LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 181
  • Dwar Xiex Inhi l-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dwar Xiex Inhi l-Bibbja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-Tweġiba tal-Bibbja
  • Fatti dwar il-Bibbja
  • Dwar xiex inhi l-Bibbja?
  • Il-Bibbja nbidlet?
  • Għala hawn ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja?
  • Min iddeċieda xi jkun fiha l-Bibbja?
  • Intilfu xi kotba tal-Bibbja?
  • Kif issib versi fil-Bibbja
  • Lista tal-kotba tal-Bibbja
  • Veru Li L-Bibbja Ġejja Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-​Kontenut tal-​Ktieb
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Jistaʼ Xi Ħadd Ikun Jaf Min Verament Kitibha l-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għala hawn ħafna Bibbji?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 181
Il-Bibbja Mqaddsa mdawra b’kotba taʼ riċerka oħra.

Dwar Xiex Inhi l-Bibbja?

It-Tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja fiha ġabra taʼ 66 ktieb. Din inkitbet f’perjodu taʼ madwar 1,600 sena. Il-Bibbja fiha l-messaġġ t’Alla, u għalhekk tissejjaħ “il-kelma t’Alla.”—1 Tessalonikin 2:13.

F’dan l-artiklu

  • Fatti dwar il-Bibbja

  • Dwar xiex inhi l-Bibbja?

  • Il-Bibbja nbidlet?

  • Għala hawn ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja?

  • Min iddeċieda xi jkun fiha l-Bibbja?

  • Intilfu xi kotba tal-Bibbja?

  • Kif issib versi fil-Bibbja

  • Lista tal-kotba tal-Bibbja

Fatti dwar il-Bibbja

  • Min kiteb il-Bibbja? Alla hu l-Awtur tal-Bibbja, imma hu uża madwar 40 raġel differenti biex jiktbuha. Mosè, ir-Re David, Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni huma wħud minnhom.a Alla poġġa l-ħsibijiet tiegħu f’moħħhom biex huma jiktbu l-messaġġ tiegħu.—2 Timotju 3:16.

    Biex inġibu eżempju: Jekk negozjant jgħid lis-segretarju tiegħu biex jikteb messaġġ f’ismu u forsi jgħidlu x’inhuma l-punti li jrid isemmi, xorta n-negozjant jibqaʼ l-awtur tal-messaġġ. Bl-istess mod, għalkemm Alla uża xi rġiel biex jiktbu l-messaġġ tiegħu, hu jibqaʼ l-Awtur tal-Bibbja.

  • Xi tfisser il-kelma “Bibbja”? “Bibbja” ġejja mill-kelma Griega biblia, li tfisser “kotba żgħar.” Maż-żmien, il-kelma biblia bdiet tintuża biex tiddeskrivi ġabra taʼ kotba żgħar li flimkien jagħmlu l-Bibbja.

  • Il-Bibbja meta nkitbet? Il-Bibbja bdiet tinkiteb fis-sena 1513 QK (qabel Kristu) u tlestiet iktar minn 1,600 sena wara, madwar is-sena 98 WK (wara Kristu).

  • Għadha teżisti l-Bibbja oriġinali? Illum m’għadhomx jeżistu kitbiet oriġinali tal-Bibbja. Dan minħabba li l-kittieba użaw materjal li kien jeżisti dak iż-żmien, bħall-papiru u l-parċmina. Dan il-materjal maż-żmien jispiċċa. Però, skribi professjonali kkupjaw u reġgħu kkupjaw kitbiet tal-Bibbja b’attenzjoni kbira għal mijiet taʼ snin. B’hekk, fil-futur in-nies setgħu jaqrawhom.

  • X’inhuma “t-Testment il-Qadim” u “t-Testment il-Ġdid”? It-Testment il-Qadim hu l-parti tal-Bibbja fejn il-biċċa l-kbira minnu nkitbet bl-Ebrajk.b Dan jissejjaħ ukoll l-Iskrittura Ebrajka. It-Testment il-Ġdid hu l-parti tal-Bibbja li nkitbet bil-Grieg. Dan jissejjaħ ukoll l-Iskrittura Griega. Iż-żewġ partijiet flimkien jagħmlu ktieb wieħed li jissejjaħ l-Iskrittura Mqaddsa.c

  • X’fiha l-Bibbja? Fiha nsibu liġijiet, storja, profeziji, poeżiji, proverbji, għanjiet, u ittri.—Ara “Lista tal-kotba tal-Bibbja.”

Dwar xiex inhi l-Bibbja?

Il-Bibbja tibda billi tispjega fil-qosor kif Alla li Jistaʼ Kollox ħalaq is-sema u l-art. Ukoll, fil-Bibbja, Alla jgħidilna li ismu hu Ġeħova u jinkuraġġixxi lin-nies isiru jafuh.—Salm 83:18.

Il-Bibbja tispjega li ħafna gidbu dwar Alla u tgħidilna kif se jnaddaf ismu.

Il-Bibbja tispjega x’inhu l-iskop t’Alla għan-nies u għall-art. Turi wkoll kif fil-futur Alla se jneħħi kull ħaġa li ġġiegħel lin-nies ibatu.

Il-Bibbja fiha pariri tajbin li jgħinuna f’ħajjitna. Dawn huma xi eżempji:

  • Kif ikollna ħbiberiji tajbin m’oħrajn. “Ittrattaw lil oħrajn bħalma tixtiequ li oħrajn jittrattawkom.”—Mattew 7:12.

    Dan xi jfisser: Ittratta lin-nies bħalma tixtieq li jittrattawk huma.

  • Kif tkampa mal-istress. “Qatt tkunu ansjużi dwar l-għada, għax kull ġurnata fiha l-inkwiet tagħha.”—Mattew 6:34.

    Dan xi jfisser: Minflok ma tinkwieta żżejjed dwar dak li jistaʼ jiġri fil-futur, għix ġurnata b’ġurnata.

  • Kif tkun ferħan fiż-żwieġ. “Kull wieħed minnkom għandu jħobb lill-mara tiegħu bħalu nnifsu; mill-banda l-oħra, il-mara għandu jkollha rispett kbir għar-raġel tagħha.”—Efesin 5:33.

    Dan xi jfisser: L-imħabba u r-rispett huma importanti ħafna biex iż-żwieġ jirnexxi.

Il-Bibbja nbidlet?

Le. Studjużi qabblu manuskritti tal-Bibbja antiki mal-Bibbja u sabu li l-messaġġ oriġinali tal-Bibbja ma nbidilx. Dan jagħmel sens għax Alla ried li n-nies jaqraw u jifhmu l-messaġġ tiegħu, allura għamel ċert li l-messaġġ ma jinbidilx.d—Isaija 40:8.

Għala hawn ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja?

Ħafna minn dawk li jaqraw il-Bibbja llum ma jifhmux il-lingwi oriġinali li nkitbet bihom il-Bibbja. Imma l-Bibbja għandha “aħbar tajba” għal “kull ġens u tribù u lsien u poplu.” (Rivelazzjoni 14:6) Għalhekk, in-nies għandhom bżonn traduzzjoni tal-Bibbja b’lingwa li jafu ħalli jkunu jistgħu jaqrawha u jifhmu sew il-messaġġ t’Alla.

Hemm tliet tipi taʼ traduzzjonijiet:

  • Traduzzjoni kelma b’kelma, li tkun letterali.

  • Traduzzjoni li taqleb il-ħsieb, li tuża kliem li joħroġ il-ħsieb tal-lingwa oriġinali.

  • Traduzzjoni bil-parafrażi, li tuża kliem differenti biex min jaqraha jieħu pjaċir. Però, ħafna drabi din tistaʼ tbiddel il-messaġġ.

Traduzzjoni tajba tal-Bibbja jkun fiha bilanċ bejn traduzzjoni letterali u traduzzjoni li tuża kliem li jinftiehem illum biex twassal il-messaġġ t’Alla b’mod eżatt.e

Min iddeċieda xi jkun fiha l-Bibbja?

Bħala l-Awtur tal-Bibbja, Alla ddeċieda xi jkun fiha. Fil-bidu hu “fada lil-Lhud bil-messaġġ tiegħu.” Huma kienu responsabbli għall-Iskrittura Ebrajka.—Rumani 3:2.

Intilfu xi kotba tal-Bibbja?

