Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
4-10 TAʼ NOVEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 105
“Hu Jiftakar fil-Patt Tiegħu għal Dejjem”
it-2 1201 ¶2
Il-Kelma
Dak li jgħid Ġeħova nistgħu nafdawh. Ukoll, hu dejjem jiftakar il-wegħdi li għamel u jwettaqhom. (Dt 9:5; Sa 105:42-45) Ġeħova stess qal li dak li jgħid hu ‘jibqaʼ għal dejjem’ u qatt ma jerġaʼ lura mingħajr ma jwettaq l-iskop tiegħu.—Is 40:8; 55:10, 11; 1Pt 1:25.
Ġawhar Spiritwali
w86 11/1 19 ¶15
Żgħażagħ—Agħmlu li Tistgħu Biex Inkunu Ferħanin u Magħqudin
15 Lil Ġużeppi “rabtulu saqajh bil-ktajjen u għonqu bil-ħadid sakemm sar dak li ntqal dwaru. Kulma qal Ġeħova għamlu persuna aħjar.” (Salm 105:17-19) Għal 13-il sena, Ġużeppi bata bħala lsir u priġunier sakemm twettqet il-wegħda taʼ Ġeħova. Minħabba dak li għadda minnu, Ġużeppi sar persuna aħjar. Għalkemm ma kienx Ġeħova li ġablu din it-tbatija, hu ppermetta li Ġużeppi jgħaddi minnha. Kien Ġużeppi se jibqaʼ jittama ‘f’kulma qal Ġeħova’ minkejja s-sitwazzjonijiet diffiċli li kien qed jgħaddi minnhom? Kien se jtejjeb il-kwalitajiet tiegħu? U kien se jiżviluppa l-paċenzja, l-umiltà, l-ispiritwalità, u d-determinazzjoni li kellu bżonn? Ġużeppi ħalla lil Ġeħova jirfinah, hu sar bħal deheb pur u iktar prezzjuż għalih, tant li wara użah b’modi tal-għaġeb.—Ġenesi 41:14, 38-41, 46; 42:6, 9.
18-24 TAʼ NOVEMBRU
Ġawhar Spiritwali
it-2 420 ¶4
Mowab
Meta David kien re, kien hemm gwerra bejn Iżrael u Mowab. L-Iżraelin rebħu lill-Mowabin u b’hekk il-Mowabin kellhom iħallsu t-taxxi lil David. Minħabba din ir-rebħa, is-salmista kiteb li għal Ġeħova, Mowab hu ‘l-friskatur fejn jaħsel saqajh.’—Sa 60:8; 108:9.
9-15 TAʼ DIĊEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 119:1-56
“Kif Jistaʼ Żagħżugħ Jagħmel Dak li Hu Tajjeb?”
w87 11/1 18 ¶10
Qed Tibqaʼ Nadif f’Kollox?
10 F’Efesin 5:5 Pawlu wissa: “Għax intom tafu dan, iva, irrealizzajtu li ebda persuna li tagħmel l-immoralità sesswali, affarijiet mhux nodfa, jew tkun rgħiba, li hi tip t’idolatrija, mhu se tiret is-saltna t’Alla li jmexxi l-Kristu.” Minkejja dan, eluf kull sena jiġu mwiddbin jew maqtugħin mis-sħubija minħabba l-immoralità sesswali. Huma ‘jidinbu kontra ġisimhom stess.’ (1 Korintin 6:18) Spiss, dan jiġri minħabba li ‘ma joqogħdux għassa u ma jagħmlux dak li jgħid [Ġeħova].’ (Salm 119:9) Pereżempju, ħafna aħwa ma jibqgħux għassa meta jkunu vaganza. Peress li ma jassoċjawx mal-aħwa, huma jagħmlu ħbieb maʼ nies li jiltaqgħu magħhom. Minħabba li jirraġunaw li huma ‘nies vera orrajt,’ xi Kristjani għamlu affarijiet magħhom li huma dubjużi. Oħrajn żviluppaw kunfidenza żejda maʼ dawk li jaħdmu magħhom. Anzjan taʼ kongregazzjoni spiċċa telaq lill-familja u mar jgħix maʼ mara li kienet taħdem miegħu! Minħabba f’hekk, ġie maqtugħ mis-sħubija. Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja tgħid: “Kumpanija ħażina tħassar drawwiet tajba”!—1 Korintin 15:33.