Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-suġġeriment f’paġna 4 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru. F’kull każ, ir-rivisti għandhom jiġu offruti bħala sett, avolja ġeneralment aħna nuru biss rivista waħda fil-preżentazzjoni tagħna.
15 min: “Tiegħi l-Fidda u Tiegħi d-Deheb.” Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 2007, paġni 17-21.
20 min: “Imxu bħal Nies Għorrief.”a Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq l-iskritturi ċitati.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Diċembru u ħejji turija.
15 min: Irrivedi l-Punti Prinċipali tal-Konvenzjoni. Diskussjoni maʼ l-udjenza li trid issir mill-indokratur tas-servizz. Enfasizza biss il-partijiet tal-konvenzjoni li huma konnessi direttament maʼ l-attività tas-servizz taʼ l-għalqa. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif qed japplikaw din l-informazzjoni fil-ministeru tagħhom.
20 min: “Iżżommx Lura!”b Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 5, inkludi kummenti minn uħud li studjaw maʼ individwi li ġew fil-verità. Il-fatt li tikkonduċi studju tal-Bibbja progressiv kif inhu premjanti u taʼ ferħ? Ħejji xi kumment jew tnejn bil-quddiem.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, uri kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru.
15 min: Tistaʼ Titwessaʼ fl-Imħabba? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 2007, paġni 9-11.
20 min: Żgħażagħ—Kif Tistgħu Tfaħħru lil Ġeħova? Iddiskuti t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2005, paġni 26-8, paragrafi 15-19, billi tuża l-mistoqsijiet provduti taʼ l-istudju. Meta tikkunsidra paragrafu 18, stieden liż-żgħażagħ fl-udjenza biex jirrakkontaw kif taw xiehda lil studenti jew għalliema fl-iskola.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Diċembru
15 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Irrivedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija.
15 min: Skola li l-Gradwati Tagħha Jgħinu lin-Nies Madwar id-Dinja. Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru, 2006, paġni 10-13. Inkludi intervista qasira maʼ xi anzjani jew qaddejja ministerjali fil-kongregazzjoni li attendew l-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali. Kif għenithom l-iskola biex jagħmlu progress bħala evanġelizzaturi, rgħajja, u għalliema? Inkuraġġixxi l-aħwa rġiel li jikkwalifikaw biex jikkunsidraw il-mira li jattendu l-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali.
15 min: “Naqsmu m’Oħrajn it-Tama Tagħna tas-Saltna.”c Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar l-iskritturi ċitati.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.