LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/05 p. 3
  • Suġġerimenti Kif Nippreżentaw il-Browxers

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Suġġerimenti Kif Nippreżentaw il-Browxers
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ktieb għan-​Nies Kollha
  • Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Għandek Int Temmen fit-​Trinità?
  • Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!
  • Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda
  • Il-​Ħabib t’Alla
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 6/05 p. 3

Erfgħu

Suġġerimenti Kif Nippreżentaw il-​Browxers

F’dan l-​insert qed jiġu provduti diversi suġġerimenti biex jgħinuk tipprepara preżentazzjonijiet kif toffri l-​browxers. Dawn jistgħu jiġu adattati għaċ-​ċirkustanzi lokali. Jistgħu jintużaw ukoll preżentazzjonijiet oħra. Dawn il-​preżentazzjonijiet li ġejjin jistgħu jservu bħala mudell biex noffru browxers oħrajn li m’humiex imsemmijin f’dan l-​insert.​—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005, pġ. 8.

Kull suġġeriment f’din il-​paġna jinkludi (1) mistoqsija li tqanqal il-​ħsieb biex tibda l-​konversazzjoni biha, (2) referenza għall-​post fil-​browxer fejn jinsabu l-​punti li qed titkellem dwarhom, u (3) skrittura xierqa li tistaʼ tinqara matul id-​diskussjoni. Tistaʼ tkompli l-​preżentazzjoni fi kliemek stess, skond it-​tweġiba li jkollok.

Ktieb għan-​Nies Kollha

“Taħseb li l-​Bibbja fiha pariri li huma prattiċi għal żmienna?”​—pġ. 22, il-​paragrafu bil-​korsiv; pġ. 23, par. 3 tal-​kaxxa; Prov. 25:11.

Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut

“Illum qed noffru dan il-​browxer li ġab faraġ u tama lil miljuni taʼ nies li mitilhom xi ħadd għażiż. Qatt ħsibt x’tama hemm għall-​mejtin?”​—pġ. 27, par. 3; Ġw. 5:​28, 29.

“Qatt ħsibt kif tistaʼ tfarraġ lil individwu li jkun mietlu xi ħadd mill-​maħbubin tiegħu?”​—pġ. 20, par. 1; Prov. 17:17.

X’Jiġrilna meta Mmutu?

“Meta jmutulna l-​għeżież tagħna, hija ħaġa naturali li nitħassbu dwar fejn qegħdin u jekk qattx nerġgħu narawhom. Qatt ħsibt dwar mistoqsijiet bħal dawn?”​—Mistoqsijiet fuq il-​qoxra taʼ wara; Ġob 14:​14, 15, KŻ.

Għandek Int Temmen fit-​Trinità?

“In-​nies għandhom opinjonijiet differenti dwar in-​natura vera t’Alla. Taħseb li huwa importanti x’nemmnu?”​—pġ. 3, pari. 3, 7-8; Ġw. 17:3.

Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!

“Ħafna nies jaħsbu li biex ikollhom il-​ħajja taʼ dejjem iridu jmorru fis-​sema, imma x’taħseb li kieku kellek tgħix għal dejjem fuq l-​art?”​—Stampa fuq il-​qoxra; Riv. 21:4.

Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda

“X’taħseb li hemm bżonn biex l-​art kollha tkun hekk?” Uri l-​istampa sħiħa li hemm fuq il-​qoxra taʼ quddiem u taʼ wara. Imbagħad għid: “Il-​biċċa l-​kbira min-​nies iħossu li hu impossibbli li d-​dinja tkun hekk. Imma għal Alla m’huwiex impossibbli li jagħmilha. [Uri xi punti f’paragrafu 43; imbagħad aqra Isaija 9:​5, 6 (9:6, 7, NW )] Alla wiegħed li jagħmel dinja ġdida li fiha nies minn kull ġens se jgawdu ġenna taʼ l-​għaġeb. Nixtieqek taqra dan il-​browxer. Dan se jurik kif int u l-​familja tiegħek tistgħu tgawdu l-​futur meraviljuż li se jagħmel Alla.”

Il-​Ħabib t’Alla

“Taħseb li Alla jistaʼ jkollu bnedmin bħala l-​ħbieb tiegħu?” Irreferi għall-​aħħar paragrafu f’paġna 15 u aqra Isaija 43:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja