LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 2 pp. 5-7
  • Ġesù għala bata u miet?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù għala bata u miet?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’MAR ĦAŻIN?
  • DAK LI GĦAMEL ALLA
  • GĦALA ĠESÙ BATA U MIET
  • KIF INT TISTAʼ TIBBENEFIKA
  • Ġesù Jsalvana—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġesù għala miet?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-Prezz tal-Fidwa li Ħallas Kristu—It-Triq t’Alla għas-Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 2 pp. 5-7
Nies taʼ razez diversi jgawdu l-ħajja fil-Ġenna tal-art

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Ġesù għala bata u miet?

“Permezz taʼ bniedem wieħed [Adam] id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt.”—Rumani 5:12

Adam u Eva jħarsu lejn il-frotta pprojbita; Adam u Eva fi xjuħithom; tebut jinġarr lejn ċimiterju

X’kont tgħid kieku ġejt mistoqsi, “Tixtieq tgħix għal dejjem?” Il-​biċċa l-​kbira min-​nies x’aktarx li jgħidu li jixtiequ iżda jħossu li mhux realistiku tikkunsidra dan. Huma jgħidu li l-​mewt hija parti normali mill-​ħajja, it-​tmiem naturali tal-​eżistenza tagħna.

Iżda, ejja ngħidu li l-​mistoqsija titpoġġa bil-​kuntrarju u tiġi mistoqsi, “Int lest li tmut?” F’ċirkustanzi normali, tistaʼ tgħid kulħadd iwieġeb le. X’inhu l-​punt? Minkejja l-​provi u t-​tbatijiet li niffaċċjaw, ix-​xewqa normali u naturali tagħna hi li ngħixu. Il-​Bibbja turi li Alla ħalaq lill-​bnedmin bix-​xewqa u r-​rieda li jgħixu. Tant hu hekk li tgħid li “saħansitra poġġielhom f’qalbhom l-​eternità.”—Ekkleżjasti 3:11.

Iżda, ir-​realtà hi li l-​bnedmin ma jgħixux għal dejjem. Allura, x’mar ħażin? Iżjed minn hekk, għamel xi ħaġa Alla biex jirranġa s-​sitwazzjoni? It-​tweġibiet tal-​Bibbja jqawwu l-​qalb, u għandhom x’jaqsmu direttament mar-​raġuni għala Ġesù bata u miet.

X’MAR ĦAŻIN?

L-​ewwel tliet kapitli tal-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi jgħidulna li Alla poġġa quddiem l-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, il-​prospett taʼ ħajja bla tmiem u qalilhom x’kellhom jagħmlu biex jiksbuha. Imbagħad, ir-​rakkont jiddeskrivi kif m’obdewx lil Alla u tilfu dan il-​prospett. L-​istorja tintqal b’mod sempliċi—tant sempliċi li xi wħud ikunu pronti jwarrbuha daqslikieku kienet folklor. Imma l-​Ġenesi, bħall-​Evanġelji, jagħti kull indikazzjoni li hu rekord storiku veru.a

X’kien ir-​riżultat tad-​diżubbidjenza taʼ Adam? Il-​Bibbja twieġeb hekk: “Permezz taʼ bniedem wieħed [Adam] id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) Billi m’obdiex lil Alla, Adam dineb. B’hekk, tilef il-​prospett taʼ ħajja bla tmiem u fl-​aħħar miet. Ladarba aħna d-​dixxendenti tiegħu, uritna l-​istat midneb tiegħu. B’hekk, aħna suġġetti għall-​mard, xjuħija, u mewt. Din l-​ispjegazzjoni taʼ għala mmutu hi f’armonija maʼ dak li llum nafu dwar l-​eredità. Iżda għamel xi ħaġa Alla biex jirranġa s-​sitwazzjoni?

DAK LI GĦAMEL ALLA

Iva, Alla għamel arranġamenti biex jifdi, jew jixtri lura, dak li Adam kien tilef għad-​dixxendenti tiegħu, jiġifieri, il-​prospett taʼ ħajja bla tmiem. Alla kif wettqu dan?

“Il-​ħlas li jagħti d-​dnub hu l-​mewt,” tgħid il-​Bibbja f’​Rumani 6:23. Dan ifisser li l-​mewt hi l-​konsegwenza tad-​dnub. Adam dineb, allura miet. Bħalu, aħna nidinbu u għalhekk aħna suġġetti għall-​ħlas tad-​dnub, il-​mewt. Imma twelidna f’dan l-​istat midneb mingħajr ħtija. Għalhekk, bi mħabba, Alla bagħat lil Ibnu, Ġesù, biex jaċċetta l-​‘ħlas tad-​dnub’ għalina. Kif taħdem dil-​ħaġa?

Nies taʼ razez diversi jgawdu l-ħajja fil-Ġenna tal-art

Il-mewt taʼ Ġesù tiftaħ it-triq għal ħajja feliċi u bla tmiem

Ladarba raġel wieħed, ir-​raġel perfett Adam, ġab fuqna d-​dnub u l-​mewt permezz tad-​diżubbidjenza, raġel perfett ubbidjenti saħansitra sal-​mewt kien meħtieġ biex jeħlisna minn dak il-​piż. Il-​Bibbja tispjegaha hekk: “Bħalma bid-​diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-​ubbidjenza taʼ persuna waħda ħafna se jsiru ġusti.” (Rumani 5:19) Ġesù kien dik il-​“persuna waħda.” Hu telaq mis-​smewwiet, sar raġel perfettb, u miet għalina. B’hekk, hu possibbli għalina li jkollna l-​approvazzjoni taʼ Alla u jkollna l-​prospett taʼ ħajja bla tmiem.

