Suġġerimenti biex Nippreżentaw il-Browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna?
Wara li ssemmi xi traġedja li kienet fl-aħbarijiet, tistaʼ tgħid:
“Qatt ħsibt għala Alla jħalli l-bnedmin isofru jekk verament jimpurtah minna? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-browxer jispjega tajjeb it-tweġiba għal din il-mistoqsija u juri x’se jagħmel Alla dalwaqt. [Uri l-istampi f’paġna 27, u aqra Salm 145:16 minn paragrafu 22.] Alla kif se jneħħi t-tbatija kollha li ġarrbu l-bnedmin s’issa? Nixtieq li niddiskuti din il-mistoqsija meta nerġaʼ niġi.” Offri l-browxer, u ftiehem biex terġaʼ tmur.
Fiż-żjara lura tistaʼ tgħid:
“L-aħħar darba li ġejt qrajna din l-iskrittura. [Aqra jew ikkwota Salm 145:16.] Imbagħad għamiltlek il-mistoqsija: Alla kif se jneħħi t-tbatija kollha li ġarrbu l-bnedmin s’issa?” Itolbu jġib il-kopja tiegħu. Imbagħad iftaħ paġni 27-8, u ikkunsidra paragrafi 23-5. Offri studju tal-Bibbja, jew ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tikkunsidraw paragrafi 26-7.
―――◆―――
Pubblikatur adoloxxenti jistaʼ jgħid:
“Ħafna minn dawk taʼ mpari jinkwetaw kif se tkun id-dinja minn hawn u 10 jew 15-il sena oħra. Int kif taħseb li se tkun il-ħajja dak iż-żmien? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-problemi li naraw illum jindikaw li qed ngħixu fl-aħħar jiem. [Aqra t-2 Timotju 3:1-3.] Dan il-browxer jipprovdi t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet. [Aqra l-mistoqsijiet fuq il-qoxra, u offri l-browxer.] Meta nerġaʼ niġi, jekk ikollok ftit minuti, nixtieq naqsam miegħek ħsieb inkuraġġanti dwar it-tmiem tal-mard u x-xjuħija.” Ftiehem biex terġaʼ tmur.
Meta terġaʼ tmur tistaʼ tgħid:
“L-aħħar darba li tkellimna kont għedtlek li xtaqt naqsam ħsieb miegħek dwar it-tmiem tal-mard u x-xjuħija. Dak il-punt jinsab hawn.” Itolbu jġib il-browxer tiegħu. Imbagħad aqra u iddiskuti paragrafi 6-7 f’paġna 24. Ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tikkunsidraw paragrafi 8-9.
―――◆―――
Meta adult ikun qed jaħdem maʼ xi tifel, l-adult jistaʼ jintroduċi lit-tnejn li huma u jgħid:
“Jekk ma jimportax għalik, ________ jixtieq jaqralek skrittura. [It-tifel jaqra Salm 37:29 u jgħid xi ħaġa żgħira dwarha.] Dan il-browxer jiddiskuti kif Alla se jwettaq l-iskop tiegħu għall-bnedmin u għall-art. [Uri l-istampi f’paġni 24-7.] Meta nerġgħu niġu, nixtieq nurik il-wegħda taʼ l-għaġeb li tinsab fil-Bibbja dwar l-irxoxt.” Offri l-browxer, u ftiehem biex terġaʼ tmur.
Fiż-żjara lura, l-adult jistaʼ jgħid:
“L-aħħar darba qrajna Salm 37:29 u għedtlek li xtaqt nurik dak li tgħid il-Bibbja dwar l-irxoxt. Innota x’qed jgħid hawnhekk.” Itolbu jġib il-browxer tiegħu. Imbagħad ikkunsidra paragrafi 12-14 f’paġna 25. Offri studju tal-Bibbja, jew ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tikkunsidraw paragrafi 15-16.