LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/02 p. 4
  • Issodisfa l-Bżonn Spiritwali Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Issodisfa l-Bżonn Spiritwali Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • ‘Ismaʼ u Żid l-Għerf Tiegħek’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Ismaʼ u Obdi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” għall-1999
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera tal-Paċi Divina” Għall-1996
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 5/02 p. 4

Issodisfa l-​Bżonn Spiritwali Tiegħek

1 Il-​Konvenzjoni Distrettwali “Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna” li ġejja tagħtina opportunità mill-​isbaħ biex nissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħna. Bħal ikla fiżika bnina, il-​programm żgur li se jsostnina spiritwalment bil-​“kliem tal-​fidi.” (1 Tim. 4:6) Se jgħinna nersqu eqreb lejn Jehovah. U nistgħu nistennew li nirċievu pariri u inkuraġġiment li se jgħinuna nkampaw mal-​provi li niffaċċjaw f’ħajjitna. Jehovah jiżgurana: “Ngħallmek u nurik it-​triq li għandek tieħu; nwissik, u nżomm għajnejja fuqek.” (Salm 32:8) Kemm aħna mberkin li f’ħajjitna għandna l-​gwida kollha mħabba tiegħu! Ikkunsidra xi passi prattiċi li nistgħu nieħdu sabiex nibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​programm tal-​konvenzjoni.

2 Għandna Bżonn Inħejju Qalbna: Ilkoll kemm aħna għandna r-​responsabbiltà li nħarsu l-​qalb figurattiva tagħna. (Prov. 4:23) Dan jirrikjedi li niddixxiplinaw ruħna u nkunu onesti magħna nfusna. Iż-​żmien tal-​konvenzjoni hu l-​waqt li nimmeditaw fuq ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah, huwa l-​ħin li ‘ngħarblu sewwa l-​liġi perfetta tal-​ħelsien.’ F’li nħejju qalbna biex ‘nilqgħu l-​kelma mħawla fina,’ irridu nitolbu lil Jehovah bil-​ħerqa biex jgħarbilna, jurina jekk qbadniex “triq ħażina” ħalli nduru minnha, u jmexxina “fit-​triq taʼ dejjem.”—Ġak. 1:​21, 25; Salm 139:​23, 24.

3 Ismaʼ u Immedita: Ġesù faħħar lil Marija talli qagħdet attenta ferm għal kliemu, u qal: “Marija għażlet l-​aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.” (Lq. 10:​39, 42) Jekk għandna din l-​istess attitudni mentali, m’aħniex se nħallu affarijiet taʼ ftit importanza jfixkluna. Se nkunu ċerti li ninsabu bil-​qiegħda u attenti matul il-​programm kollu. Se nevitaw li noqogħdu nitkellmu jew nimxu ’l hemm u ’l hawn għalxejn. U se noqogħdu attenti li ma nfixklux lil oħrajn bit-​telefon ċellulari, bil-​pager, bil-​kamera tar-​ritratti, u bil-​vidjo kamera.

4 Meta nkunu qed nisimgħu t-​taħditiet, ikun tajjeb li nieħdu noti qosra li jgħinuna nanalizzaw kif is-​suġġett qed jiġi żviluppat. Għandna nqabblu dak li nkunu qed nisimgħu maʼ dak li diġà nafu. Dan se jgħinna nifhmu sew il-​materjal u nżommuh f’moħħna. Meta nkunu qed nirrivedu n-​noti, irridu nagħmlu dan bl-​intenzjoni li naraw kif se napplikaw il-​materjal. Kull wieħed minna jistaʼ jistaqsi lilu nnifsu: ‘Dan kif jeffettwali r-​relazzjoni tiegħi maʼ Jehovah? Liema bidliet għandi bżonn nagħmel f’ħajti? Kif nistaʼ napplika din l-​informazzjoni fil-​mod kif nittratta m’oħrajn? Kif nistaʼ nużaha fil-​ministeru?’ Iddiskuti m’oħrajn il-​punti li laqtuk b’mod partikulari. Meta nagħmlu dawn l-​affarijiet se niġu megħjunin biex inżommu kliem Jehovah ‘fil-​qiegħ taʼ qalbna.’—Prov. 4:​20, 21.

5 Ejja Napplikaw Dak li Nitgħallmu: Wara li attenda konvenzjoni distrettwali, delegat wieħed qal: “Il-​programm kien magħmul b’tali mod li jilħaq lil kulħadd personalment, billi qanqal lil dak li jkun biex jeżamina x’hemm f’qalbu u f’qalb il-​familja tiegħu, u biex jipprovdi għajnuna Skritturali skond il-​bżonn. Lili ġabni iktar konxju taʼ l-​obbligu tiegħi li ngħin iktar lill-​kongregazzjoni.” X’aktarx li ħafna minna ħassejna bħalu. Iżda m’huwiex biżżejjed għalina li sempliċement noħorġu mibnijin u inkuraġġiti. Ġesù qal: “Jekk dawn il-​ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.” (Ġw. 13:​17, korsiv tagħna.) Irridu naħdmu iebes biex nipprattikaw il-​punti li japplikaw għalina personalment. (Flp. 4:9) Din hija s-​soluzzjoni kif nissodisfaw bis-​sħiħ il-​bżonn spiritwali tagħna.

[Kaxxa f’paġna 4]

Immedita fuq Dak li Tismaʼ:

[Kaxxa f’paġna 4]

■ Kif jeffettwa r-​relazzjoni tiegħi maʼ Jehovah?

■ Kif jinfluwenza l-​mod li bih nittratta m’oħrajn?

■ Kif nistaʼ napplikah f’ħajti u fil-​ministeru tiegħi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja