LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es25 pp. 26-36
  • Marzu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Marzu
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
  • Sottitli
  • Is-Sibt, 1 taʼ Marzu
  • Il-Ħadd, 2 taʼ Marzu
  • It-Tnejn, 3 taʼ Marzu
  • It-Tlieta, 4 taʼ Marzu
  • L-Erbgħa, 5 taʼ Marzu
  • Il-Ħamis, 6 taʼ Marzu
  • Il-Ġimgħa, 7 taʼ Marzu
  • Is-Sibt, 8 taʼ Marzu
  • Il-Ħadd, 9 taʼ Marzu
  • It-Tnejn, 10 taʼ Marzu
  • It-Tlieta, 11 taʼ Marzu
  • L-Erbgħa, 12 taʼ Marzu
  • Il-Ħamis, 13 taʼ Marzu
  • Il-Ġimgħa, 14 taʼ Marzu
  • Is-Sibt, 15 taʼ Marzu
  • Il-Ħadd, 16 taʼ Marzu
  • It-Tnejn, 17 taʼ Marzu
  • It-Tlieta, 18 taʼ Marzu
  • L-Erbgħa, 19 taʼ Marzu
  • Il-Ħamis, 20 taʼ Marzu
  • Il-Ġimgħa, 21 taʼ Marzu
  • Is-Sibt, 22 taʼ Marzu
  • Il-Ħadd, 23 taʼ Marzu
  • It-Tnejn, 24 taʼ Marzu
  • It-Tlieta, 25 taʼ Marzu
  • L-Erbgħa, 26 taʼ Marzu
  • Il-Ħamis, 27 taʼ Marzu
  • Il-Ġimgħa, 28 taʼ Marzu
  • Is-Sibt, 29 taʼ Marzu
  • Il-Ħadd, 30 taʼ Marzu
  • It-Tnejn, 31 taʼ Marzu
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
es25 pp. 26-36

Marzu

Is-Sibt, 1 taʼ Marzu

“Din it-tama mhux se tiddiżappuntana.”—Rum. 5:5.

Għadna m’aħniex ngħixu fid-dinja l-ġdida. Imma aħseb dwar l-affarijiet li qed ingawdu bħalissa, bħall-istilel, is-siġar, l-annimali, u n-nies. Ħadd ma jistaʼ jgħid li dawn l-affarijiet ma jeżistux, avolja kien hemm żmien meta vera ma kinux jeżistu. Aħna nistgħu narawhom għax Ġeħova ħalaqhom. (Ġen. 1:​1, 26, 27) Alla wegħedna wkoll li se jagħmel dinja ġdida. Hu żgur se jżomm kelmtu. Fid-dinja l-ġdida n-nies se jieħdu pjaċir jgħixu għal dejjem b’saħħa perfetta. Aħna nistgħu nkunu ċerti li d-dinja l-ġdida se tiġi eżatt meta ddeċieda Alla. (Is. 65:17; Riv. 21:​3, 4) Sakemm tiġi d-dinja l-ġdida, agħmel li tistaʼ biex issaħħaħ il-fidi tiegħek. Dejjem uri li tapprezza s-sagrifiċċju taʼ Ġesù. Aħseb dwar il-qawwa taʼ Ġeħova. Agħmel affarijiet li jressquk eqreb lejh. Jekk tagħmel hekk, tistaʼ tkun ma’ “dawk li bil-fidi u l-paċenzja jirtu l-wegħdi.”—Ebr. 6:​11, 12. w23.04 31 ¶18-19

Il-Ħadd, 2 taʼ Marzu

“M’għedtlekx li jekk temmen tara l-glorja t’Alla?”—Ġw. 11:40.

Ġesù jħares lejn is-sema u jitlob quddiem l-oħrajn. Hu jrid ifaħħar lil Ġeħova għal dak li se jagħmel. Imbagħad jgħajjat: “Lazzru, oħroġ!” (Ġw. 11:43) U Lazzru joħroġ mill-qabar! Ġesù għamel xi ħaġa li n-nies kienu jaħsbu li kienet impossibbli. Dan ir-rakkont isaħħilna l-fidi fl-irxoxt. Kif? Ftakar li Ġesù wiegħed lil Marta: “Ħuk iqum.” (Ġw. 11:23) Bħal Missieru, Ġesù jixtieq u għandu l-qawwa jagħmel dak li wiegħed. Meta beka, hu wera kemm vera jixtieq jirxoxta l-mejtin u jneħħi d-dwejjaq li jkollna meta nitilfu lil xi ħadd. U meta Lazzru ħareġ mill-qabar, Ġesù wera li għandu l-qawwa li jqajjem il-mejtin. Ġesù fakkar lil Marta dak li tgħid l-iskrittura tal-lum. Aħna għandna raġunijiet tajbin biex nemmnu li Alla se jagħmel dak li wiegħed u jirxoxta l-mejtin. w23.04 11-12 ¶15-16

It-Tnejn, 3 taʼ Marzu

“Ġeħova hu qrib dawk kollha li jgħajtulu għall-għajnuna, dawk kollha li jgħajtulu b’mod sinċier.”—Salm 145:18.

Meta nifhmu sew xi jkun jixtieq Ġeħova, forsi jkollna bżonn inbiddlu dwar xiex nitolbu. Irridu niftakru li Ġeħova għandu skop u se jwettqu fil-ħin li għażel. Dan il-pjan jinkludi li jneħħi għalkollox il-problemi li qed jikkaġunaw ħafna tbatija llum, bħal diżastri naturali, mard, u mewt. Ġeħova se jwettaq dan il-pjan permezz tas-Saltna tiegħu. (Dan. 2:44; Riv. 21:​3, 4) Imma sa ma jasal dak iż-żmien, Ġeħova qed iħalli lil Satana jikkontrolla d-dinja. (Ġw. 12:31; Riv. 12:9) Jekk Ġeħova jsolvi l-problemi kollha tan-nies issa, jistaʼ jidher li Satana qed imexxi b’mod tajjeb. Minkejja li rridu nistennew lil Ġeħova biex iwettaq il-wegħdi tiegħu, hu mhux se jħallina mingħajr għajnuna. Ġeħova se jgħinna. w23.05 8 ¶4; 9-10 ¶7-8

It-Tlieta, 4 taʼ Marzu

Kunu afu kif għandkom twieġbu lil kulħadd.—Kol. 4:6.

Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn jibbenefikaw mit-Tifkira? L-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li nistidnuhom biex jiġu. Nistgħu nistiednu lin-nies li niltaqgħu magħhom fil-ministeru. Nistgħu wkoll nagħmlu lista taʼ nies li nafu. Dawn jistgħu jkunu tal-familja, li naħdmu magħhom, tal-iskola, jew nies oħra li nafu. Jekk m’għandniex biżżejjed inviti pprintjati nistgħu nibagħtulhom link għall-invit fuq il-website. Jaf nibqgħu sorpriżi kemm ikun hemm nies li jaċċettaw l-istedina. (Ekk. 11:6) Tinsiex li meta nistiednu n-nies għat-Tifkira jistaʼ jkollhom xi mistoqsijiet, speċjalment jekk qatt ma ġew il-laqgħat tagħna. Allura, nagħmlu tajjeb li naħsbu dwar x’mistoqsijiet jistgħu jsaqsuna u kif inwiġbuhom. Wara li jiġu t-Tifkira, xi wħud interessati jistaʼ jkollhom iktar mistoqsijiet. Qabel, waqt, u wara t-Tifkira rridu nagħmlu li nistgħu biex ngħinu lil dawk li “lesti li jaċċettaw il-verità” biex jibbenefikaw mit-Tifkira.—Atti 13:48. w24.01 12 ¶13, 15; 13 ¶16

L-Erbgħa, 5 taʼ Marzu

“Intom ċpar li jidher għal ftit u mbagħad jgħib.”—Ġak. 4:14.

Fil-Bibbja hemm tmien rakkonti taʼ nies li ġew irxoxtati biex jgħixu fuq l-art. Studja sew dawn ir-rakkonti. Int u tistudjahom, ara x’tistaʼ titgħallem minnhom. Ara kif kull rakkont juri li Alla jixtieq u għandu l-qawwa li jqajjem il-mejtin. Imbagħad aħseb sew dwar l-irxoxt taʼ Ġesù, li hu l-iktar irxoxt importanti. Ftakar li mijiet taʼ nies raw lil Ġesù rxoxtat, u dak li nemmnu huwa bbażat fuq dan l-irxoxt. (1 Kor. 15:​3-6, 20-22) Kemm napprezzaw il-wegħda tal-irxoxt li għamlilna Ġeħova! Aħna nistgħu nkunu ċerti li din se tiġri għax Ġeħova jixtieq u għandu l-qawwa jagħmel dak li wiegħed. Ejja nkunu determinati li nibqgħu nsaħħu l-fidi tagħna f’din it-tama sabiħa. Meta nagħmlu hekk, se nersqu eqreb t’Alla, li jwiegħed lil kull wieħed minna, ‘Dawk li tħobbu se jqumu!’ —Ġw. 11:23. w23.04 8 ¶2; 12 ¶17; 13 ¶20

Il-Ħamis, 6 taʼ Marzu

Kun modest fil-mixi tiegħek m’Alla!—Mik. 6:8.

Il-modestja u l-umiltà huma żewġ kwalitajiet simili. Aħna nuru li aħna modesti meta ma naħsbux dwarna nfusna żżejjed u nifhmu li hemm affarijiet li ma nistgħux nagħmlu. Aħna nkunu umli meta nirrispettaw lil oħrajn u nqisuhom importanti iktar minna. (Flp. 2:3) Normalment, xi ħadd modest ikun umli wkoll. Gidegħon kien modest u umli. Meta anġlu taʼ Ġeħova qal lil Gidegħon li ġie magħżul biex isalva lil Iżrael mill-Midjanin, dan ir-raġel umli wieġbu: “Il-familja tiegħi mhix importanti f’Manasse, u jien l-iktar wieħed insinifikanti f’dar missieri.” (Mħ. 6:15) Hu ħaseb li ma kienx kapaċi jagħmel l-inkarigu, imma Ġeħova kien ċert li setaʼ jagħmlu. Gidegħon irnexxielu jagħmel l-inkarigu tiegħu bl-għajnuna taʼ Ġeħova. L-anzjani jagħmlu li jistgħu biex f’kollox juru li huma modesti u umli. (Atti 20:​18, 19) Huma ma jiftaħrux dwar x’jafu jagħmlu jew kemm għamlu, u ma jħossuhomx li ma jiswew għal xejn minħabba xi żbalji li għamlu. w23.06 3 ¶4-5

Il-Ġimgħa, 7 taʼ Marzu

“Hu jgħaffiġlek rasek.”—Ġen. 3:15.

Id-“dixxendent” se jgħaffeġ ras Satana iktar minn elf sena oħra. (Riv. 20:​7-10) U qabel dan, il-Bibbja tgħid iktar dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għandhom jiġru L-ewwel, in-nazzjonijiet se jibdew jgħidu “paċi u sigurtà!” (1 Tess. 5:​2, 3) Imbagħad, f’daqqa waħda, in-nazzjonijiet jattakkaw lir-reliġjonijiet foloz u jibda ż-żmien taʼ tbatija kbira. (Riv. 17:16) Wara dan, Ġesù se jiġġudika lin-nies u se jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż. (Mt. 25:​31-33, 46) Matul dan iż-żmien, Satana se jibqaʼ jiħodha kontra Ġeħova. Minħabba li hu jobgħod ħafna lix-Xhieda taʼ Ġeħova, se jġiegħel lil grupp taʼ nazzjonijiet li jingħaqdu flimkien biex jattakkawhom. Il-Bibbja ssejjaħ dan il-grupp Gog tal-art taʼ Magog. (Eżek. 38:​2, 10, 11) Imbagħad, il-midlukin li jkun għad fadal fuq l-art se jmorru fis-sema biex jingħaqdu maʼ Kristu u l-armata tiegħu biex jiġġieldu l-gwerra t’Armageddon. B’hekk, jispiċċa ż-żmien taʼ tbatija kbira. (Mt. 24:31; Riv. 16:​14, 16) Imbagħad se jibdew l-elf sena fejn Kristu se jibda jmexxi għal fuq l-art.—Riv. 20:6. w23.10 20-21 ¶9-10

Is-Sibt, 8 taʼ Marzu

“Jien ilni nirrispetta ħafna lil Ġeħova mindu kont żgħir.”—1 Slat. 18:12.

