa tiegħek, tiekol u ma tixbax, u tibqaʼ bl-istonku tiegħek vojt.+ U twarrab l-affarijiet, imma ma ġġorrhomx b’wiċċ il-ġid; u kulma ġġorr b’wiċċ il-ġid, nagħtih għas-sejf.+ 15 Int tiżraʼ ż-żerriegħa, imma ma taħsadx. Int tisħaq iż-żebbuġ, imma ma tindilikx biż-żejt; tagħsar l-għeneb, imma ma tixrobx inbid.+ 16 U tosserva l-istatuti t’Għomri+ u l-għemejjel kollha taʼ dar Aħab,+ u intom timxu fuq il-pjanijiet tagħhom;+ bl-għan li lilek nagħmlek oġġett taʼ stagħġib u lill-abitanti tagħha xi ħaġa taʼ tisfir;+ u intom titgħabbew bit-tmaqdir tal-popli.”+

7 Jaħasra għalija,+ għax sirt bħall-ġbir tal-frott tas-sajf, bħat-tilqit wara l-ġbir taʼ l-għeneb!+ M’hemm ebda għanqud għeneb x’niekol, ebda tina bikrija, li ruħi tkun tixtieq!+ 2 Il-leali għab minn fuq l-art, u fost il-bnedmin m’hemm ħadd rett.+ Ilkoll kemm huma lesti biex ixerrdu d-demm.+ Jonsob, kull wieħed lil ħuh stess, b’xibka kbira.+ 3 Idejhom pronti biex jagħmlu d-deni, biex jagħmluh sew;+ il-prinċep qed jitlob xi ħaġa, u min jagħmel il-ħaqq jagħmlu għall-premju,+ u l-kbir jitkellem ix-xenqa taʼ ruħu, tiegħu stess;+ u b’hekk jikkonfoffaw flimkien. 4 L-aqwa fosthom hu bħal għollieqa, l-iktar rett fosthom hu agħar minn ċint tax-xewk.+ Il-jum li tkellmu dwaru l-għassiesa tiegħek, li fih int tingħata attenzjoni, irid jiġi.+ Imbagħad jiġri li huma jitħawdu.+

5 Tpoġġux il-fidi tagħkom f’xi sieħeb. Tpoġġux il-fiduċja tagħkom f’xi ħabib tal-qalb.+ Minn dik li toqgħod fi ħdanek għasses il-bwieb taʼ fommok.+ 6 Għax iben jistmerr lil missieru; bint tqum kontra ommha;+ il-mara tat-tifel kontra l-kunjata tagħha;+ l-għedewwa taʼ raġel ikunu n-nies taʼ daru.+

7 Imma jien lil Ġeħova nibqaʼ nfittex.+ Jien se nistenna b’attitudni xierqa lill-Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+ Alla tiegħi se jismagħni.+

8 Tithenniex minħabba fija, O mara għadu tiegħi.+ Għalkemm waqajt, nerġaʼ nqum;+ għalkemm ngħammar fid-dlam,+ Ġeħova jkun dawl għalija.+ 9 Il-korla taʼ Ġeħova nissaportiha—għax dnibt kontrih+—sakemm imexxi l-kawża legali tiegħi u jwettaq il-ġustizzja għalija.+ Hu joħroġni għad-dawl; jien nara s-sewwa tiegħu.+ 10 U din, l-għadu tiegħi, se tara u l-għajb jgħattiha,+ dik li kienet tgħidli: “Fejn hu, Ġeħova Alla tiegħek?”+ Għajnejja stess iħarsu lejha.+ Issa se tkun mgħaffġa, bħat-tajn tat-toroq.+

11 Il-jum biex jinbnew il-ħitan tiegħek tal-ġebel, f’dak il-jum id-digriet ikun ’il bogħod.+ 12 F’dak il-jum jiġu għandek saħansitra t-triq kollha mill-Assirja u mill-bliet taʼ l-Eġittu, u mill-Eġittu saħansitra t-triq kollha sax-Xmara;*+ u minn baħar sa baħar, u minn muntanja sa muntanja.+ 13 U l-art issir ħerba minħabba l-abitanti tagħha, minħabba frott għemilhom.+

14 Irgħa l-poplu tiegħek bil-ħatar tiegħek,+ il-merħla tal-wirt tiegħek, dak li kien jgħammar waħdu ġo foresta—f’nofs ġnien tal-frott.+ Ħa jirgħu fil-Basan u f’Gilegħad+ bħal fil-jiem taʼ żmien twil ilu.+

15 “Bħal fil-jiem taʼ meta int ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu jien se nurih affarijiet taʼ l-għaġeb.+ 16 Il-ġnus jaraw u jistħu minħabba s-setgħa tagħhom.+ Iqiegħdu idhom fuq fommhom;+ widnejhom jittarrxu. 17 Jilagħqu t-trab bħas-sriep;+ bħar-rettili taʼ l-art huma joħorġu mregħdin mill-fortizzi tagħhom.+ Lejn Ġeħova Alla tagħna jiġu jirtogħdu, u jibżgħu minnek.”+

18 Min hu Alla bħalek,+ li jaħfer l-iżball u jħalli għaddej in-nuqqas+ tal-fdal tal-wirt tiegħu?+ Żgur li ma jibqax irrabjat għal dejjem, għax jitgħaxxaq bil-qalb tajba bl-imħabba.+ 19 Hu jerġaʼ jħenn għalina;+ jgħaffeġ taħt saqajh l-iżbalji tagħna.+ U int tixħet f’qiegħ il-baħar dnubiethom kollha.+ 20 Turi l-verità u l-fedeltà li wrejt maʼ Ġakobb, il-qalb tajba bl-imħabba li wrejt m’Abraham, li ħlift lil missirijietna minn żmien il-qedem.+

Forma mqassra taʼ “Mikaja,” li jfisser “Min Hu bħal Ġeħova?”

Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.

Letteralment, “iqaddsu l-gwerra.”

Jew, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.

Jew, “min għandu l-għerf prattiku.”

Ara t-2Sa 14:26, in-nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-Ewfrat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja