LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/1 pp. 3-5
  • Lil Liema Xorta taʼ Nies Tiffavorixxi Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lil Liema Xorta taʼ Nies Tiffavorixxi Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Livelli taʼ Valur Komuni
  • Huma Dawn Livelli Sodi?
  • Min Għandu l-Favur t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Iħarsu Lejn l-Edukazzjoni?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • L-Edukazzjoni—Użaha Biex Tfaħħar lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Ġenituri—X’Futur Tixtiequ Għal Uliedkom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/1 pp. 3-5

Lil Liema Xorta taʼ Nies Tiffavorixxi Int?

“TINĦTIEĠ GĦARUSA. Trid tkun bajdanija u rqiqa, se tiggradwa jew preferibbilment diġà ggradwata. Trid tkun minn familja tajba bi propjetajiet. L-​istess kulur tal-​ġilda ppreferuta.”

HEKK igħid avviż tipiku matrimonjali li tistaʼ tara fuq xi gazzetta fl-​Indja. X’aktarx li tara xi ħaġa simili fil-​bqija tad-​dinja. Fl-​Indja l-​avviż ġeneralment jiġi maħruġ mill-​ġenituri taʼ għarus prospettiv. It-​tweġibiet jistgħu jinkludu ritratt taʼ tfajla liebsa sari aħmar igħajjat u b’ħafna deheb fuqha. Jekk il-​familja tal-​ġuvni tapprova, jinbdew negozjati bil-​ħsieb taʼ żwieġ.

Livelli taʼ Valur Komuni

Fl-​Indja talbiet għal għarusa bajdanija huma komuni ħafna. Dan huwa dovut għat-​twemmin b’għeruq sodi li dawk tal-​klassi iktar baxxa fis-​soċjetà tal-​Indu huma somor. Riċentement, programm fuq it-​televiżjoni Indjan qal storja dwar żewġ tfajliet, waħda bajdanija u waħda samra. It-​tfajla bajdanija kienet kattiva u bla manjieri; it-​tfajla samra kienet qalbha tajba u ġentili. Seħħ b’mod maġiku l-​maqlub, u t-​tfajla bajdanija saret samra bħala kastig, waqt li t-​tfajla samra saret bajdanija. Il-​morali tal-​istorja ovvjament kien li waqt li t-​tjubija eventwalment tittrijonfa, il-​ġilda bajdanija hija rigal mixtieq.

Sentimenti razzjali bħal dawn taʼ spiss huma iktar fondi milli wieħed jistaʼ jirrealizza. Per eżempju, wieħed Asjatiku jistaʼ jżur pajjiż tal-​Punent u jilmenta li hu ġie ttrattat ħażin minħabba l-​kulur tal-​ġilda tiegħu jew it-​tiġbid taʼ għajnejh. Azzjonijiet bħal dawn jinkwetawh, u jħoss li jkunu mxew miegħu b’diskriminazzjoni. Imma meta jerġaʼ lura lejn art twelidu, hu jistaʼ jittratta maʼ persuni taʼ grupp etniku differenti bl-​istess mod. Saħansitra llum il-​kulur tal-​ġilda u l-​isfond etniku għandhom irwol kbir fil-​mod kif ħafna nies jistmaw kemm tiswa persuna oħra.

“Il-​flus huma li jagħtu tweġiba għall-​affarijiet kollha,” kiteb is-​Sultan Salamun tal-​qedem. (Ekkleżjasti 10:19) Kemm hu veru dan! Il-​għana jeffettwa wkoll kif jiġu meqjusin in-​nies. Is-​sors tal-​għana rari jiddubitawh. Raġel sar għani minħabba xogħol iebes jew għax imexxi bil-​għaqal jew għax diżonest? Dak ma tantx jimporta. Ir-​rikkezzi, miksubin bis-​sewwa jew bid-​dnewwa, iwasslu għal li ħafna nies jinħabbu maʼ dak li huwa tat-​tajjeb.

Edukazzjoni iktar għolja wkoll ġiet impoġġija fuq pedestal f’din id-​dinja kompetittiva. Hekk kif titwieled tarbija, il-​ġenituri huma mħeġġin biex jibdew iwarrbu somom kbar taʼ flus għall-​edukazzjoni. Sa ma jkollu sentejn jew tliet snin, huma jinkwetaw dwar kif se jdaħħluh fl-​iskola tan-​nuna jew kindergarten bħala l-​ewwel pass fil-​vjaġġ twil lejn li jiggradwa fl-​università. Xi nies jidhrilhom li diploma prestiġjuża ġġib magħha d-​dritt taʼ favur u rispett minn oħrajn.

Iva, il-​kulur tal-​ġilda, l-​edukazzjoni, il-​flus, l-​isfond etniku—dawn saru l-​livelli li bihom ħafna nies jiġġudikaw jew, x’aktarx, jippreġudikaw lil xi persuna oħra. Dawn huma l-​fatturi li jiddeterminaw lil min jiffavorixxu u lil min ma jiffavorux. Xi ngħidu dwarek? Lil min tiffavorixxi int? Tikkunsidra lil xi ħadd bil-​flus, taʼ ġilda bajdanija, jew taʼ iktar edukazzjoni bħala li jixraqlu iktar il-​favur u r-​rispett? Jekk inhu hekk, għandek bżonn tikkunsidra bis-​serjetà l-​bażi għas-​sentimenti tiegħek.

Huma Dawn Livelli Sodi?

Il-​ktieb Hindu World josserva: “Kwalunkwe wieħed mill-​klassi iktar baxxa li joqtol wieħed brāhmin jistaʼ jiġi ttorturat sal-​mewt u l-​propjetà tiegħu kkonfiskata, u ruħu tkun indannata għall-​eternità. Wieħed brāhmin li joqtol lil xi ħadd jistaʼ jiġi biss imwaħħal multa u qatt ma jiġi kkastigat bil-​mewt.” Għalkemm il-​ktieb qed jitħaddet dwar iż-​żminijiet antiki, xi ngħidu għal-​lum? Preġudizzju razzjali u tensjoni komunali kkaġunaw xmajjar taʼ demm igelglu saħansitra fis-​seklu 20. U dan ma ġiex ristrett għall-​Indja. Il-​mibgħeda u l-​vjolenza li tkomplew mill-​apartheid fl-​Afrika t’Isfel, mill-​preġudizzju razzjali fl-​Istati Uniti, mill-​preġudizzju nazzjonalistiku fil-​Baltiċi—il-​lista tkompli sejra—kollha huma kkaġunati minn sentimenti taʼ superjorità ġewwinija. Ċertament, li wieħed jiffavorixxi persuna minn oħra minħabba r-​razza jew in-​nazzjonalità ma pproduċiex frott tajjeb u taʼ paċi.

Xi ngħidu dwar il-​għana? Bla dubju, ħafna jsiru sinjuri minħabba xogħol iebes u onest. Madankollu, għana enormi ġie maħżun minn nies kriminali, dawk involuti fil-​black market, dawk li jittraffikaw id-​drogi, dawk li jbigħu armamenti illegalment, u oħrajn. Veru, xi wħud minn dawn jagħtu donazzjonijiet għall-​karità jew jappoġġjaw skemi biex igħinu lill-​fqar. Minkejja dan, l-​atti kriminali tagħhom ġabu tbatija u miżerja liema bħalha fuq il-​vittmi tagħhom. Saħansitra dawk l-​operaturi li huma komparattivament inqas kriminali, bħalma huma dawk li jixxaħħmu jew li jieħdu sehem fi prattiċi tan-​negozju li m’humiex nodfa, ikkaġunaw frustrazzjoni, ħsara, u mewt meta l-​prodotti jew is-​servizzi tagħhom fallew u ħadmu ħażin. Tabilħaqq, li wieħed jippossjedi l-​għana fih innifsu m’huwiex bażi għal ġudizzju favorevoli.

Xi ngħidu, allura, dwar l-​edukazzjoni? Lista twila taʼ titli u ittri wara l-​isem taʼ xi persuna tiggarantixxi li hija onesta u retta? Ifisser dan li għandek tħares lejha b’favur? Veru, l-​edukazzjoni tistaʼ twessaʼ l-​orizzonti taʼ dak li jkun, u ħafna li għamlu użu mill-​edukazzjoni tagħhom biex jibbenefikaw lil oħrajn jixirqilhom unur u rispett. Imma l-​istorja hija mimlija b’eżempji tal-​klassi edukata li ħadu vantaġġ minn u għakksu lill-​masses. U kkunsidra x’qiegħed jiġri fil-​kulleġġi jew fl-​universitajiet illum. Dawk il-​postijiet huma mimlijin bi problemi taʼ abbuż tad-​drogi u mard trażmess sesswalment, u ħafna studenti jissieħbu fihom biss għall-​flus, poter, u fama. L-​edukazzjoni waħedha taʼ dak li jkun ma tindikax b’mod li tistaʼ toqgħod fuqu l-​karattru veru tiegħu.

Le, il-​kulur tal-​ġilda, l-​edukazzjoni, il-​flus, l-​isfond etniku, jew xi fatturi oħrajn bħal dawn m’humiex bażijiet sodi li fuqhom tistaʼ tiġġudika x’tiswa persuna oħra. Il-​Kristjani m’għandhomx ikunu preokkupati b’dawn il-​kwistjonijiet fi sforz biex jiksbu l-​favur taʼ oħrajn. Dwar liema ħaġa, allura, għandha persuna tkun ikkonċernata? Liema livelli għandu wieħed isegwi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja