LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 22-23
  • “Ma Tawx Kas”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ma Tawx Kas”
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Tiħodhom it-​Twissijiet li Jiġu minn Alla Nnifsu?
  • Ħejji Għal Ħelsien Ġewwa Dinja Ġdida
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Ftakar fil-mara taʼ Lot
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Il-Mara taʼ Lot Ħarset Lura
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Ibqgħu Għassa”—Waslet is-Siegħa taʼ Ġudizzju!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 22-23

“Ma Tawx Kas”

JEKK it-​twissijiet ma niħduhomx bis-​serjetà, nistgħu nġarrbu diżastru.

Fl-1974, il-​belt taʼ Darwin, fl-​Awstralja, kienet għaddejja bil-​preparamenti għaċ-​ċelebrar tal-​vaganzi meta f’daqqa waħda s-​sireni bdew idoqqu biex jallarmaw lin-​nies li kien ġej ċiklun. Imma l-​belt taʼ Darwin kienet ilha madwar 30 sena ma tintlaqat minn ċiklun. Għaliex kellu jinqalaʼ issa? Ħafna minn dawk li kienu joqogħdu hemm ma qisux is-​serjetà tal-​periklu sakemm irwiefen qalila bdew itajru s-​soqfa u jaqilgħu l-​ħitan tad-​djar fejn in-​nies kienu jinsabu mgeddsin maʼ xulxin. Sa l-​għada fil-​għodu, il-​belt kienet saret ħerba.

F’Novembru taʼ l-​1985, żbroffa vulkan fil-​Kolombja. Is-​silġ u l-​borra li bdew jinħallu kkawżaw massa kbira taʼ tajn li niżlet fuq iktar minn 20,000 abitant fil-​belt t’Armero. Kien hemm xi twissija minn qabel? Il-​muntanja kienet ilha xhur sħaħ titriegħed. Madankollu, peress li kienu draw joqogħdu qrib il-​vulkan, il-​maġġuranza mill-​abitanti t’Armero ma ħabblux rashom. L-​awtoritajiet irċivew twissijiet li dalwaqt kien ġej diżastru, imma bilkemm ħadu azzjoni biex javżaw lill-​pubbliku. Minn fuq ir-​radju saru avviżi biex jaċċertaw lin-​nies. Permezz taʼ l-​ispeakers, fil-​knisja bdew iħeġġu lin-​nies biex jibqgħu kalmi. Fil-​għaxija kien hemm żewġ splużjonijiet spettakolari. Kieku int kont tabbanduna kollox u taħrab? Ftit kienu n-​nies li għamlu sforz biex jaħarbu qabel ma kien tard wisq.

Ħafna drabi, il-​ġeoloġi jbassru minn qabel b’eżattezza konsiderevoli fejn ikunu se jsiru t-​terremoti. Imma rari jkunu jistgħu jgħidu bl-​eżatt meta dawn ikunu se jseħħu. Fl-​1999, it-​terremoti madwar id-​dinja qatlu madwar 20,000 ruħ. Ħafna minn dawk li mietu kienu ħasbu li ħaġa bħal din qatt ma kienet se tiġri lilhom.

Kif Tiħodhom it-​Twissijiet li Jiġu minn Alla Nnifsu?

Minn ħafna qabel, il-​Bibbja ddeskriviet b’mod ħaj il-​ġrajjiet li jimmarkaw l-​aħħar jiem. Fi qbil maʼ dan, din tħeġġiġna biex nikkunsidraw “jiem Noè.” “F’dawk il-​jiem qabel id-​dilluvju,” in-​nies kienu għaddejjin bl-​attivitajiet normali tal-​ħajja, għalkemm bla dubju huma kienu konċernati dwar kemm kienet qed toktor il-​vjolenza. Rigward it-​twissija li Alla ta permezz tal-​qaddej tiegħu Noè, in-​nies “ma tawx kas sakemm ġie d-​dilluvju u kinishom ilkoll.” (Mattew 24:​37-39) Kieku int kont tagħti kasha t-​twissija? Qiegħed tagħmel hekk issa?

Xi ngħidu li kieku kont tgħix f’Sodoma, ħdejn il-​Baħar il-​Mejjet, fi żmien ir-​raġel Lot li kien in-​neputi t’Abraham? Il-​kampanja kienet qisha ġenna taʼ l-​art. Il-​belt kellha ħafna ġid. In-​nies kienu jgħixu b’moħħhom mistrieħ. Fi żmien Lot, “kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, kienu qed jixtru, kienu qed ibigħu, kienu qed iħawlu, u kienu qed jibnu.” Is-​soċjetà li kienu qed jgħixu fiha kienet ukoll estremament immorali. Kieku int kont tagħti kas it-​twissija meta Lot tkellem kontra l-​prattiċi mill-​agħar? Kont se tismaʼ meta qallek li Alla kien determinat li jġib fit-​tmiem lill-​belt taʼ Sodoma? Jew kont tieħu kollox biċ-​ċajt, kif għamlu l-​irġiel li kienu se jiżżewġu lill-​bniet taʼ Lot? Kont forsi tibda taħrab, imma mbagħad iddur lura bħalma għamlet mart Lot? Għalkemm kien hemm min ma ħax it-​twissija bis-​serjetà, dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma “niżlet xita taʼ nar u kubrit mis-​sema u qerdithom ilkoll.”—Luqa 17:​28, 29.

Il-maġġuranza tan-​nies fi żmienna ma jagħtux kas. Imma dawn l-​eżempji baqgħu preservati fil-​Kelma t’Alla bħala twissija għalina, biex jinkuraġġuna NIBQGĦU GĦASSA!

[Stampa/Kaxxa f’paġna 22]

Huwa Minnu li Kien Hemm Dilluvju Globali?

Ħafna kritiċi jgħidu Le. Imma l-​Bibbja tgħid Iva.

Ġesù Kristu nnifsu tkellem dwaru. Hu stess kien ħaj meta dan ġara, u ra kollox mis-​sema.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 23]

Veru li Sodoma u Gomorra Ġew Meqrudin?

L-​arkeoloġija tagħti prova taʼ din il-​ġrajja.

Din il-​ġrajja tissemma fl-​istorja sekulari.

Ġesù Kristu vverifika din il-​ġrajja, u dak li seħħ jissemma f’14-il ktieb differenti tal-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja