LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 2/15 p. 30
  • Kienet mill-Familja taʼ Kajfa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kienet mill-Familja taʼ Kajfa
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Hemm Evidenza Arkeoloġika taʼ l-Eżistenza taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Qassis il-Kbir li Kkundanna lil Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġesù jittieħed għand Anna, imbagħad għand Kajfa
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Meta Lażżru Jiġi Rxoxtat
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 2/15 p. 30

Kienet mill-​Familja taʼ Kajfa

Post fejn kienu jitpoġġew l-​ossarji

Xi drabi, skoperta arkeoloġika direttament jew indirettament tikkonferma l-​eżistenza taʼ karattru Bibliku. Pereżempju, fl-​2011 xi studjużi Iżraelin ippubblikaw informazzjoni rigward sejba li tagħmel proprju dan. Instab ossarju għad-​dfin taʼ 2,000 sena ilu. Ossarju hu kaxxa maħduma mill-​blat b’xi skultura mnaqqxa li fih kien jitpoġġa l-​għadam taʼ individwu mejjet wara li jkun tmermer il-​ġisem.

Fuq dan l-​ossarju partikulari tidher l-​iskrizzjoni: “Mirjam bint Jesugħa, bin Kajfa, qassis taʼ Magħżija minn Beth ʹImri.” Il-​qassis il-​kbir Iżraeli li kien involut fil-​ġuri u l-​qtil taʼ Ġesù kien Kajfa. (Ġw. 11:48-​50) L-​istorjografu Ġużeppi Flavju jirreferi għalih bħala “Ġużeppi li kien imsejjaħ Kajfa.” Dan l-​ossarju milli jidher kien taʼ xi qarib tiegħu. Iktar kmieni nstab ossarju ieħor li huwa maħsub li kien tal-​qassis il-​kbir innifsu. L-​iskrizzjoni taʼ fuqu taqra Yehosef bar Caiapha, jew Ġużeppi, bin Kajfa,a u għalhekk b’xi mod Mirjam kienet tiġi minn Kajfa.

Skont l-​informazzjoni mill-​Israel Antiquities Authority (IAA), l-​ossarju taʼ Mirjam kien ittieħed mingħand il-​ħallelin li kienu serqu qabar tal-​qedem. L-​analisi tiegħu u tal-​iskrizzjoni taʼ fuqu jikkonfermaw li hu awtentiku.

L-​ossarju jgħidilna xi ħaġa ġdida wkoll. Jirreferi għal “Magħżija,” l-​aħħar mill-​24 taqsima taʼ qassisin li qdew wieħed wara l-​ieħor fit-​tempju taʼ Ġerusalemm. (1 Kron. 24:18) L-​IAA tgħid li l-​iskrizzjoni fuq dan l-​ossarju turi li “l-​familja taʼ Kajfa kienet parti mit-​taqsima taʼ Magħżija.”

L-​iskrizzjoni ssemmi wkoll lil Beth ʹImri. Hemm żewġ interpretazzjonijiet taʼ din il-​parti tal-​iskrizzjoni. L-​IAA tgħid li “l-​ewwel possibbiltà hi li Beth ʹImri hu isem taʼ familja taʼ qassisin—ulied ’Immer (Esdra 2:36, 37; Neħemija 7:39-​42) li d-​dixxendenti tagħhom jinkludu membri tat-​taqsima taʼ Magħżija.” “It-​tieni possibbiltà hi [li Beth ʹImri hu] l-​post fejn twieldet Mirjam jew il-​familja kollha tagħha.” Hu x’inhu l-​każ, l-​ossarju taʼ Mirjam jagħti prova li l-​Bibbja titkellem dwar nies u familji li vera eżistew.

a Rigward l-​ossarju taʼ Kajfa, ara l-​artiklu intitolat “Il-​Qassis il-​Kbir li Kkundanna lil Ġesù,” fit-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 2006, paġni 10-​13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja