LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz Għal Ottubru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz Għal Ottubru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 13 T’Ottubru
  • Ġimgħa Li Tibda 20 T’Ottubru
  • Ġimgħa Li Tibda 27 T’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 10/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz Għal Ottubru

Ġimgħa Li Tibda 6 T’Ottubru

Għanja 39

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna.

15 min: “In-​Nies Kollha Qatt Se Jħobbu Lil Xulxin?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-​punti prinċipali taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Semmi xi raġunijiet għala n-​nies fit-​territorju se jibbenefikaw minn dan il-​materjal. Enfasizza l-​bżonn li nagħmlu pjanijiet minn issa biex nieħdu sehem bis-​sħiħ fit-​tqassim tagħha u biex inkunu diliġenti f’li nkomplu nibnu fuq l-​interess kollu li nsibu.

20 min: “Qassam B’Mod Estensiv L-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35.” Taħdita tal-​ftuħ mill-​indokratur tas-​servizz. Għaddi paragrafi 5-8 permezz taʼ mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-​arranġamenti lokali għal iktar attività mis-​soltu. Iddiskuti xi modi kif niżguraw li jintlaħaq it-​territorju kollu. L-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35 tistaʼ tintuża mill-​pubblikaturi meta jagħtu xiehda lin-​nies fejn tieqaf tal-​linja, f’postijiet żgħar tan-​negozju, fejn jipparkjaw il-​karozzi, u fi kwalunkwe post ieħor. Offri suġġerimenti dwar kif nistgħu ngħinu wħud ġodda li jixtiequ jibdew jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Inkludi informazzjoni minn paragrafu 11 taʼ l-​insert fl-​Our Kingdom Ministry t’April 1995. F’xi territorji jistaʼ jkun taʼ vantaġġ li wieħed jaħdem waħdu u li ma joqgħodx iġorr basket meta jkun qiegħed iqassam l-​Aħbar Tas-​Saltna. Ħejji tnejn jew tliet turijiet qosra.

Għanja 126 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 13 T’Ottubru

Għanja 41

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Irrevedi xi punti li nistgħu nitkellmu dwarhom fil-​ħarġiet kurrenti taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u taʼ Stenbaħ! Fakkar lil kulħadd li matul l-​attività fi tmiem il-​ġimgħa se nkunu noffru r-​rivisti flimkien maʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Għandna nkomplu nibnu fuq l-​interess kollu li jintwera. Fakkar lill-​aħwa biex il-​ġimgħa d-​dieħla jġibu magħhom il-​brochure Ktieb Għan-​Nies Kollha.

15 min: Bżonnijiet lokali.

18 min: “Int Kif Tirreaġixxi Għall-​Apatija?” Diskussjoni bejn żewġ anzjani. Inkludi xi kummenti fuq il-​materjal taħt is-​sottitlu “How You Can Attack Apathy” (Kif Tistaʼ Tiġġildilha L-​Apatija) mill-​Watchtower tal-​15 taʼ Lulju, 1974, paġni 445-6.

Għanja 130 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 20 T’Ottubru

Għanja 42

15 min: Avviżi lokali. Irrevedi xi esperjenzi min-​1996 Yearbook, paġni 6-8, taħt “Global Distribution of ‘Kingdom News.’” Enfasizza l-​isforz individwali li għamlu l-​pubblikaturi fit-​tqassim taʼ l-​aħħar Aħbar Tas-​Saltna li kellna. Inkuraġġixxi ’l kulħadd biex jieħu sehem bis-​sħiħ fit-​tqassim taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35.

15 min: Aspetti Prinċipali Tal-​Brochure Il-​Ġdid, Ktieb Għan-​Nies Kollha. Diskussjoni maʼ l-​udjenza dwar ir-​raġunijiet għala l-​Bibbja jixirqilha l-​konsiderazzjoni tagħna. Dan il-​brochure tħejja biex jgħin lin-​nies li forsi jkunu taʼ skola imma li ftit li xejn ikunu jafu dwar il-​Bibbja. Minflok ma jipprova jikkonvinċihom li l-​Bibbja hija mnebbħa minn Alla, il-​brochure iħalli l-​fatti jitkellmu għalihom infushom. Aħna għandna naqrawh u naqsmuh m’oħrajn, inklużi dawk li nistudjaw magħhom.

15 min: “Int Xhud Full-Time?” Taħdita minn anzjan.

Għanja 133 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 27 T’Ottubru

Għanja 43

12 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-​progress tat-​tqassim taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Stieden lill-​udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi inkuraġġanti. Semmi kemm inħadem territorju s’issa u x’se jkun meħtieġ biex dan jitlesta sas-​16 taʼ Novembru. Malli t-​territorju jkun inħadem għalkollox, se noffru l-​ktieb Għarfien matul il-​bqija tax-​xahar. Enfasizza l-​mira li nibdew studji fuq żjajjar lura fejn kien hemm rispons tajjeb għall-​Aħbar Tas-​Saltna.

15 min: “How to Find Hope Amid Despair” (Kif Issib It-​Tama Fost Disprament). Taħdita minn anzjan ibbażata mill-​Watchtower tal-​15 taʼ Mejju, 1997, paġni 22-5.

18 min: Ħalli D-​Dawl Tiegħek Jiddi. Taħdita u diskussjoni mill-​ktieb Our Ministry, paġni 84-8. Ħejji minn qabel xi pubblikaturi biex jagħmlu kummenti speċifiċi fuq il-​mistoqsijiet li ġejjin: (1) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala jippridkaw minn dar għal dar? (2) Sa liema punt kien jintuża dan il-​metodu fl-​ewwel seklu? (3) Illum għala hemm bżonn urġenti li nibqgħu nippridkaw minn dar għal dar? (4) Liema ċirkostanzi jistgħu jagħmluhielna diffiċli biex ikollna sehem regulari? (5) Kif nistgħu niksbu l-​għajnuna sabiex nipperseveraw? (6) Aħna kif niġu mberkin billi nħallu d-​dawl tagħna jiddi? (7) X’nistgħu nagħmlu biex ikollna iktar suċċess f’li nikkuntattjaw lin-​nies? Uri dan billi tistieden tlieta jew erbaʼ pubblikaturi ħalli jirrakkontaw xi esperjenzi li gawdew waqt li kienu qegħdin jaħdmu minn ħanut għal ieħor jew waqt l-​għoti taʼ xiehda fit-​toroq.

Għanja 136 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja