The Bible—A Book of Fact and Prophecy
Il-preżentazzjoni fuq vidjo Mankind’s Oldest Modern Book (L-Eqdem Ktieb li Għadu Japplika għall-Umanità) hi l-ewwel waħda minn tlieta li jinsabu fuq id-DVD The Bible—A Book of Fact and Prophecy (Il-Bibbja—Ktieb taʼ Fatti u Profeziji). Wara li tara dan il-vidjo, wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
(1) Il-Bibbja b’liema modi taqbel max-xjenza moderna? (2) Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbji taʼ llum jirrappreżentaw b’mod eżatt il-kitbiet oriġinali? (3) Liema hi karatteristika importanti li għandha x’taqsam mal-kitba tal-manuskritti Bibliċi antiki? (4) B’liema modi John Wycliffe, Johannes Gutenberg, William Tyndale, John Hus, Martin Luther, Casiodoro de Reina, u Charles Taze Russell taw is-sehem tagħhom f’li jxerrdu l-Kelma t’Alla mad-dinja kollha, u l-knisja kif opponiet il-Bibbja bl-aħrax? (5) Il-pariri prattiċi tal-Bibbja kif għenu lin-nies ikampaw maʼ problemi taʼ saħħa (Salm 34:8), tal-vizzju tal-logħob taʼ l-ażżard (1 Tim. 6:9, 10), taʼ separazzjonijiet u infedeltà fiż-żwieġ (1 Kor. 13:4, 5; Efes. 5:28-33), u taʼ l-ansjetà dwar l-għana materjali (Mt. 16:26)? (6) X’evidenza hemm li jekk jiġu applikati l-prinċipji Skritturali tistaʼ tingħeleb il-mibegħda nazzjonali, etnika, u razzjali (Lq. 10:27)? (7) B’liema modi ksibt ferħ akbar minħabba li żammejt mal-prinċipji tal-Bibbja? (8) Kif tistaʼ tuża dan il-vidjo biex tgħin lil oħrajn?—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2006, paġna 8.