GĦALA ĠESÙ BATA U MIET

Imma għala kellu jmut Ġesù biex jitwettaq dan? Ma setax Alla li Jistaʼ Kollox sempliċement ħareġ digriet li d-​dixxendenti taʼ Adam jitħallew jgħixu għal dejjem? Żgur li għandu l-​awtorità jagħmel dan. Imma kieku għamel hekk, kien ikun bħallikieku twarrbet il-​liġi li għamel hu stess li l-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt. Din mhix xi liġi insinifikanti li tistaʼ titwarrab jew tinbidel skont xi jkun konvenjenti. Hi fundamentali għall-​ġustizzja vera.—Salm 37:28.

Li kieku f’dan il-​każ Alla injora l-​ġustizzja, in-​nies forsi kienu jitħassbu kienx jagħmel dan f’affarijiet oħra wkoll. Pereżempju, kien se jkun fier fl-​għażla tiegħu min fost id-​dixxendenti taʼ Adam jikkwalifika għall-​ħajja taʼ dejjem? Setaʼ jiġi fdat biex iżomm il-​wegħdi tiegħu? Li Alla jżomm mal-​ġustizzja f’li jara kif nistgħu niġu salvati hu garanzija għalina li hu dejjem se jagħmel dak li hu sewwa.

Bil-​mewt taʼ sagrifiċċju taʼ Ġesù, Alla fetaħ it-​triq għal ħajja bla tmiem f’Ġenna fuq l-​art. Innota kliem Ġesù kif imniżżel fi Ġwanni 3:16: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” B’hekk, il-​mewt taʼ Ġesù mhix biss espressjoni tal-​ġustizzja li qatt ma tfalli t’Alla imma wkoll, b’mod speċjali, tal-​imħabba kbira tiegħu għall-​bnedmin.

Madankollu, Ġesù għala kellu jbati u jmut b’mewta taʼ wġigħ kif inhu deskritt fl-​Evanġelji? Billi ssottometta ruħu għall-​ikbar test u baqaʼ leali, Ġesù ċaħad darba għal dejjem dak li stqarr ix-​Xitan, li l-​bnedmin ma jibqgħux leali lejn Alla meta jkunu taħt prova. (Ġob 2:4, 5) Din l-​istqarrija forsi dehret valida wara li Satana pperswada lill-​perfett Adam biex jidneb. Imma Ġesù—li kien l-​ekwivalenti perfett għal Adam—baqaʼ ubbidjenti minkejja tbatija ħarxa. (1 Korintin 15:45) B’hekk, hu ta prova li Adam ukoll setaʼ jobdi lil Alla kieku għażel li jagħmel dan. Billi ssaporta fil-​provi, Ġesù ħallielna eżempju xi nsegwu. (1 Pietru 2:21) Alla ppremja l-​ubbidjenza perfetta taʼ Ibnu, u ta lil Ġesù ħajja immortali fis-​sema.

KIF INT TISTAʼ TIBBENEFIKA

Il-​mewt taʼ Ġesù ġrat veru. It-​triq għal ħajja bla tmiem hi miftuħa. Tixtieq tgħix għal dejjem? Ġesù indika x’hemm bżonn nagħmlu meta qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

Il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista jistidnuk biex titgħallem iżjed dwar Ġeħova, l-​Alla l-​veru, u dwar Ibnu, Ġesù Kristu. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek se jkunu ferħanin li jgħinuk. Ukoll, tistaʼ tirċievi informazzjoni t’għajnuna billi żżur il-​Websajt tagħna, www.jw.org/mt.

a Ara “The Historical Character of Genesis,” fl-​Insight on the Scriptures, Volume 1, paġna 922, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

b Meta Alla ttrasferixxa l-​ħajja taʼ Ibnu mis-​smewwiet għall-​ġuf taʼ Marija, dan wassal għall-​konċepiment u l-​ispirtu qaddis taʼ Alla pproteġa lil Ġesù milli jiret l-​imperfezzjoni mingħand Marija.—Luqa 1:31, 35.

Il-ħobż bla ħmira jiġi mgħoddi fit-Tifkira

“Ibqgħu agħmlu dan”

Fil-​lejl qabel ta ħajtu għall-​umanità, Ġesù ġabar lill-​appostli leali tiegħu u stabbilixxa t-​Tifkira tal-​mewt tiegħu. Qalilhom: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jobdu dan il-​kmand u kull sena jinġabru fl-​anniversarju tal-​mewt taʼ Ġesù. Is-​sena l-​oħra, 19,862,783 attendew dan l-​avveniment.

Din is-​sena, it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù taħbat nhar l-​Erbgħa, 23 taʼ Marzu, wara nżul ix-​xemx. Int, il-​familja u l-​ħbieb tiegħek mill-​qalb mistidnin tattendu u tisimgħu taħdita bbażata fuq il-​Bibbja. Din se tispjega għala l-​mewt taʼ Ġesù kienet sinifikanti u kif tistaʼ tkun taʼ benefiċċju għalik personalment. L-​attendenza hi b’xejn; ma jsir l-​ebda ġbir. Jekk jogħġbok staqsi lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek għall-​ħin u l-​post. Jew tistaʼ tiċċekkja fuq il-​Websajt tagħna, www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja