20-26 TAʼ OTTUBRU
EKKLEŻJASTI 9-10
Għanja 30 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Kif Għandi Nqis il-Provi Tiegħi
(10 min.)
Aħna nafu li meta niffaċċjaw prova ma jfissirx li Ġeħova mhux ferħan bina (Ekk 9:11; w13 8/15 14 ¶20-21)
Aħna ma nistennewx li f’din id-dinja ħażina taʼ Satana l-ħajja se tkun ġusta (Ekk 10:7; w19.09 4 ¶10)
Irridu nieħdu l-ħin biex nieħdu pjaċir bl-affarijiet sbieħ li tana Ġeħova anki meta nkunu għaddejjin minn żmien diffiċli (Ekk 9:7, 10; w11 10/15 8 ¶1-2)
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Ekk 10:12-14—Skont dawn il-versi għala rridu noqogħdu attenti mill-gossip? (lv 137 ¶11-12)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Ekk 10:1-20 (th studju 11)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) F’POST PUBBLIKU. Ibda konversazzjoni maʼ xi ħadd li jidher imdejjaq. (lmd lezzjoni 3 punt 4)
5. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Tkellem dwar waħda mill-“Veritajiet li Nieħdu Pjaċir Ngħallmu” minn appendiċi A tal-browxer L-Imħabba Tgħinek maʼ persuna li tgħidlek li hi inkwetata dwar l-ekonomija. (lmd lezzjoni 4 punt 4)
6. Agħmel Dixxipli
Għanja 47
7. Ġeħova Se Jgħinek Meta Tiffaċċja Sitwazzjoni Diffiċli Ħafna
(15 min.) Diskussjoni.
Kuljum niffaċċjaw provi u sfidi differenti. Però, xi kultant tant jiġru malajr li ma nkunux nafu x’se nagħmlu u jekk nistgħux nissaportuhom. Imma min jistaʼ jgħinna u x’nistgħu nagħmlu meta niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli ħafna?
Tkun xi tkun il-prova tagħna, Ġeħova dejjem se jkun ‘il-wieħed li jipproteġina.’ (Is 33:6) Irridu nkunu bilanċjati u modesti biex nistrieħu fuq Ġeħova. (Pr 11:2) Meta niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli ħafna, irridu nieħdu ż-żmien biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin u biex nieħdu ħsieb lilna nfusna jew lil xi ħadd li nħobbu. U wkoll, irridu nagħtu ċans lilna nfusna biex nibdew inħossuna aħjar meta jmutilna xi ħadd li nħobbu. (Ekk 4:6)
Ġeħova juża lin-nies tiegħu biex jinkuraġġixxu lil xulxin. Allura, aħna rridu nkunu lesti li naċċettaw l-għajnuna jew nistaqsu għaliha. Ftakar li l-aħwa jħobbuk ħafna u jieħdu pjaċir li jkunu jistgħu jgħinuk.
Aqra 2 Korintin 4:7-9. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Għala rridu nibqgħu nattendu l-laqgħat, naqraw il-Bibbja, u nippritkaw avolja dan jaf ikun diffiċli?
Uri l-VIDJOW Ġeħova hu qrib dawk taʼ qalbhom maqsuma. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Ġeħova kif għen lil Ħuna u Oħtna Septer?
L-aħwa kif għenuhom?
X’titgħallem iktar mill-eżempju tagħhom?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjoni 28, introduzzjoni għal sezzjoni 6, u lezzjoni 29