LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 102
  • Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • X’Hemm Ħażin fil-Logħob tal-Flus?
    Stenbaħ!—2002
  • Evita n-Nasba tal-Logħob tal-Flus
    Stenbaħ!—2002
  • Il-​logħob għall-​flus
    Stenbaħ!—2015
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 102
Xi ħadd li xtara biljett tal-lotterija qed jara x’numri telgħu fuq it-televixin

Il-​logħob tal-​ażżard huwa dnub?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Għalkemm il-​Bibbja ma tiddiskutix il-​logħob tal-​ażżard fid-​dettall, mill-​prinċipji tal-​Bibbja nistgħu nifhmu li Alla jqis il-​logħob tal-​ażżard bħala dnub.—Efesin 5:17.a

  • Il-​logħob tal-​ażżard ġej mir-​regħba, xi ħaġa li Alla jobgħod. (1 Korintin 6:9, 10; Efesin 5:3, 5) Dawk li jilagħbu jittamaw li jiksbu l-​flus mit-​telf taʼ ħaddieħor, imma l-​Bibbja tikkundanna li xi ħadd jixxennaq għall-​affarijiet taʼ ħaddieħor.—Eżodu 20:17; Rumani 7:7; 13:9, 10.

  • Il-​logħob, anki għal ammonti żgħar, jistaʼ jqanqal l-​imħabba għall-​flus li hi qerrieda.—1 Timotju 6:9, 10.

  • Dawk li jilagħbu spiss jistrieħu fuq is-​superstizzjoni jew il-​fortuna. Però, twemmin bħal dan Alla jqisu bħala forma taʼ idolatrija, u din tmur kontra l-​qima tiegħu.—Isaija 65:11.

  • Minflok ma tippromwovi xewqa biex tikseb xi ħaġa mingħajr ma tagħmel xejn, il-​Bibbja tħeġġeġ lil dak li jkun biex jaħdem iebes. (Ekkleżjasti 2:24; Efesin 4:28) Dawk li jobdu l-​pariri tal-​Bibbja jistgħu “jieklu l-​ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.”—2 Tessalonikin 3:10, 12.

  • Il-​logħob tal-​ażżard jistaʼ jqanqal spirtu kompetittiv, li hu kkundannat fil-​Bibbja.—Galatin 5:26.

a Il-​logħob tal-​ażżard jissemma b’mod speċifiku fil-​Bibbja f’konnessjoni mas-​suldati Rumani li tefgħu x-​xorti jew ‘lagħbu’ għall-​ħwejjeġ taʼ Ġesù.—Mattew 27:35; Ġwanni 19:23, 24; Karm Żammit.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja