Skeda għall-Ġimgħa li Tibda s-7 taʼ Jannar
ĠIMGĦA LI TIBDA S-7 TAʼ JANNAR, 2013
Għanja 104 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 3 ¶13-19 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Mattew 1-6 (10 min.)
Nru. 1: Mattew 5:21-32 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Marija Kienet Omm Ġesù, Mhux “Omm Alla”—td 22A (5 min.)
Nru. 3: Xi Jfisser li Jkollok lil Ġeħova Bħala “s-Sehem Tiegħek”?—Num. 18:20 (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Ideat Kif Noffru r-Rivisti f’Jannar. Diskussjoni. Ħu 30 sa 60 sekonda biex titkellem dwar għala r-rivisti se jkunu taʼ interess fit-territorju tagħkom. Imbagħad, billi tuża s-suġġett fuq il-qoxra tat-Torri tal-Għassa, stieden lil dawk fl-udjenza biex jagħtu suġġerimenti dwar x’mistoqsija nistgħu nistaqsu biex inqajmu l-interess, u mbagħad staqsi għal suġġerimenti dwar liema skrittura nistgħu naqraw. Agħmel l-istess għal Stenbaħ! u, jekk jippermetti l-ħin, għal artiklu ieħor minn kwalunkwe rivista. Ħejji turija taʼ kif kull ħarġa tistaʼ tiġi offruta.
10 min: Bżonnijiet lokali.
10 min: Sala tas-Saltna Nadifa Tonora lil Ġeħova. Taħdita minn anzjan. Ġeħova hu Alla qaddis, allura l-indafa fiżika għandha tkun prijorità fost il-poplu tiegħu. (Eżo. 30:17-21; 40:30-32) Billi nżommu l-post tal-qima tagħna nadif u f’kundizzjoni tajba, aħna nigglorifikaw lil Ġeħova. (1 Pt. 2:12) Irrakkonta esperjenzi lokali jew mill-pubblikazzjonijiet li juru kif id-dehra tas-Sala tas-Saltna rriżultat f’xhieda lill-komunità. Intervista lil ħu li jieħu ħsieb it-tindif u l-manutenzjoni rigward l-arranġamenti lokali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fit-tindif u l-manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna.
Għanja 127 u Talba