LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 31
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhi s-Saltna t’Alla?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 31
Lezzjoni 31. Ġesù Kristu bħala Sultan fis-​sema quddiem Ġeħova.

LEZZJONI 31

X’Inhi s-​Saltna t’Alla?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

L-​iżjed suġġett li titkellem fuqu l-​Bibbja hu s-​Saltna t’Alla. Ġeħova se juża din is-​Saltna biex jagħmel l-​art ġenna kif xtaq fil-​bidu. X’inhi s-​Saltna? Kif nafu li qed tmexxi? X’għamlet s’issa? U x’se tagħmel fil-​futur? It-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet se ssibhom f’din il-​lezzjoni u t-​tnejn li jmiss.

1. X’inhi s-​Saltna t’Alla u min hu s-​Sultan?

Is-​Saltna t’Alla hi gvern li għamlu Alla Ġeħova. Is-​Sultan tagħha hu Ġesù Kristu u jmexxi mis-​sema. (Mattew 4:17; Ġwanni 18:36) Il-​Bibbja tgħid li Ġesù se ‘jsaltan għal dejjem.’ (Luqa 1:​32, 33) Bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù se jmexxi fuq in-​nies kollha li jgħixu fuq l-​art.

2. Min qed imexxi maʼ Ġesù?

Ġesù ma jmexxix waħdu. Nies “minn kull tribù u lsien u poplu u ġens . . . se jsaltnu għal fuq l-​art.” (Rivelazzjoni 5:​9, 10) Kemm se jmexxu maʼ Kristu? Minn mindu Ġesù ġie fuq l-​art, miljuni taʼ Kristjani saru dixxipli tiegħu. Imma 144,000 biss se jmorru fis-​sema biex imexxu maʼ Ġesù. (Aqra Rivelazzjoni 14:​1-​4.) Il-​Kristjani l-​oħra fuq l-​art se jkunu ċittadini taʼ dan il-​gvern, is-​Saltna t’Alla.​—Salm 37:29.

3. Is-​Saltna t’Alla għala hi aħjar mill-​gvernijiet li hawn fuq l-​art?

Anki jekk il-​gvernijiet jipprovaw jagħmlu affarijiet tajbin, xorta m’għandhomx il-​qawwa biex jagħmlu dak kollu li jixtiequ. U l-​gvernijiet li jilħqu warajhom jistgħu jkunu egoisti u ma jgħinux lin-​nies. Imma ħadd mhu se jilħaq wara s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù. Alla ‘waqqaf saltna li qatt ma tinqered.’ (Danjel 2:44) Ġesù se jmexxi fuq l-​art kollha u se jittratta lil kulħadd l-​istess. Ġesù jħobbna, qalbu tajba u jimxi sew maʼ kulħadd. Hu se jgħallimna wkoll inħobbu lil xulxin, nuru qalb tajba, u nittrattaw lil kulħadd l-​istess.​—Aqra Isaija 11:9.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala s-​Saltna t’Alla hi aħjar mill-​gvernijiet kollha.

Ġesù qed imexxi fuq l-​art mis-​sema. Dawk li jmexxu miegħu bilqiegħda warajh. Warajhom hemm id-​dawl li ġej minn Ġeħova.

4. Is-​Saltna t’Alla se tmexxi l-​art kollha

Ġesù għandu iżjed qawwa minn kull gvern li qatt mexxa fid-​dinja. Aqra Mattew 28:​18, u mbagħad iddiskuti:

  • X’inhi d-​differenza bejn il-​qawwa li għandu Ġesù biex imexxi u gvernijiet oħrajn?

Il-​gvernijiet illum jinbidlu malajr u jmexxu biss fuq partijiet tad-​dinja. Is-​Saltna t’Alla l-​istess? Aqra Danjel 7:​14, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu tajjeb li s-​Saltna t’Alla qatt mhu se tinqered?

  • Għala hu tajjeb li se tmexxi l-​art kollha?

5. Il-​gvernijiet tal-​lum ma jistgħux isolvu l-​problemi tagħna

Għala għandna bżonn is-​Saltna t’Alla minflok dawn il-​gvernijiet? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

VIDJOW: X’Inhi s-​Saltna t’Alla?​—Parti mill-​Vidjow (1:​41)

  • X’effett qed iħallu n-​nies meta jmexxu d-​dinja?

Aqra Ekkleżjasti 8:​9, u mbagħad iddiskuti:

  • Taħseb li s-​Saltna t’Alla għandha tmexxi flok in-​nies? Għala taħseb hekk?

6. Dawk li jmexxu fis-​Saltna t’Alla jifhmuna

Is-​Sultan tagħna, Ġesù, għex bħala bniedem. B’hekk hu ‘jifhem id-​dgħjufijiet tagħna.’ (Ebrej 4:15) Ġeħova għażel 144,000 raġel u mara leali biex imexxu maʼ Ġesù. Dawn ġejjin “minn kull tribù u lsien u poplu u ġens.”​—Rivelazzjoni 5:9.

  • Kif tħossok li Ġesù u l-​144,000 jifhmu kif inħossuna u l-​problemi li għandna? Għala taħseb hekk?

Irġiel u nisa mill-​144,000 minn żminijiet u backgrounds differenti.

Ġeħova għażel irġiel u nisa minn backgrounds differenti biex imexxu maʼ Ġesù

7. Is-​Saltna t’Alla għandha l-​aħjar liġijiet

Il-​gvernijiet jagħmlu liġijiet biex jgħinu u jipproteġu lin-​nies tal-​pajjiż. Is-​Saltna t’Alla wkoll għandha liġijiet li n-​nies tagħha jridu jobdu. Aqra l-​1 Korintin 6:​9-​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif taħseb li se tkun id-​dinja meta kulħadd jobdi l-​liġijiet t’Alla?a

  • Ġeħova jrid li dawk li jagħmlu parti mis-​Saltna tiegħu jobdu l-​liġijiet tagħha. Taħseb li qed jistenna wisq mingħandna? Għala taħseb hekk?

  • Kif nafu li n-​nies li mhux qed jobdu l-​liġijiet tas-​Saltna jistgħu jinbidlu?​—Ara vers 11.

Pulizija jwaqqaf it-​traffiku f’main road. Nies taʼ età differenti qed jaqsmu t-​triq.

Il-​gvernijiet jagħmlu l-​liġijiet biex jipproteġu u jgħinu ċ-​ċittadini tagħhom. Is-​Saltna t’Alla għandha liġijiet li huma ħafna aħjar biex tipproteġi u tgħin iċ-​ċittadini tagħha

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Is-​Saltna t’Alla qiegħda f’qalbi.”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Is-​Saltna t’Alla hi gvern fis-​sema li se tmexxi lin-​nies kollha fuq l-​art.

X’Tgħallimt

  • Min qed imexxi fis-​Saltna t’Alla?

  • Is-​Saltna t’Alla kif inhi l-​aħjar gvern?

  • Ġeħova x’jistenna minn dawk li jagħmlu parti mis-​Saltna?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara fejn hi s-​Saltna skont Ġesù.

“Is-​Saltna t’Alla hi f’qalbek?” (Artiklu fuq jw.org)

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jagħżlu li jobdu s-​Saltna t’Alla iżjed mill-​gvernijiet l-​oħra?

Leali Lejn is-​Saltna t’Alla (1:​43)

Ara x’tgħid il-​Bibbja fuq il-​144,000 li Ġeħova għażel biex imexxu maʼ Ġesù.

“Min imur is-​sema?” (Artiklu fuq jw.org)

Mara li kienet fil-​ħabs kif ikkonvinċiet ruħha li Alla biss se jneħħi l-​inġustizzja?

“How I Found the Answer to Injustice” (Awake!, November 2011)

a Se tiddiskuti xi ftit minn dawn il-​liġijiet fit-​3 Parti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja