LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 7/1 pp. 15-17
  • L-Edukazzjoni tal-Bibbja Tibni l-Fidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Edukazzjoni tal-Bibbja Tibni l-Fidi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kliem taʼ Inkuraġġiment biex Jibni l-​Fidi t’Oħrajn
  • Il-​Fidi Tinkuraġġixxi l-​Libertà tal-​Kelma
  • Komplu Ppromwovu l-​Edukazzjoni tal-​Bibbja li Tibni l-​Fidi
  • Imqanqlin Biex Jaqdu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Jum il-Gradwazzjoni—Jum mill-Isbaħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Qis l-Affarijiet mill-Ħarsa t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 7/1 pp. 15-17

L-​Edukazzjoni tal-​Bibbja Tibni l-​Fidi

“XI PRIVILEĠĠ prezzjuż kellna f’dawn il-​ħames xhur li qattajna neżaminaw il-​ħsibijiet tal-​Ħallieq tagħna u nitgħallmu nħarsu lejn l-​affarijiet kif iħares lejhom hu!” qal rappreżentant tal-​122 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead) fil-​jum tal-​gradwazzjoni. L-​10 taʼ Marzu, 2007, se jkun jum li s-​56 membru tal-​klassi se jibqgħu jiftakruh għal żmien twil hekk kif kienu waslu biex jibdew is-​servizz missjunarju tagħhom fis-​26 pajjiż fejn ġew inkarigati.

Wara li ta merħba mill-​qalb lill-​udjenza taʼ 6,205, Theodore Jaracz, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, qal: “Aħna ċerti li se tkunu msaħħin spiritwalment u mibnijin fil-​fidi minħabba li qed tattendu dan il-​programm tal-​gradwazzjoni.” Wara dan hu introduċa lill-​erbaʼ kelliema li ġew warajh u li kienu se jipprovdu inkuraġġiment u pariri f’waqthom ibbażati fuq il-​Bibbja biex jgħinu lill-​istudenti jirnexxu fl-​inkarigi tagħhom bħala missjunarji.

Kliem taʼ Inkuraġġiment biex Jibni l-​Fidi t’Oħrajn

Leon Weaver, membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa taʼ l-​Istati Uniti tkellem dwar it-​tema “Ibqgħu Agħmlu Dak li Hu Tajjeb.” Hu fakkar lill-​istudenti li kull wieħed minnhom bħala medja kien qattaʼ xi 13-il sena fis-​servizz full-time, jippromwovi l-​edukazzjoni tal-​Bibbja li tibni l-​fidi. Hu qal: “Dan hu xogħol tajjeb minħabba li jinvolvi s-​salvazzjoni tal-​ħajja tan-​nies, u iktar importanti minn hekk, dan hu xogħol tajjeb minħabba li jfaħħar bil-​kbir lil Missierna tas-​sema, Ġeħova.” Imbagħad, Ħuna Weaver inkuraġġixxa lill-​istudenti biex ikomplu ‘jiżirgħu għall-​ispirtu’ u biex ‘ma jiqfux jagħmlu dak li hu tajjeb.’​—Galatin 6:​8, 9.

David Splane, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ipprovda tfakkiriet prattiċi hekk kif żviluppa t-​tema “Agħmlu Ħilitkom biex Tibdew bit-​Tajjeb.” Ħuna Splane inkuraġġixxa lill-​missjunarji l-​ġodda biex jibdew bit-​tajjeb fl-​inkarigi tagħhom billi jagħmlu dan li ġej: “Żommu attitudni pożittiva. Tgħaġġlux biex taslu għal konklużjoni. Żommu tbissima fuq xofftejkom. Tikkritikawx. Kunu umli, u rrispettaw lill-​aħwa lokali.” Imbagħad, hu żied: “Malli tinżlu mill-​ajruplan, ibdew bit-​tajjeb, u jalla Ġeħova jbierek dawk is-​saqajn mill-​isbaħ tagħkom hekk kif ‘iħabbru r-​riżq’ lin-​nies.”​—Isaija 52:7.

“Wirt Garantit” kienet it-​tema li kkunsidra Lawrence Bowen, għalliem taʼ Gilgħad. Ħuna Bowen fakkar lill-​istudenti li l-​bidu taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad matul it-​tieni gwerra dinjija kien ibbażat fuq fiduċja sħiħa fit-​twettiq tal-​Kelma profetika taʼ Ġeħova. (Ebrej 11:1; Rivelazzjoni 17:8) Minn dakinhar ’l hawn, Gilgħad tat lill-​istudenti l-​opportunità li jsaħħu l-​fidi tagħhom. Fidi b’saħħitha tqanqal lill-​gradwati biex imorru u jipproklamaw il-​verità biż-​żelu.

Mark Noumair, għalliem ieħor taʼ Gilgħad, tkellem dwar it-​tema interessanti “Int Tfakkarni f’Xi Ħadd.” Hu ġibed l-​attenzjoni lejn l-​eżempju tal-​profeta Eliżew, li wera fidi u kuraġġ fl-​inkarigu tiegħu. Mark Noumair, waqt li bbaża l-​kummenti tiegħu fuq l-​1 Slaten 19:​21, qal: “Eliżew kien lest li jagħmel aġġustamenti f’ħajtu, poġġa l-​interessi persunali tiegħu fit-​tieni post, u ddefenda l-​iskop taʼ Ġeħova.” Hu faħħar lill-​gradwati talli wrew l-​istess attitudni u inkuraġġiehom ikomplu jagħmlu dan fl-​inkarigi ġodda tagħhom.