Le. Il-Bibbja hija kompluta, ma hemm l-ebda ktieb “mitluf.” Xi wħud jgħidu li ċerti kotba antiki li kienu moħbijin għal żmien twil suppost huma parti mill-Bibbja.f Però, dak li nsibu fil-Bibbja juri li hi vera. (2 Timotju 1:13) Il-kotba ispirati tal-Bibbja jaqblu perfettament bejniethom. Ma nistgħux ngħidu hekk għall-kitbiet antiki kollha li xi wħud jgħidu li huma parti mill-Bibbja.g

Kif issib versi fil-Bibbja

Kif issib versi mill-Bibbja u bħala eżempju hemm it-​2 Timotju 3:16. Din ir-referenza tgħidlek liema ktieb tal-Bibbja għandek tfittex, bħall-ktieb tat-​2 Timotju (ara l-lista t’hawn taħt biex tara kif normalment ikunu l-kotba tal-Bibbja wara xulxin). L-ewwel numru jgħidlek il-kapitlu, pereżempju kapitlu 3. In-numru jew numri taʼ wara juruk liema vers jew versi trid taqra, pereżempju vers 16.

Lista tal-kotba tal-Bibbja

L-Iskrittura Ebrajka (“It-Testment il-Qadim”)

  • Storja u liġijiet

    • Ġenesi

    • Eżodu

    • Levitiku

    • Numri

    • Dewteronomju

  • L-istorja tal-poplu t’Iżrael

    • Ġożwè

    • Imħallfin

    • Rut

    • 1 u 2 Samwel

    • 1 u 2 Slaten

    • 1 u 2 Kronaki

    • Esdra

    • Neħemija

    • Ester

  • Poeżiji

    • Ġob

    • Salmi

    • Proverbji

    • Ekkleżjasti

    • L-Għanja taʼ Salamun

  • Profeziji

    • Isaija

    • Ġeremija

    • Lamentazzjonijiet

    • Eżekjel

    • Danjel

    • Ħosea

    • Ġoel

    • Għamos

    • Għobadija

    • Ġona

    • Mikea

    • Naħum

    • Ħabakkuk

    • Sofonija

    • Ħaggaj

    • Żakkarija

    • Malakija

L-Iskrittura Griega Kristjana (“It-Testment il-Ġdid”)

  • L-istorja tal-ħajja taʼ Ġesù (L-Evanġelji)

    • Mattew

    • Marku

    • Luqa

    • Ġwanni

  • L-istorja tal-kongregazzjoni Kristjana tal-bidu

    • Atti

  • Ittri lil kongregazzjonijiet Kristjani differenti

    • Rumani

    • 1 u 2 Korintin

    • Galatin

    • Efesin

    • Filippin

    • Kolossin

    • 1 u 2 Tessalonikin

  • Ittri lil uħud Kristjani b’mod personali

    • 1 u 2 Timotju

    • Titu

    • Filemon

  • Ittri lil Kristjani

    • Ebrej

    • Ġakbu

    • 1 u 2 Pietru

    • 1, 2, u 3 Ġwanni

    • Ġuda

  • Profeziji

    • Rivelazzjoni

a Biex issib lista tal-kotba kollha tal-Bibbja, min kitibhom, u meta nkitbu jekk jogħġbok ara l-“Lista tal-Kotba tal-Bibbja.”

b Xi partijiet żgħar mill-Bibbja nkitbu bl-Aramajk, lingwa simili għall-Ebrajk.

c Ħafna qarrejja tal-Bibbja jippreferu t-termini “l-Iskrittura Ebrajka” u “l-Iskrittura Griega.” Dawn it-termini ma jagħtux l-idea li “It-Testment il-Qadim” m’għadux jgħodd u li “It-Testment il-Ġdid” ħadlu postu.

d Ara “Il-Bibbja ġiet mibdula?”

e Ħafna jieħdu pjaċir jaqraw It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa peress li hi eżatta u faċli biex taqraha. Ara l-artiklu “Hija t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida eżatta?”

f Dawn il-kitbiet kollha jissejħu l-Apokrifa. Skont l-Encyclopædia Britannica, “fil-letteratura biblika, [din il-frażi tirreferi għal] xogħlijiet li mhumiex parti mill-iskrittura,” jiġifieri mhumiex parti mil-lista awtentika tal-kotba tal-Bibbja.

g Biex titgħallem iktar, ara l-artiklu “Evanġelji Apokrifi—Fihom Veritajiet Moħbijin Dwar Ġesù?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja