15-21 TAʼ SETTEMBRU
PROVERBJI 31
Għanja 135 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. X’Nitgħallmu mill-Parir li Omm Tat lit-Tifel?
(10 min.)
Għallem lit-tfal tiegħek kif Ġeħova jqis is-sess u ż-żwieġ (Pr 31:3, 10; w11 2/1 19 ¶7-8)
Għallem lit-tfal tiegħek iqisu l-alkoħol kif iqisu Ġeħova (Pr 31:4-6; ijwhf artiklu 4 ¶11-13)
Għallem lit-tfal tiegħek biex jgħinu lin-nies bħalma jagħmel Ġeħova (Pr 31:8, 9; g17.6 9 ¶5)
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Pr 31:10-31—X’għen lill-Iżraelin biex jiftakru versi mill-Iskrittura Ebrajka? (w93 2/1 7 ¶7-8)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 31:10-31 (th studju 10)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Ibda konversazzjoni maʼ xi ħadd li juri qalb tajba b’dak li jgħid jew jagħmel. (lmd lezzjoni 5 punt 3)
5. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Tkellem dwar waħda mill-“Veritajiet li Nieħdu Pjaċir Ngħallmu” minn appendiċi A tal-browxer L-Imħabba Tgħinek. (lmd lezzjoni 1 punt 4)
6. Kompli Ibni l-Interess
(5 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Stieden lil xi ħadd li aċċetta It-Torri tal-Għassa Nru. 1 2025 għat-taħdita speċjali. (lmd lezzjoni 7 punt 4)
Għanja 121
7. Għin lit-Tfal Tiegħek Jużaw it-Tablet Jew il-Mobile b’Mod Tajjeb
(8 min.) Diskussjoni.
Ġieli rajt tifel żgħir kemm jaf juża l-mobile jew it-tablet? Ġeneralment dawn vera jidhru faċli għat-tfal! Spiss, ma jkollhomx bżonn l-għajnuna biex jitgħallmu jużawhom, imma dejjem għandhom bżonn l-għajnuna biex jitgħallmu jużawhom b’mod tajjeb. Jekk int ġenitur, kif tistaʼ tgħallem lit-tfal tiegħek jużaw il-mobile jew it-tablet b’mod tajjeb?
Uri l-VIDJOW Uża l-ħin bl-aħjar mod. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Għala hu tajjeb li noqogħdu attenti kemm inqattgħu ħin fuq il-mobile jew it-tablet?
Għal liema affarijiet irridu nagħmlu l-ħin ukoll?
Agħmel regoli għall-familja tiegħek skont il-prinċipji tal-Bibbja u mhux skont x’jagħmlu ġenituri oħra. (Ga 6:5) Pereżempju, staqsi lilek innifsek:
It-tifel tiegħi wrieni li jaf jieħu deċiżjonijiet tajbin? Urieni li jaf jikkontrolla lilu nnifsu jekk juża l-mobile tiegħi jew anki jekk ikollu wieħed personali?—1Kor 9:25
Għandi nħalli t-tifel tiegħi juża l-mobile jew it-tablet meta jkun waħdu?—Pr 18:1
Liema applications u websites se nħalli lit-tifel juża u liema mhux se nħallih juża?—Ef 5:3-5; Flp 4:8, 9
Kemm għandi nħalli t-tifel iqattaʼ ħin fuq il-mobile jew it-tablet biex ikollu biżżejjed ħin għal affarijiet importanti u li jieħu pjaċir jagħmel?—Ekk 3:1
8. Bżonnijiet Lokali
(7 min.)
9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjonijiet 18-19