Il-​Fidi Tinkuraġġixxi l-​Libertà tal-​Kelma

Waqt li l-​missjunarji tal-​futur kienu qed jibnu l-​fidi tagħhom matul l-​iskola, huma ħadu vantaġġ mis-​Sibtijiet u l-​Ħdud biex jippridkaw l-​aħbar tajba lil oħrajn. Dan irriżulta f’esperjenzi sbieħ li ġew rakkontati u reċtati fil-​parti tal-​programm li kienet f’idejn Wallace Liverance, għalliem ieħor taʼ Gilgħad. It-​tema tat-​taħdita tiegħu kienet, “Aħna Neżerċitaw il-​Fidi, u Għalhekk Nitkellmu,” li rreferiet għall-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu misjub fit-​2 Korintin 4:​13.

Wara din it-​taħdita, Daniel Barnes u Charles Woody, membri tal-​familja Betel, ikkonduċew intervisti maʼ dawk li qed jaqdu bħala missjunarji u dawk li kienu missjunarji. Dawn enfasizzaw il-​mod kif Ġeħova jieħu ħsieb u jbierek lil min jaqdih lealment. (Proverbji 10:22; 1 Pietru 5:7) Missjunarju wieħed ikkummenta: “Jien u marti esperjenzajna tabilħaqq il-​mod kif Ġeħova jieħu ħsiebna permezz taʼ l-​edukazzjoni li ngħatajna f’Gilgħad. Il-​fidi tagħna ġiet tassew mibnija. Il-​fidi hija importanti għaliex il-​qaddejja kollha t’Alla, anki l-​missjunarji, se jġarrbu l-​provi, il-​problemi, u l-​ansjetajiet.”

Komplu Ppromwovu l-​Edukazzjoni tal-​Bibbja li Tibni l-​Fidi

Bħala quċċata adattata għall-​programm, Samuel Herd, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, kellem lill-​udjenza dwar is-​suġġett “Komplu Ibnu lil Ħutkom.” X’kien l-​iskop taʼ l-​edukazzjoni li rċivew l-​istudenti? “L-​iskop tagħha kien li tgħallimkom tużaw ilsienkom biex tfaħħru lil Ġeħova, biex tgħallmu l-​veritajiet tiegħu lil oħrajn fitterritorju ġdid li se tiġu inkarigati fih, u biex tibnu lil xulxin fil-​fidi,” qal Ħuna Herd. Madankollu, hu fakkar lill-​istudenti li l-​ilsien jistaʼ jinkuraġġixxi wkoll affarijiet li ma jibnux. (Proverbji 18:21; Ġakbu 3:​8-10) Hu inkuraġġixxa lill-​istudenti biex jimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù meta jużaw ilsienhom. Darba minnhom, wara li semgħu lil Ġesù, id-​dixxipli tiegħu wieġbu: “Ma kinux qlubna mkebbsin fina . . . hu u jispjegalna ċar l-​Iskrittura?” (Luqa 24:32) Ħuna Herd żied: “Jekk kliemkom ikun pożittiv, dan se jmiss qalb ħutkom irġiel u nisa fl-​inkarigu tagħkom.”

Imbagħad, il-​gradwati ngħataw id-​diplomi tagħhom. Wara dan inqrat ittra taʼ gratitudni mill-​klassi. Din kienet tgħid: “Inħossu responsabbiltà kbira biex nużaw dak li tgħallimna u nwettqu l-​inkarigi tagħna lealment bħala missjunarji. Hekk kif ninsabu lesti biex immorru sa truf l-​art, aħna nitolbu li l-​isforzi tagħna se jirriżultaw f’għajta kbira taʼ tifħir lill-​Istruttur il-​Kbir tagħna, Alla Ġeħova.” L-​udjenza wieġbet b’ċapċipa mill-​qalb. Tabilħaqq, il-​programm tal-​gradwazzjoni bena l-​fidi taʼ kulmin attenda.

[Kumment f’paġna 17]

“Jekk kliemkom ikun pożittiv, dan se jmiss qalb ħutkom irġiel u nisa fl-​inkarigu tagħkom.”

[Kaxxa f’paġna 15]

STATISTIKI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 9

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 26

Numru taʼ studenti: 56

Età medja: 33.4

Medja taʼ snin fil-​verità: 16.8

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13

[Stampa f’paġna 16]

Il-​122 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Howitt, R.; Smith, P.; Martinez, A.; Pozzobon, S.; Kitamura, Y.; Laud, C. (2) Fiedler, I.; Beasley, K.; Matkovich, C.; Bell, D.; Lippincott, W. (3) Sites, W.; Andersen, A.; Toevs, L.; Fusano, G.; Rodríguez, C.; Yoo, J. (4) Sobomehin, M.; Thomas, L.; Gasson, S.; Dauba, V.; Bertaud, A.; Winn, C.; Dobrowolski, M. (5) Yoo, J.; Dauba, J.; Mixer, H.; Newton, M.; Rodríguez, F.; Mixer, N. (6) Laud, M.; Lippincott, K.; Martinez, R.; Haub, A.; Schamp, R.; Pozzobon, L.; Toevs, S. (7) Howitt, S.; Kitamura, U.; Newton, D.; Haub, J.; Sites, J.; Thomas, D. (8) Sobomehin, L.; Matkovich, J.; Fusano, B.; Winn, J.; Schamp, J.; Andersen, D.; Dobrowolski, J. (9) Fiedler, P.; Bell, E.; Beasley, B.; Smith, B.; Bertaud, P.; Gasson, M.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja