Suġġerimenti biex Nippreżentaw il-Browxer X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?
Wara li ssellem lill-inkwilin, tistaʼ tgħid:
“Fil-ħajja taʼ llum, m’għandniex xi ngħidu, ikollna niffaċċjaw problemi u diżappunti. Taħseb li l-ħajja hekk kellha tkun? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-browxer juri li fl-aħħar mill-aħħar l-iskop oriġinali t’Alla għall-bnedmin u għall-art se jitwettaq. [Iddiskuti l-istampa f’paġni 20-1. Imbagħad aqra paragrafu 9, u iġbed l-attenzjoni għal Isaija 14:24 u 46:11.] Meta niġi darb’oħra nixtieq nurik fejn fil-Bibbja nsibu miktub li Alla se jerġaʼ jġib Ġenna fuq l-art.” Offri l-browxer, u ftiehem biex terġaʼ tmur.
Meta terġaʼ tmur tistaʼ tgħid:
“L-aħħar darba semmejtlek li l-iskop t’Alla hu li l-bnedmin jgħixu għal dejjem f’ġenna taʼ l-art. [Erġaʼ uri l-istampa f’paġni 20-1.] Innota li Ġesù, Pietru, u David tkellmu dwar din il-Ġenna.” Itolbu jġib il-browxer tiegħu. Imbagħad mur f’paġni 21-2, u ikkunsidra paragrafi 10-13. Offri studju tal-Bibbja, jew ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tikkunsidraw il-paragrafi taħt wieħed mis-sottitli f’paġni 29-30.
―――◆―――
Pubblikatur adoloxxenti jistaʼ jgħid:
“Ħafna minn dawk taʼ mpari għandhom id-dubji dwar il-futur. Taħseb li lħajja se tkun aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja titkellem dwar futur sabiħ għall-bnedmin kollha. [Iftaħ il-browxer fl-istampa taʼ paġna 31, u aqra l-kliem li hemm magħha. Imbagħad aqra t-2 Pietru 3:13.] Dan il-browxer jipprovdi informazzjoni dwar il-barkiet li Alla għandu merfugħin għall-bnedmin. [Iġbed l-attenzjoni għas-sottitli li jidhru b’ittri skuri f’paġni 29-30, u offri l-browxer.] Nixtieq nerġaʼ niġi u naqsam miegħek il-wegħda t’Alla li jtemm il-gwerer kollha.” Ftiehem biex terġaʼ tmur.
Meta terġaʼ tmur tistaʼ tgħid:
“L-aħħar darba li ġejt semmejtlek fil-qosor l-iskop t’Alla li jerġaʼ jġib ġenna taʼ l-art. [Erġaʼ irreferi għall-istampa f’paġna 31.] Nixtieq ħafna nkun naf x’taħseb dwar il-wegħda t’Alla li jtemm il-gwerer kollha.” Itolbu jġib il-kopja tiegħu tal-browxer. Imbagħad aqra u iddiskuti paragrafi 3-6 f’paġna 29. Ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tiddiskutu paragrafi 7-8.
―――◆―――
Meta adult ikun qed jaħdem maʼ xi tifel, l-adult jistaʼ jintroduċi lit-tnejn li huma u jgħid:
“Jekk ma jimportax, ________ jixtieq jurik stampa u jaqra vers mill-Bibbja. [It-tifel juri l-istampa f’paġna 31 u jaqra l-kliem taʼ magħha u mbagħad jaqra Rivelazzjoni 21:4.] Dan il-browxer jispjega x’se jagħmel Alla bil-problemi li niffaċċjaw illum. [Fil-qosor, iġbed l-attenzjoni għas-sottitli li jidhru b’ittri skuri f’paġni 29-30, u offri l-browxer.] Meta nerġgħu niġu, nixtieq nurik dak li tgħid il-Bibbja dwar it-tmiem tal-problemi kollha tas-saħħa.”
Fiż-żjara lura, l-adult jistaʼ jgħid:
“L-aħħar darba li tkellimna kont semmejtlek li xtaqt nurik dak li tgħid il-Bibbja dwar it-tmiem tal-problemi kollha tas-saħħa. Innota x’qed jgħid hawnhekk.” Itolbu jġib il-browxer tiegħu. Imbagħad ikkunsidra paragrafi 9-14 f’paġna 29. Offri studju tal-Bibbja, jew ftiehem biex fiż-żjara li jmiss tikkunsidraw paragrafi 15-17.