Illum, ħafna mill-qaddejja taʼ Ġeħova jgħixu f’pajjiżi fejn ix-xogħol tagħna ma jistax isir. Għalkemm huma jibqgħu jirrispettaw lil dawk li għandhom l-awtorità, dawn l-aħwa, bħal Għobadija, ma jaċċettawx li jieqfu jaqdu lil Ġeħova. (Mt. 22:21) Huma juru li jibżgħu minn Alla u li għandhom rispett kbir lejh billi jobdu lilu u mhux lin-nies. (Atti 5:29) Huma jagħmlu dan billi jkomplu jippritkaw u jiltaqgħu għal-laqgħat bil-moħbi. (Mt. 10:​16, 28) U jagħmlu dak kollu li jistgħu biex l-aħwa jkollhom l-ikel spiritwali u jibqgħu qrib Ġeħova. Aħseb dwar l-eżempju taʼ Henri, li jgħix f’post fl-Afrika fejn ix-xogħol tagħna ma setax isir. Matul dak iż-żmien, hu għen biex titqassam il-letteratura lill-aħwa. Hu kiteb: “Jien nistħi ħafna, . . . Ġeħova tani l-kuraġġ li kelli bżonn.” Inti kuraġġuż bħal Henri? Tistaʼ tkun, jekk ikollok rispett kbir lejn Alla. w23.06 16 ¶9, 11

Il-Ħadd, 9 taʼ Marzu

“Id-dnub daħal fid-dinja permezz taʼ bniedem wieħed.”—Rum. 5:12.

Wara li Adam u Eva m’obdewx lil Ġeħova, setgħet dehret impossibbli li nies perfetti jobdu lil Ġeħova u jimlew l-art. Jistaʼ jkun li Satana ħaseb li Ġeħova ma kienx ħa jirnexxilu jżomm il-wegħda tiegħu. Forsi ħaseb li Ġeħova kien se joqtol lil Adam u Eva u joħloq koppja perfetta oħra biex jilħaq l-iskop tiegħu. Imma li kieku Ġeħova għamel hekk, Satana kien se jakkużah li hu giddieb. Għala? Għax bħalma naraw f’​Ġenesi 1:​28, Ġeħova kien qal lil Adam u Eva li t-tfal tagħhom kienu ħa jimlew l-art. Jew jistaʼ jkun Satana ħaseb li Ġeħova se jħalli lil Adam u Eva jkollhom it-tfal, imma dawn qatt ma kienu ħa jkunu perfetti. (Ekk. 7:20; Rum. 3:23) U jekk it-tfal t’Adam u Eva qatt ma kienu se jkunu perfetti, Satana setaʼ jgħid li Ġeħova ma rnexxilux iwettaq l-iskop tiegħu. Id-dinja ma kinitx ħa tkun mimlija b’nies perfetti. w23.11 5-6 ¶15-16

It-Tnejn, 10 taʼ Marzu

“Tmorrux lil hinn minn dak li hemm miktub.”—1 Kor. 4:6.

Ġeħova jtina direzzjonijiet ċari permezz tal-Bibbja u l-organizzazzjoni tiegħu. M’għandniex għalfejn inżidu maʼ dak li jgħidilna. (Prov. 3:​5-7) Allura ma nżidu xejn maʼ dak li hemm miktub fil-Bibbja u ma nagħmlux regoli għall-aħwa dwar affarijiet personali. Satana juża l-“qerq fieragħ” u “l-affarijiet elementari tad-dinja” biex iqarraq u jifred lin-nies. (Kol. 2:8) Fi żmien il-Kristjani tal-bidu, dawn kienu jinkludu ideat tan-nies, tagħlim tal-Lhud li ma kienx mill-Iskrittura, u t-tagħlim li l-Kristjani kellhom jobdu l-Liġi taʼ Mosè biss. Dawn l-ideat kienu jaljenaw lin-nies biex ma jarawx l-għerf veru li ġej mingħand Ġeħova. Illum, Satana juża affarijiet bħat-televixin, ir-radju, u s-social media biex ixerred aħbarijiet li mhumiex veri li jaqblu magħhom mexxejja politiċi. Jużahom ukoll biex ixerred conspiracy theories, jiġifieri ideat li xi organizzazzjonijiet b’saħħithom u ħżiena jippjanaw bil-moħbi biex jagħmlu xi affarijiet koroh u tal-biżaʼ. w23.07 16 ¶11-12

It-Tlieta, 11 taʼ Marzu

“Ġeħova, kemm huma tal-għaġeb l-affarijiet li għamilt! Int għaref ħafna.”—Salm 92:5.

Satana żgur li qatt ma immaġina x’kien se jagħmel Ġeħova. Avolja Satana, Adam u Eva m’obdewx, Ġeħova kellu l-aqwa soluzzjoni biex l-iskop tiegħu xorta jitwettaq. Ġeħova ħalla lil Adam u Eva jkollhom it-tfal, u b’hekk dak li qal ġara. Għalhekk hu wera li ma kienx giddieb. Dan wera li jekk jgħid li ħa jagħmel xi ħaġa, xejn mhu ħa jwaqqfu. Hu għamel ċert li jsir l-iskop tiegħu billi pprovda “dixxendent” li kien se jsalva lit-tfal ubbidjenti t’Adam u Eva. Dan id-dixxendent kien ħa jagħti ħajtu bħala fidwa biex isalva lin-nies. (Ġen. 3:15; 22:18) Satana żgur li qatt ma immaġina dan! Għala? Għax dan is-sagrifiċċju huwa bbażat fuq imħabba vera. (Mt. 20:28; Ġw. 3:16) Satana m’għandux din il-kwalità. Hu egoist. Allura, x’se jiġri grazzi għas-sagrifiċċju tal-mewt taʼ Ġesù? Fl-aħħar tal-Elf Sena, dixxendenti perfetti u ubbidjenti t’Adam u Eva ħa jgħixu f’dinja magħmula ġenna eżatt bħalma kien l-iskop taʼ Ġeħova fil-bidu. w23.11 6 ¶17

L-Erbgħa, 12 taʼ Marzu

“Alla jiġġudika.”—Ebr. 13:4.

Aħna nobdu l-liġijiet taʼ Ġeħova dwar il-ħajja u d-demm. Għala? Għax Ġeħova jgħid li d-demm jirrappreżenta l-ħajja, li hi rigal prezzjuż mingħandu. (Lev. 17:14) Meta Ġeħova ħalla lill-bnedmin jieklu l-laħam, hu qalilhom biex ma jiklux id-demm. (Ġen. 9:4) Hu ta dan il-kmand ukoll lill-Iżraelin fil-Liġi taʼ Mosè. (Lev. 17:10) Fi żmien il-Kristjani tal-bidu, permezz tal-ġemgħa li tiggverna, Ġeħova reġaʼ ta dan il-kmand: ‘Ibqgħu tbiegħdu mid-demm.’ (Atti 15:​28, 29) Meta niġu biex niddeċiedu liema kura se nieħdu, aħna nibqgħu sodi u nobdu dan il-kmand. Aħna determinati wkoll li nżommu mal-livelli għoljin taʼ Ġeħova. L-appostlu Pawlu jgħidilna biex ‘immewtu l-membri taʼ ġisimna.’ Dan ifisser li nagħmlu minn kollox biex inneħħu kull xewqa ħażina li jkollna. Aħna ma narawx affarijiet jew nagħmlu xi ħaġa li tistaʼ twassalna għall-immoralità sesswali.—Kol. 3:5; Ġob 31:1. w23.07 15 ¶5-6

Il-Ħamis, 13 taʼ Marzu

“Fl-aħħar fetaħ qalbu magħha.”—Mħ. 16:17.

Forsi minħabba li Sansun kien iħobb ħafna lil Dalila, hu ma setax jinduna x’kien l-iskop tagħha. Dalila għamlet pressjoni lil Sansun biex jgħidilha minn fejn kien iġib is-saħħa, u fl-aħħar qalilha. B’dispjaċir, minħabba l-iżball li għamel, għal xi żmien tilef is-saħħa li kellu u l-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova. (Mħ. 16:​16-20) Minħabba li Sansun fada f’Dalila minflok f’Ġeħova, bata ħafna. Il-Filistin qabduh u għamewh. Imbagħad tefgħuh il-ħabs f’Gaża. In-nies għamluh skjav u qabbduh jitħan iċ-ċereali. Imbagħad il-Filistin ħadu lil Sansun għal waħda mill-festi tagħhom. Huma offrew sagrifiċċju kbir lill-alla falz Dagon għax ħasbu li hu għenhom jaqbdu lil Sansun. Huma ħadu lil Sansun il-festa biex “jidħqu bih.”—Mħ. 16:​21-25. w23.09 5-6 ¶13-14

Il-Ġimgħa, 14 taʼ Marzu

Żommu f’moħħkom x’jaħsbu li hu tajjeb in-nies kollha.—Rum. 12:17.

Jistaʼ jkun li xi ħadd li jaħdem magħna jew xi ħadd l-iskola jistaqsina għala nobdu dak li tgħid il-Bibbja. Aħna nagħmlu l-aħjar tagħna biex niddefendu dak li nemmnu. Imma rridu nirrispettaw l-opinjoni tal-persuna. (1 Pt. 3:15) Mela minflok ma taħseb li l-persuna qed taqbad miegħek, aħseb kif il-mistoqsija tistaʼ tgħinek tkun taf x’inhu importanti għaliha. Tkun xi tkun ir-raġuni għala ssaqsik il-mistoqsija, ikun tajjeb li aħna nwieġbu bil-kalma. It-tweġiba tiegħek tistaʼ tgħinha taħseb dwar l-opinjoni tagħha. Jekk xi ħadd li jaħdem miegħek jistaqsik għala ma niċċelebrawx il-birthday, aħseb ftit: Jistaʼ jkun li jaħseb li ma jħalluniex nieħdu pjaċir? Forsi nistgħu nfaħħruh talli hu qed jaħseb f’oħrajn. Dan jistaʼ jgħinna biex ikollna konversazzjoni tajba dwar dak li nsibu fil-Bibbja dwar il-birthday. w23.09 17 ¶10-11

Is-Sibt, 15 taʼ Marzu

“Oqogħdu għassa li ma tmorrux tinġarru magħhom bl-iżball taʼ nies li jisfidaw il-liġi, u titilfu s-sodizza tagħkom.”—2 Pt. 3:17.

Xi privileġġ għandna li nistgħu nużaw il-ħin li fadal biex nippritkaw lin-nies mad-dinja kollha. L-appostlu Pietru jgħidilna biex inżommu l-jum taʼ Ġeħova f’moħħna. (2 Pt. 3:​11, 12) Kif? Kuljum nistgħu naħsbu dwar kemm se tkun sabiħa l-ħajja fid-dinja l-ġdida. Immaġina lilek innifsek tieħu nifs f’arja nadifa, tiekol ikel tajjeb, tilqaʼ lill-ħbieb u tal-familja li kienu mietu, u tgħallem lil nies li għexu mijiet taʼ snin ilu dwar kif ġraw il-profeziji tal-Bibbja. Meta timmedita fuq dawn l-affarijiet, se jgħinek biex tibqaʼ tistenna għal dak iż-żmien u tkun ċert li qed ngħixu fl-aħħar żminijiet. Peress li nafu dan dwar il-futur, aħna mhux se nitfixklu b’dak li jgħidu għalliema foloz. w23.09 27 ¶5-6

Il-Ħadd, 16 taʼ Marzu

“Obdu lill-ġenituri tagħkom f’unjoni mal-Mulej, għax dan hu sewwa.”—Efes. 6:1.

Iż-żgħażagħ u t-tfal huma mdawrin bi wħud tamparhom li huma “diżubbidjenti lejn il-ġenituri.” (2 Tim. 3:​1, 2) Għala ħafna mit-tfal ma jobdux? Xi ġenituri jagħmlu l-kontra taʼ dak li jgħidu lit-tfal tagħhom, u dan għat-tfal ma jagħmilx sens. Oħrajn iħossu li l-ġenituri mhumiex raġonevoli u li l-pariri tagħhom m’għadhomx tajbin għal żmienna minħabba li d-dinja nbidlet. Jekk għadek żgħir, ġieli tħossok hekk? Ħafna jsibuha diffiċli biex jobdu l-kmand taʼ Ġeħova li nsibu fl-iskrittura tal-lum. X’jistaʼ jgħinek tobdi? Tistaʼ titgħallem kif tobdi minn Ġesù għax hu l-aqwa eżempju għalina. (1 Pt. 2:​21-24) Hu kien perfett, imma l-ġenituri tiegħu kienu imperfetti. Xorta waħda, Ġesù obda lill-ġenituri tiegħu anki meta għamlu xi żbalji jew ma fehmuhx.—Eżo. 20:12. w23.10 7 ¶4-5

It-Tnejn, 17 taʼ Marzu

“Qed jitwarrab il-kmandament taʼ qabel għax kien dgħajjef u bla effett.”—Ebr. 7:18.

L-appostlu Pawlu spjega li d-dnubiet ma setgħux jinħafrulhom permezz tas-sagrifiċċji li kienu joffru skont il-Liġi. U kien għalhekk li l-Liġi ġiet imwarrba. Imbagħad, Pawlu għallimhom xi affarijiet li kienu iktar diffiċli biex jifhmuhom. Hu fakkarhom li permezz tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù kien se jkollhom “tama aħjar,” li setgħet tgħinhom jersqu “qrib lejn Alla.” (Ebr. 7:19) Pawlu spjega lill-aħwa li l-mod kif kienu qed jaqdu lil Ġeħova kien ħafna aħjar mill-mod kif kienu jaqduh fil-passat. Il-mod kif il-Lhud kienu jaqdu lil Alla skont il-Liġi kien bħal “dell taʼ dak li għandu jiġi, imma r-realtà hi tal-Kristu.” (Kol. 2:17) Id-dell taʼ xi ħaġa mhuwiex l-oġġett reali. B’mod simili, il-mod kif il-Lhud kienu jaqdu lil Alla fil-passat kien qisu dell għax kien se jkun hemm mod aħjar kif iqimu lil Alla. Aħna wkoll irridu nifhmu kif il-Kristjani tal-bidu kienu jqimu lil Ġeħova. Hu importanti li nifhmu x’għamel Ġeħova biex jaħfrilna d-dnubiet ħalli nqimuh b’mod li jogħġob lilu. w23.10 25 ¶4-5

It-Tlieta, 18 taʼ Marzu

“Fi żmien it-tmiem, is-sultan tan-nofsinhar jinvolvi ruħu f’konfront miegħu.”—Dan. 11:40.

Danjel kapitlu 11 jitkellem dwar żewġ rejiet, jew gvernijiet, li jikkompetu kontra xulxin. Billi nqabblu din il-profezija m’oħrajn fil-Bibbja, aħna nafu li llum “is-sultan tat-tramuntana” hu r-Russja u l-pajjiżi li jappoġġjawha, u “s-sultan tan-nofsinhar” hu l-Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana. In-nies t’Alla li qed jgħixu taħt it-tmexxija tas-“sultan tat-tramuntana” qed jiġu ppersegwitati minnu. Xi aħwa ġew imsawtin u mitfugħin il-ħabs minħabba l-fidi tagħhom. Imma minflok qed ibeżżaʼ lil ħutna, “is-sultan tat-tramuntana” qed isaħħilhom il-fidi tagħhom. Għala? Għax dawn l-aħwa jafu li l-persekuzzjoni li qed jiffaċċja l-poplu t’Alla qed twettaq il-profezija li nsibu fil-ktieb taʼ Danjel. (Dan. 11:41) Dan jistaʼ jgħin lilna biex inżommu t-tama tagħna b’saħħitha u nibqgħu leali lejn Ġeħova. w23.08 11 ¶15-16

L-Erbgħa, 19 taʼ Marzu

“Dak li qed imisskom qed imiss il-mimmi t’għajnejja.”—Żak. 2:8.

Peress li jħobbna, Ġeħova mill-ewwel jinduna kif inħossuna u jkun irid li jipproteġina. Hu jkun imdejjaq meta nkunu inkwetati. B’hekk nistgħu nkunu ċerti li hu ħa jismagħna meta nitolbu: “Ipproteġini bħall-mimmi t’għajnejk.” (Salm 17:8) L-għajn hi waħda mill-iktar partijiet sensittivi u importanti fil-ġisem. Allura meta Ġeħova jqabbilna mal-mimmi t’għajnejh, qisu qed jgħid, ‘Kull min iweġġagħkom qed iweġġaʼ xi ħaġa vera importanti għalija.’ Ġeħova jridek tkun ċert li hu jħobbok. Imma hu jaf li jistaʼ jkollna d-dubji jekk iħobbniex minħabba ċertu affarijiet li ġrawlna fil-passat. Jew forsi bħalissa stess għaddejjin minn xi ħaġa li ġġegħelna niddubitaw jekk Ġeħova jħobbniex. X’ħa jgħinna biex inkunu iżjed ċerti? Billi nitgħallmu kif Ġeħova juri mħabba maʼ Ġesù, mal-midlukin, u magħna. w24.01 27-28 ¶6-7

Il-Ħamis, 20 taʼ Marzu

“L-Alla tagħna kien magħna u pproteġiena mill-għadu.”—Esd. 8:31.

Esdra ra kif Ġeħova kien għen lin-nies tiegħu fil-passat. Snin qabel, fl-484 QK, Esdra probabbli kien joqgħod Babilonja. Dan kien iż-żmien meta r-Re Aħasweru ordna li jinqatlu l-Lhud kollha li joqogħdu fl-Imperu Persjan. (Est. 3:​7, 13-15) Esdra u l-Lhud kollha kienu fil-periklu! Meta semgħu x’se jiġri, tant kienu inkwetati li ma kilux, bkew, u talbu lil Ġeħova għall-għajnuna. (Est. 4:3) Immaġina kif ħassewhom Esdra u l-Lhud, meta minflok, inqatlu dawk li riedu joqtlu lilhom! (Est. 9:​1, 2) Dak li għadda minnu Esdra żgur ippreparah għal żminijiet diffiċli li kien se jkollu fil-futur u għenu jkun iżjed ċert li Ġeħova jistaʼ jipproteġi lin-nies tiegħu. w23.11 17 ¶12-13

Il-Ġimgħa, 21 taʼ Marzu

“Alla jikkunsidrah ġust avolja ma jkunx ħadem għal dan.”—Rum. 4:6.

L-appostlu Pawlu l-iktar li tkellem hawn kien dwar il-Liġi taʼ Mosè, li Ġeħova kien ta lill-Iżraelin fuq il-Muntanja Sinaj. (Rum. 3:​21, 28) Mid-dehra kien hemm xi Kristjani Lhud fi żmien Pawlu li kienu għadhom jemmnu li jridu jimxu mal-Liġi taʼ Mosè. Allura, Pawlu uża l-eżempju t’Abraham biex juri li biex Alla jkun ferħan b’xi ħadd, m’għandux għalfejn jobdi l-Liġi taʼ Mosè. Minflok, Pawlu kien qed jgħid li għandna bżonn il-fidi. Dan hu inkuraġġanti għax jgħallimna li jekk ikollna fidi f’Alla u f’Ġesù, Ġeħova se jkun ferħan bina. Mill-banda l-oħra, ix-xogħlijiet li jsemmi Ġakbu kapitlu 2 mhumiex l-istess affarijiet li hemm fil-Liġi taʼ Mosè li semma Pawlu. Ġakbu hemmhekk qed jirreferi għall-affarijiet li Kristjan jagħmel fil-ħajja tiegħu taʼ kuljum. (Ġak. 2:24) Dawn l-affarijiet juru jekk il-fidi taʼ Kristjan hix vera jew le. w23.12 3 ¶8; 4-5 ¶10-11

Is-Sibt, 22 taʼ Marzu

“Raġel hu kap taʼ martu.”—Efes. 5:23.

Oħt li tixtieq tiżżewweġ għandha toqgħod attenta lil min tagħżel. Tinsiex li r-raġel li se tiżżewweġ se jkun il-kap tiegħek. (Rum. 7:2; Efes. 5:33) Saqsi lilek innifsek: ‘Jipprova jimita lil Ġesù b’dak li jaħseb u jagħmel? Ipoġġi lil Ġeħova l-ewwel f’ħajtu? Jieħu deċiżjonijiet tajbin? Meta jiżbalja jammetti? Jirrispettahom lin-nisa? Hu kapaċi jgħinni nżomm il-ħbiberija tiegħi maʼ Ġeħova b’saħħitha? Jistaʼ jipprovdili l-affarijiet li jkolli bżonn? Se jkun lest li jismagħni u jitkellem miegħi? Jekk trid issib raġel tajjeb għaż-żwieġ, int għandek tkun mara tajba għaż-żwieġ. Mara tajba hi “għajnuna” li taqbel għar-raġel tagħha. (Ġen. 2:18) Peress li tħobb lil Ġeħova, hi tagħmel li tistaʼ biex tgħin lil oħrajn jaraw il-kwalitajiet tajbin tar-raġel tagħha. (Prov. 31:​11, 12; 1 Tim. 3:11) Jekk tixtieq tiżżewweġ, saħħaħ il-ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova u għin lill-oħrajn fil-familja u fil-kongregazzjoni. w23.12 22-23 ¶18-19

Il-Ħadd, 23 taʼ Marzu

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla.”—Ġak. 1:5.

Ġeħova jwegħedna li se jtina l-għerf li jkollna bżonn biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Aħna jkollna bżonn l-għerf taʼ Ġeħova speċjalment meta nkunu se nieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kumplament taʼ ħajjitna. Hu jagħtina wkoll is-saħħa biex nissaportu. Bħalma għamel mal-appostlu Pawlu, Ġeħova se jagħti s-saħħa lilna wkoll biex inkunu nistgħu nissaportu l-problemi li jkollna. (Flp. 4:13) Hu juża l-familja spiritwali tagħna. Fil-lejl qabel miet, Ġesù talab ħafna. Hu talab mill-qalb lil Ġeħova biex in-nies ma jqisuhx bħala wieħed li m’għandux rispett lejn l-isem t’Alla. Imma minflok, Ġeħova għen lil Ġesù billi bagħatlu wieħed mill-anġli tiegħu biex jinkuraġġih. (Lq. 22:​42, 43) Ġeħova jistaʼ jgħinna wkoll permezz taʼ telefonata jew żjara inkuraġġanti mingħand xi ħu jew oħt. Kull wieħed u waħda minna għandu jfittex opportunitajiet biex jgħid ‘kelma tajba’ lill-aħwa.—Prov. 12:25. w23.05 10-11 ¶9-11

It-Tnejn, 24 taʼ Marzu

“Ibqgħu farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin.”—1 Tess. 5:11.

Dawk li m’għadhomx jiġu l-laqgħat u ġew għat-Tifkira forsi jibżgħu x’se jgħidulhom l-aħwa fil-kongregazzjoni jew x’se jaħsbu dwarhom. Mela ssaqsihomx mistoqsijiet li jistgħu jġegħelhom jistħu jew tgħidilhom xi ħaġa li tistaʼ tweġġagħhom. Dawn għadhom ħutna. U aħna ferħanin li nistgħu nerġgħu naqdu lil Ġeħova magħhom! (Salm 119:176; Atti 20:35) Mhux taʼ b’xejn li Ġesù qalilna biex niftakru fil-mewt tiegħu kull sena! Meta mmorru t-Tifkira se nibbenefikaw b’ħafna modi, kemm aħna u kemm oħrajn. (Is. 48:​17, 18) Se nsiru nħobbu lil Ġeħova u lil Ġesù iktar, u nuru kemm napprezzaw dak li għamlu għalina. Se nsaħħu l-ħbiberija tagħna ma’ ħutna. U nistgħu ngħinu lil oħrajn jitgħallmu li anki huma jistgħu jmorru tajjeb minħabba l-fidwa. Mela ejja nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex inkunu preparati għall-iktar ġurnata importanti fis-sena—it-Tifkira! w24.01 14 ¶18-19

It-Tlieta, 25 taʼ Marzu

Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek li mmexxik.—Is. 48:17.

Ġeħova kif jiggwidana? L-iżjed permezz tal-Kelma tiegħu, il-Bibbja. Imma hu juża wkoll xi nies biex jiggwidana. Pereżempju, hu juża “l-ilsir leali u għaqli” ħalli jagħtina l-ikel spiritwali biex inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet tajbin. (Mt. 24:45) Ġeħova juża wkoll xi rġiel oħra biex itina gwida. Pereżempju, l-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet u l-anzjani jistgħu jagħtuna inkuraġġiment u jgħallmuna affarijiet li jgħinuna matul żminijiet diffiċli. Kemm napprezzaw li Ġeħova qed imexxina matul dawn iż-żminijiet diffiċli qabel jiġi t-tmiem! Dan jgħinna nibqgħu ħbieb tiegħu u ngawdu l-ħajja issa u għal dejjem. Imma xi kultant jaf insibuha diffiċli biex nobdu l-gwida taʼ Ġeħova, speċjalment meta tkun ġejja minn irġiel imperfetti. Meta jiġri hekk, irridu nkunu ċerti li Ġeħova qed imexxi lin-nies tiegħu u meta nobduh, dejjem ħa mmorru tajjeb. w24.02 20 ¶2-3

L-Erbgħa, 26 taʼ Marzu

Ħobbu la bil-kliem u lanqas bl-ilsien, imma bl-għemil u l-verità.—1 Ġw. 3:18.

Aħna nistgħu nħobbu iktar lil Alla billi nistudjaw sew il-Kelma tiegħu. Waqt li tkun qed taqra l-Bibbja, ara x’tistaʼ titgħallem dwar Ġeħova. Saqsi lilek innifsek: ‘Dan ir-rakkont kif juri li Ġeħova jħobbni? Kif iġegħelni nħobb iktar lil Ġeħova?’ Mod ieħor kif nistgħu nsaħħu l-imħabba tagħna għal Ġeħova hu billi nitolbuh kuljum u ngħidulu kif qed inħossuna. (Salm 25:​4, 5) Imbagħad, Ġeħova se jwieġeb it-talb tagħna. (1 Ġw. 3:​21, 22) Irridu wkoll inħobbu iktar lil oħrajn. Xi snin wara li l-appostlu Pawlu sar Kristjan, hu ltaqaʼ ma’ żagħżugħ jismu Timotju. Timotju ħabb lil Ġeħova u anki lin-nies. Pawlu qal lill-​Filippin: “M’għandi lil ħadd bl-istess attitudni tiegħu li se jieħu ħsieb ġenwinament dak li għandu x’jaqsam magħkom.” (Flp. 2:20) Pawlu setaʼ jara li Timotju kien iħobb ħafna lill-aħwa. Bla dubju, l-aħwa kienu jieħdu pjaċir meta Timotju kien iżur il-kongregazzjoni tagħhom.—1 Kor. 4:17. w23.07 9 ¶7-10

Il-Ħamis, 27 taʼ Marzu

“Żgur ma nabbandunakx.”—Ebr. 13:5.

Mosè miet qabel l-Iżraelin daħlu fl-Art Imwiegħda. Ġeħova waqaf jgħin in-nies tiegħu wara li Mosè miet? Le. Sakemm kienu leali, Ġeħova baqaʼ jieħu ħsiebhom. Qabel ma miet Mosè, Ġeħova qallu biex jagħti r-responsabbiltà lil Ġożwè biex imexxi lin-nies. Mosè kien ilu jittrennja lil Ġożwè għal ħafna snin. (Eżo. 33:11; Dt. 34:9) U f’din ir-responsabbiltà, hu ma kienx waħdu. Kellu kapijiet tal-eluf, tal-mijiet, tal-ħamsinijiet, u tal-għaxriet. (Dt. 1:15) In-nies t’Alla kellhom min jieħu ħsiebhom sew. Eżempju ieħor hu taʼ Elija. Hu qattaʼ ħafna snin jgħin lill-Iżraelin jaqdu lil Ġeħova. Imma wara, Ġeħova bagħtu n-naħa t’isfel taʼ Ġuda. (2 Slat. 2:1; 2 Kron. 21:12) In-nies leali tal-għaxar tribujiet taʼ Iżrael spiċċaw waħedhom? Le. Elija kien ilu jittrennja lil Eliżew għal ħafna snin. B’hekk l-iskop taʼ Ġeħova ma waqafx, u hu baqaʼ jieħu ħsieb lin-nies leali tiegħu. w24.02 5 ¶12

Il-Ġimgħa, 28 taʼ Marzu

“Ibqgħu aġixxu bħal dawk li jimxu fid-dawl.”—Efes. 5:8.

Il-Kristjani Efesin kienu qed jgħixu skont il-Kelma taʼ Ġeħova, u din kienet bħal dawl biex jiggwidahom. (Salm 119:105) Dawn l-​Efesin kienu telqu t-twemmin tar-reliġjon falza u ma baqgħux jagħmlu affarijiet immorali. Huma bdew ‘jimitaw lil Alla’ u jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jaqduh u jagħmluh ferħan. (Efes. 5:1) Bħall-Kristjani Efesin, qabel ma tgħallimna l-verità, aħna wkoll konna fid-dlam minħabba r-reliġjon falza u l-livelli morali. Xi wħud minna kienu jiċċelebraw festi reliġjużi u oħrajn kienu jgħixu ħajja immorali. Imma meta tgħallimna l-livelli taʼ Ġeħova taʼ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, aħna għamilna l-bidliet. Aħna bdejna ngħixu kif jixtieq hu, u minħabba f’hekk gawdejna ħafna barkiet. (Is. 48:17) Imma ma jkunx dejjem faċli li nibqgħu ’l bogħod mid-dlam li tlaqna u ‘nibqgħu mexjin bħala wlied id-dawl.’ w24.03 21 ¶6-7

Is-Sibt, 29 taʼ Marzu

“Għamilna kemm għamilna progress, ejjew nibqgħu nimxu bl-istess mod.”—Flp. 3:16.

Forsi tħoss li m’intix lest li tiddedika lilek innifsek u titgħammed. Forsi għad trid tagħmel iżjed bidliet biex tobdi lil Ġeħova, jew trid issaħħaħ iktar il-fidi tiegħek. (Kol. 2:​6, 7) L-istudenti ma jagħmlux l-istess progress, u ż-żgħażagħ mhux kollha jkunu lesti biex jiddedikaw ħajjithom u jitgħammdu tal-istess età. Ipprova ara x’bidliet għandek tagħmel u tqabbilx lilek innifsek m’oħrajn. (Gal. 6:​4, 5) Jekk tara li m’intix lest biex tiddedika ħajtek lil Ġeħova, ibqaʼ aħdem sakemm tilħaq din il-mira. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tagħmel il-bidliet li hemm bżonn. (Flp. 2:13) Tistaʼ tkun ċert li se jismaʼ t-talb tiegħek u jgħinek.—1 Ġw. 5:14. w24.03 5 ¶9-10

Il-Ħadd, 30 taʼ Marzu

“Irġiel, komplu għixu mal-mara tagħkom billi turu li tifhmuha.”—1 Pt. 3:7.

Darba Sara kienet imdejqa ħafna. Hi qalet lil Abraham kif kienet qed tħossha, u anki waħħlet fih għal dak li kien qed jiġri. Abraham kien jaf li Sara kienet sottomessa u taċċetta d-deċiżjonijiet li jieħu hu. Hu semaʼ dak li qaltlu Sara u pprova jsolvi l-problema. (Ġen. 16:​5, 6) X’nistgħu nitgħallmu? Irġiel miżżewġin, intom għandkom l-awtorità li tieħdu deċiżjonijiet għall-familja tagħkom. (1 Kor. 11:3) Imma xi ħaġa sabiħa li tistgħu tagħmlu hi li titkellmu mal-mara tagħkom u tisimgħu sew qabel tieħdu d-deċiżjoni, speċjalment jekk tkun se teffettwa lilha. (1 Kor. 13:​4, 5) Darb’oħra, Abraham wera ospitalità ma’ xi rġiel li hu u Sara ma kinux qed jistennew. Hu qal lil Sara biex tieqaf minn dak li kienet qed tagħmel u tipprepara l-ħobż. (Ġen. 18:6) Sara waqfet mill-ewwel u għamlet dak li qalilha Abraham. Nisa miżżewġin, intom tistgħu timitaw lil Sara billi tissapportjaw l-irġiel tagħkom fid-deċiżjonijiet tagħhom. Meta tagħmlu hekk tkunu qed issaħħu ż-żwieġ tagħkom.—1 Pt. 3:​5, 6. w23.05 24-25 ¶16-17

It-Tnejn, 31 taʼ Marzu

L-għerf li ġej minn fuq hu lest li jobdi.—Ġak. 3:17.

Wara li Gidegħon ġie magħżul biex imexxi lill-Iżraelin, hu kellu juri kuraġġ u jobdi. Hu kellu jkisser l-artal li kien għamel missieru biex iqim lil Bagħal, u dan kien inkarigu perikoluż. (Mħ. 6:​25, 26) Iktar tard, wara li Gidegħon għaqqad armata, Ġeħova qallu darbtejn biex inaqqas is-suldati. (Mħ. 7:​2-7) U fl-aħħar, Ġeħova qallu biex jattakka lill-armata taʼ kontrih matul il-lejl. (Mħ. 7:​9-11) L-anzjani għandhom ikunu ‘lesti li jobdu.’ Anzjan ubbidjenti jkun lest li jagħmel dak li tgħid l-Iskrittura u jobdi d-direzzjoni li jirċievi mill-organizzazzjoni t’Alla. B’hekk hu jkun t’eżempju tajjeb għal oħrajn. Imma kultant jistaʼ jkun diffiċli għalih biex jobdi. Pereżempju, hu forsi jirċievi ħafna direzzjonijiet u jkun diffiċli biex ilaħħaq magħhom. Xi kultant jistaʼ jaħseb li ċertu direzzjoni ma tagħmilx sens. Jew jingħata inkarigu li bih jistaʼ jiġi arrestat. L-anzjani kif jistgħu jimitaw lil Gidegħon u jkunu ubbidjenti f’sitwazzjonijiet bħal dawn? Ismaʼ sew id-direzzjoni u applikaha. w23.06 4-5 ¶9-11

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja