Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2022 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
16-22 TAʼ JANNAR
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 KRONAKI 1-3
“Il-Bibbja—Ktieb tal-Fatti Mhux tal-Ħrejjef”
w09 9/1 14 ¶1
Adam u Eva—Kienu Persuni Reali?
Ikkunsidra l-listi dettaljati tal-antenati Lhud imniżżlin fil-kotba tal-Bibbja. L-1 Kronaki kapitli 1 sa 9 jkopru 48 ġenerazzjoni u l-Evanġelju taʼ Luqa kapitlu 3 jkopri 75 ġenerazzjoni. Luqa jsemmi d-dixxendenza taʼ Ġesù Kristu, filwaqt li Kronaki jsemmi d-dixxendenza rjali u tal-qassisin tal-poplu t’Iżrael. Iż-żewġ listi jinkludu ismijiet taʼ nies magħrufin sew bħal Salamun, David, Ġakobb, Iżakk, Abraham, Noè, u fl-aħħar Adam. Il-fatt li l-ismijiet kollha fiż-żewġ listi jirrappreżentaw nies reali juri li l-persuna oriġinali, Adam, ukoll kien persuna reali.
w08 6/1 3 ¶4
Noè u d-Dulluvju—Fatt, Mhux Ħrafa
Żewġ rakkonti tad-dixxendenza fil-Bibbja juru li Noè kien persuna reali. (1 Kronaki 1:4; Luqa 3:36) Kemm Esdra kif ukoll Luqa, li kitbu dawn ir-rakkonti, għamlu r-riċerki bil-għaqal. Luqa għamel riċerka tad-dixxendenza minn Noè sa Ġesù Kristu.
w09 9/1 14-15
Adam u Eva—Kienu Persuni Reali?
Ikkunsidra t-tagħlim tal-Bibbja li hu għażiż għall-biċċa l-kbira tan-nies li jmorru l-knisja—il-fidwa. Skont dan it-tagħlim, Ġesù Kristu ta l-ħajja umana perfetta tiegħu bħala fidwa biex isalva n-nies minn dnubiethom. (Mattew 20:28; Ġwanni 3:16) Bħalma nafu, fidwa hija ħlas taʼ valur ugwali biex tinxtara lura xi ħaġa mitlufa. Huwa għalhekk li l-Bibbja tiddeskrivi lil Ġesù bħala “fidwa ekwivalenti.” (1 Timotju 2:6) Forsi nsaqsu, ekwivalenti għal xiex? Il-Bibbja twieġeb: “Bħalma kulħadd qed imut f’Adam, hekk ukoll kulħadd għad jingħata l-ħajja fil-Kristu.” (1 Korintin 15:22) Il-ħajja perfetta li Ġesù ssagrifika biex jifdi lill-bnedmin ubbidjenti hi ekwivalenti għall-ħajja perfetta li Adam tilef minħabba d-dnub oriġinali fl-Għeden. (Rumani 5:12) Biċ-ċar, kieku Adam ma eżistiex, is-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa ma kien ifisser assolutament xejn.
Ġawhar Spiritwali
it-1 911 ¶3-4
Ġenealoġija
Ismijiet taʼ Nisa. Kultant, l-ismijiet tan-nisa ssemmew fil-listi ġenealoġiċi meta kien hemm raġuni storika għal dan. Milli jidher, f’Ġenesi 11:29, 30, Saraj (Sara) tissemma minħabba li n-Nisel imwiegħed kellu jiġi permezz tagħha, u mhux minn xi mara oħra t’Abraham. Milka setgħet issemmiet fl-istess rakkont għaliex kienet in-nanna taʼ Rebekka, il-mara taʼ Iżakk. B’hekk, setaʼ jkun magħruf li d-dixxendenza taʼ Rebekka ġiet mill-qraba t’Abraham. Dan għaliex Iżakk ma kellux jieħu mara mill-ġnus l-oħra. (Ġen 22:20-23; 24:2-4) F’Ġenesi 25:1, jissemma l-isem taʼ Ketura, il-mara li Abraham kellu iktar tard. Dan juri li Abraham reġaʼ żżewweġ wara li mietet Sara u li l-qawwiet riproduttivi tiegħu kienu għadhom b’saħħithom iktar minn 40 sena wara li Ġeħova għamel miraklu miegħu.—Rum 4:19; Ġen 24:67; 25:20.
Jissemmew ukoll Lea, Rakele, u l-konkubini taʼ Ġakobb, flimkien mat-tfal subien li kellhom. (Ġen 35:21-26) Dan jgħinna nifhmu xi skop kellu għalihom Ġeħova iktar tard. Għal raġunijiet simili nsibu l-ismijiet taʼ nisa oħra fil-kitbiet ġenealoġiċi. Meta kien ikun hemm xi wirt permezz tagħhom, ismijiethom kienu jinkitbu. (Nu 26:33) Ovvjament, Tamar, Raħab, u Rut jispikkaw. F’kull każ, il-mod kif dawn in-nisa tniżżlu fil-linja tal-antenati tal-Messija, Ġesù Kristu, hu tal-għaġeb. (Ġen 38; Rt 1:3-5; 4:13-15; Mt 1:1-5) Eżempji oħra fejn jissemmew in-nisa fil-listi ġenealoġiċi huma l-1 Kronaki 2:35, 48, 49; 3:1-3, 5.
6-12 TAʼ FRAR
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 KRONAKI 10-12
Ġawhar Spiritwali
it-1 1058 ¶5-6
Qalb
Naqdu “b’Qalb Sħiħa.” David talab: “Għinni nirrispetta lil ismek b’qalbi kollha.” U dan juri li l-qalb figurattiva taʼ persuna tistaʼ tkun maqsuma fejn jidħlu l-affezzjonijiet u l-beżgħat tagħha. (Sa 86:11) Persuna bħal din tistaʼ ‘ma tkunx leali għalkolloxʼ f’li taqdi lil Alla. (Sa 119:113; Ri 3:16) Persuna tistaʼ tkun ukoll b’”qalb doppja,” jiġifieri tipprova taqdi żewġ sidien, jew b’qerq tgħid ħaġa waqt li taħseb xi ħaġa oħra. (1Kr 12:33; Sa 12:2, ntt) Ġesù kkundanna b’mod sod l-ipokresija taʼ qalb doppja bħal din. (Mt 15:7, 8) Wieħed li jrid jogħġob lil Ġeħova la għandu jkun b’nofs qalb u lanqas b’qalb doppja imma jrid jaqdih b’qalb sħiħa.—1Kr 28:9.