LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 14
  • L-Ewwel Dixxipli taʼ Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ewwel Dixxipli taʼ Ġesù
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jibda jagħmel dixxipli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Dawk li Saru d-Dixxipli taʼ Ġesù
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġwanni Jgħammed lil Ġesù
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġesù jagħżel 12-il appostlu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 14

Kapitlu 14

L-​Ewwel Dixxipli taʼ Ġesù

WARA 40 jum fix-​xagħri, Ġesù jerġaʼ jmur għand Ġwanni, li kien għammdu. Malli jilmħu, Ġwanni mid-​dehra juri b’idu lejh u jesklama lil dawk preżenti: “Ara, il-​Ħaruf t’Alla li jneħħi d-​dnub tad-​dinja! Dan hu l-​wieħed li dwaru jien għedt, Warajja jiġi raġel li għadda quddiemi, għaliex eżista qabli.” Għalkemm Ġwanni huwa akbar minn kuġinuh Ġesù, Ġwanni jaf li Ġesù eżista qablu bħala persuna spirtu fis-​sema.

Iżda, ftit ġimgħat qabel, meta Ġesù ġie biex ikun imgħammed, Ġwanni mid-​dehra ma kienx jaf fiċ-​ċert li Ġesù kien il-​Messija. “Saħanistra jien ma kontx nafu,” Ġwanni jammetti, “imma r-​raġuni għala jien ġejt ingħammed fl-​ilma kienet biex hu jistaʼ jintgħamel jidher lil Iżrael.”

Ġwanni jkompli jispjega lis-​semmiegħa tiegħu x’ġara meta hu għammed lil Ġesù: “Jien rajt l-​ispirtu nieżel bħal ħamiema mis-​sema, u baqaʼ fuqu. Saħansitra jien ma kontx nafu, imma Dak stess li bagħatni biex ingħammed fl-​ilma qalli, ‘Hu min hu li fuqu tara l-​ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu dak li jgħammed bl-​ispirtu qaddis.’ U jien rajtu, u jien tajt xiehda li dan il-​wieħed hu l-​Iben t’Alla.”

L-għada Ġwanni jinsab wieqaf maʼ tnejn mid-​dixxipli tiegħu. Jerġaʼ, hekk kif ikun riesaq Ġesù, igħid: “Ara, il-​Ħaruf t’Alla!” Minnufih, iż-​żewġ dixxipli taʼ Ġwanni l-​Għammied isegwu lil Ġesù. Wieħed minnhom hu Indrì, u l-​ieħor jidher li hu dak stess li niżżel dawn l-​affarijiet bil-​miktub, li kien jismu wkoll Ġwanni. Dan Ġwanni, minn kif jidher, huwa wkoll kuġin taʼ Ġesù, billi mid-​dehra hu bin Salomè, oħt Marija.

Hekk kif idur u jara lil Indrì u lil Ġwanni mexjin warajh, Ġesù jistaqsi: “X’qegħdin tfittxu?”

“Rabbi,” jistaqsu huma, “fejn qiegħed toqgħod?”

“Ejjew, u se taraw,” iwieġeb Ġesù.

Huwa madwar l-​erbgħa taʼ wara nofs in-​nhar, u Indrì u Ġwanni jibqgħu maʼ Ġesù għall-​bqija tal-​jum. Wara dan Indrì tant huwa eċċitat li jmur igħaġġel isib lil ħuh, li jissejjaħ Pietru. “Sibna lill-​Messija,” huwa jgħidlu. U jieħu lil Pietru s’għand Ġesù. Forsi hu f’dan l-​istess ħin li Ġwanni jsib lil ħuh Ġakbu u jġibu s’għand Ġesù; iżda, b’mod karatteristiku, Ġwanni jħalli barra din l-​informazzjoni persunali mill-​Vanġelu tiegħu.

L-għada, Ġesù jsib lil Filippu, li hu minn Betsajda, l-​istess belt minfejn ġew Indrì u Pietru. Hu jistiednu: “Kun segwaċi tiegħi.”

Filippu mbagħad isib lil Natanjel, li hu msejjaħ ukoll Bartolomew, u jgħidlu: “Sibna lil dak li dwaru Mosè, fil-​Liġi, u l-​Profeti kitbu, Ġesù, bin Ġużeppi, minn Nazzaret.” Natanjel jiddubita. “Tistaʼ xi ħaġa tajba toħroġ minn Nazzaret?” huwa jistaqsi.

“Ejja u ara,” jħeġġu Filippu. Waqt li huma ġejjin għand Ġesù, Ġesù jgħid dwar Natanjel: “Ara, Iżraelit b’ċertezza li fih ma hemm ebda qerq.”

“Kif inhu li tafni int?” Natanjel jistaqsi.

“Qabel ma sejjaħlek Filippu, waqt li int kont taħt is-​siġra tat-​tin, jien rajtek,” iwieġeb Ġesù.

Natanjel jistagħġeb. “Rabbi [li jfisser Għalliem], inti l-​Iben t’Alla, inti Sultan taʼ Iżrael,” huwa jwieġeb.

“Għaliex għedtlek li rajtek taħt is-​siġra tat-​tin inti temmen?” jistaqsi Ġesù. “Int se tara affarijiet akbar minn dawn.” Imbagħad iwiegħed: “Verissmu jien ingħidilkom, Intom se taraw is-​sema miftuħ u l-​anġli t’Alla telgħin u neżlin għand Bin il-​bniedem.”

Malajr wara dan, Ġesù, flimkien mad-​dixxipli ġodda tiegħu, jitlaq mill-​Wied tal-​Ġordan u jivvjaġġa lejn il-​Galilija. Ġwann 1:​29-51.

▪ Min huma l-​ewwel dixxipli taʼ Ġesù?

▪ Pietru, kif ukoll forsi Ġakbu, kif jiġi introdott lil Ġesù?

▪ X’jikkonvinċi lil Natanjel li Ġesù hu l-​Iben t’Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja