LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb25 Settembru pp. 12-13
  • 13-19 taʼ Ottubru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 13-19 taʼ Ottubru
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2025
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2025
mwb25 Settembru pp. 12-13

13-19 TAʼ OTTUBRU

EKKLEŻJASTI 7-8

Għanja 39 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. ‘Mur f’Dar Fejn Hemm in-Niketʼ

(10 min.)

Agħmel il-ħin biex tinkuraġġixxi lil dawk imdejqin (Ekk 7:2; it “Dwejjaq” ¶9)

Inkuraġġixxi lil dawk li jħossuhom imdejqin billi titkellem dwar il-kwalitajiet tajbin li kellha l-persuna li mietet (Ekk 7:1; w19.06 23 ¶15)

Itlob maʼ dawk li jkunu mdejqin (w17.07 13 ¶16)

Koppja jżuru ħu li għadu kif mititlu l-mara. Huma juruh xi ritratti taʼ żmien sabiħ meta kienu flimkien.

FTAKAR: Persuna li tkun għadha kif tilfet lil xi ħadd li tħobb, spiss ikollha bżonn l-inkuraġġiment tal-aħwa għal perjodu taʼ żmien.—w17.07 13-14 ¶17-19.

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Ekk 7:​20-22—Dawn il-versi kif jgħinuna nkunu nafu jekk għandniex inkellmu lil xi ħadd li jkun weġġagħna? (w23.03 31 ¶18)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

(4 min.) Ekk 8:​1-13 (th studju 10)

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(2 min.) F’POST PUBBLIKU. Sir af x’suġġett jinteressa l-persuna u rranġa biex terġaʼ tmur tkellimha darb’oħra. (lmd lezzjoni 2 punt 4)

5. Ibda Konversazzjoni

(2 min.) XHIEDA INFORMALI. (lmd lezzjoni 2 punt 3)

6. Kompli Ibni l-Interess

(2 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri xi ħaġa minn fuq jw.org. (lmd lezzjoni 9 punt 4)

7. Spjega Dak li Temmen

(5 min.) Turija. ijwfq artiklu 50—Tema: Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif iqisuhom il-funerali? (th studju 17)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 151

8. Saħħaħ il-Fidi Tiegħek fl-Irxoxt

(15 min.) Diskussjoni.

Stampa mill-vidjow “Imita Nisa taʼ Fidi Soda!​—⁠Marta.” Marta u Marija b’ferħ qed jilqgħu lil Lazzru li għadu kemm qam mill-mewt.

Il-wegħda tal-irxoxt hi waħda mill-isbaħ rigali li tana Ġeħova. Din tgħallimna dwar il-kwalitajiet li għandu Ġeħova li huma l-qawwa, l-għerf, il-ħniena, u b’mod speċjali l-imħabba li għandu għalina.—Ġw 3:16.

Meta jkollna fidi soda fl-irxoxt, se niffokaw fuq it-tama li għandna u ma ninkwetawx iżżejjed dwar il-problemi li jkollna. (2Kor 4:​16-18) Din it-tama tistaʼ tagħtina l-paċi u tinkuraġġina meta niffaċċjaw persekuzzjoni, nimirdu, jew imutilna xi ħadd li nħobbu. (1Te 4:13) Ma nistgħux inkunu vera ferħanin jekk ma nemmnux fl-irxoxt. (1Kor 15:19) Agħmilha mira li ssaħħaħ il-fidi tiegħek f’din it-tama sabiħ.

Aqra Ġwanni 11:​21-24. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Marta kif uriet li kellha fidi soda fl-irxoxt?

  • Kif ġiet premjata minħabba l-fidi tagħha?—Ġw 11:​38-44

Uri l-VIDJOW Imita Nisa taʼ Fidi Soda!—Marta. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • It-tama tal-irxoxt għala hi importanti ħafna għalik?

  • X’tistaʼ tagħmel biex iżżomm il-fidi tiegħek fl-irxoxt b’saħħitha?

9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) lfb lezzjonijiet 26-27

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 124 u Talba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja