LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 2 pp. 10-12
  • Kif Tistaʼ Tgħix fid-Dinja l-Ġdida?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tgħix fid-Dinja l-Ġdida?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • SALVA BILLI SSIR TAF LIL ALLA
  • AQRA L-​KELMA T’ALLA KULJUM
  • ITLOB LIL ALLA GĦALL-​GĦAJNUNA
  • X’għamel Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Kif tistaʼ tgħix għal dejjem?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Id-Dinja l-Ġdida t’Alla Mimlija Paċi—Int Tistaʼ Tgħix Fiha
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù għala bata u miet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 2 pp. 10-12

Kif Tistaʼ Tgħix fid-​Dinja l-​Ġdida?

L-​artikli taʼ qabel urew li Alla dalwaqt se jneħħi lin-​nies ħżiena u l-​problemi kollha. Għala nistgħu nkunu ċerti li dan se jiġri? Għax il-​Bibbja twiegħed:

“Id-​dinja tgħaddi.”—1 ĠWANNI 2:17.

Aħna nistgħu nkunu ċerti li se jkun hemm min isalva, għax il-​vers ikompli:

“Min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”

Għalhekk, biex insalvaw irridu nobdu lil Alla. Biex insiru nafu x’jixtieqna nagħmlu Alla, l-​ewwel irridu nsiru nafuh.

SALVA BILLI SSIR TAF LIL ALLA

Grupp taʼ Stampi: 1. Ners għajjiena ħafna bilqiegħda mal-art fi sptar. 2. Waqt il-break, hi tara ners oħra ferħana waqt li taqra magazine. 3. In-ners l-oħra taqralha vers mill-Bibbja u tagħtiha kard tal-jw.org.

Ġesù qal: ‘Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jsiru jafu lilek, l-​uniku Alla veru.’ (Ġwanni 17:3) Biex insalvaw mill-​aħħar tad-​dinja u ngħixu għal dejjem, irridu nsiru nafu lil Alla. Dan ma jfissirx li biżżejjed li temmen f’Alla jew tkun taf xi affarijiet dwaru. Irridu nkunu l-​ħbieb tiegħu. Biex ikollna ħbiberija tajba maʼ xi ħadd irridu nqattgħu l-​ħin miegħu. L-​istess m’Alla. Ejja naraw xi veritajiet importanti li nitgħallmu mill-​Bibbja. Dawn se jgħinuna biex insiru u nibqgħu ħbieb m’Alla.

Veritajiet li Nitgħallmu mill-​Bibbja

In-ners qegħedha d-dar fuq jw.org.

Nitgħallmu li Alla riedna ngħixu f’Ġenna tal-​art.

Hu ħalaq l-​ewwel bnedmin, Adam u Eva, u poġġiehom f’post sabiħ ħafna jismu l-​ġnien tal-​Għeden. Huma kienu perfetti, u Alla tahom dak li kellhom bżonn biex jgħixu ħajja ferħana. Huma setgħu għexu għal dejjem. Kieku baqgħu ħbieb t’Alla, qatt ma kienu jmutu. Imma meta Alla qalilhom biex jagħmlu xi ħaġa żgħira, huma m’obdewhx.

Nitgħallmu għala qed inbatu.

Meta l-​ewwel raġel Adam m’obdiex lil Alla, hu tilef l-​opportunità li hu u n-​nies kollha jgħixu għal dejjem. Il-​Bibbja tispjega: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha.” (Rumani 5:12) It-​tfal t’Adam ħadu l-​imperfezzjoni mingħandu bħalma xi ħadd jistaʼ jiret marda mill-​ġenituri tiegħu. Għalhekk kollha kemm aħna nixjieħu u mmutu.

Nitgħallmu Alla x’diġà għamel biex jgħinna.

Il-​Bibbja tgħid: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) Alla bagħat lil Ġesù biex imut għalina. Raġel taʼ 86 sena mill-​Indja jismu Prabhakar qal hekk dwar l-​imħabba li wera Alla: “Dan jurini l-​imħabba kbira li għandu Ġeħovaa għalija. Għax iħobbni, issa għandi tama li ngħix għal dejjem.”

Nitgħallmu kif napprezzaw dak li għamel Alla għalina.

Il-​Bibbja tgħid li aħna nistgħu napprezzaw dak li Alla għamel għalina billi “nosservaw il-​kmandamenti tiegħu.” (1 Ġwanni 2:3) Peress li Alla Ġeħova jħobbna, hu jurina x’nistgħu nagħmlu biex ikollna ħajja ferħana issa. (Isaija 48:17, 18) Alla ma jridniex inbatu. Hu jwegħedna li jekk nobduh, se jkollna ħajja ferħana issa u l-​opportunità li ngħixu għal dejjem.

AQRA L-​KELMA T’ALLA KULJUM

Waqt il-break in-ners qed tħares lejn is-sema wara li qrat il-Bibbja.

Int tistaʼ ssalva mill-aħħar tad-dinja billi titlob lil Alla biex jgħinek u tobdih

Aħna nieklu b’mod regulari biex nibqgħu ħajjin. Imma Ġesù qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.”—Mattew 4:4.

Nistgħu nsibu dak li jgħid Ġeħova fil-​Bibbja. Int u taqra l-​Bibbja se titgħallem x’għamel Alla fil-​passat, x’qed jagħmel issa, u x’se jagħmel fil-​futur.

ITLOB LIL ALLA GĦALL-​GĦAJNUNA

Jekk tixtieq tobdi lil Alla imma ssibha diffiċli biex tieqaf tagħmel affarijiet ħżiena, x’tistaʼ tagħmel? Se ssibha iżjed faċli jekk issir taf lil Alla sew.

Ara l-​eżempju taʼ mara mill-​Asja li kienet tgħix ħajja immorali. Meta bdiet tistudja l-​Bibbja, hi tgħallmet li Alla kkmandana biex ‘naħarbu mill-​immoralità sesswali.’ (1 Korintin 6:18) Hi talbet lil Alla biex jgħinha u waqfet tagħmel dak li ma jogħġbux. Imma dan ma kienx faċli għaliha. Hi tgħid: “Meta jiġuni ħsibijiet ħżiena, niftaħ qalbi maʼ Ġeħova fit-​talb għax naf li hu biss jistaʼ jgħinni. It-​talb għenni biex insir iżjed ħabiba taʼ Ġeħova.” Miljuni taʼ nies bħal dil-​mara qed isiru jafu lil Alla. Hu qed itihom is-​saħħa li għandhom bżonn biex jibdlu ħajjithom ħalli jgħixu kif jixtieq hu.—Filippin 4:13.

Meta ssir taf iżjed lil Alla, hu se jsir jafek aħjar bħala l-​ħabib tiegħu. (Galatin 4:9; Salm 25:14) Imbagħad se ssalva u tidħol fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. Kif se tkun id-​dinja l-​ġdida? Ara fl-​artiklu li jmiss.

a Il-​Bibbja turina li Ġeħova hu l-​isem t’Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja