LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 4/8 pp. 8-10
  • Int Tistaʼ Ssib Divertiment Edifikanti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tistaʼ Ssib Divertiment Edifikanti
  • Stenbaħ!—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kun Selettiv
  • L-​Irwol Tal-​Ġenituri
  • Gawdi Attivitajiet Oħrajn
  • Kif Tagħżel Divertiment Bnin
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif tqattaʼ l-ħin liberu tiegħek
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1997
g97 4/8 pp. 8-10

Int Tistaʼ Ssib Divertiment Edifikanti

IL-​BIBBJA ma tikkundannax il-​pjaċiri tad-​divertiment, lanqas ma tittratta t-​tgawdija tar-​rikreazzjoni bħala ħela taʼ żmien. Għall-​kuntrarju, Koħèlet 3:4 jgħid li hemm “żmien li tidħak” u “żmien li tiżfen.”a Il-​poplu t’Alla f’Iżrael tal-​qedem gawda diversi tipi taʼ divertiment, inklużi l-​mużika, iż-​żfin, u l-​logħob. Ġesù nnifsu attenda festa tat-​tieġ kbira u, f’okkażjoni oħra, “laqgħa kbira.” (Luqa 5:​29; Ġwann 2:​1, 2) Mela l-​Bibbja m’hijiex kontra li wieħed iqattaʼ ħin divertenti.

Madankollu, ladarba ħafna mid-​divertiment tal-​lum jigglorifika kondotta li ma togħġobx lil Alla, tqum il-​mistoqsija, X’tistaʼ tagħmel int biex tkun ċert li l-​livelli tiegħek f’dik li hi għażla taʼ divertiment jibqgħu edifikanti?

Kun Selettiv

Fl-​għażla tad-​divertiment tagħhom, il-​Kristjani jkunu jridu jiġu ggwidati minn prinċipji Bibliċi. Per eżempju, is-​salmista David kiteb: “Jgħarbel il-​Mulej il-​ġust u l-​ħażin; hu jobgħod ’il min iħobb id-​dnewwa.” (Salm 11:5) U Pawlu kiteb lill-​Kolossin: “Mewwtu ġo fikom dak kollu li hu taʼ l-​art: żína, faħx, ġibdiet, xewqat ħżiena, u r-​rebgħa . . . ħallu kollox: korla, passjoni, ħażen, dagħa, u l-​kliem mhux xieraq warrbuh minn fommkom.”​—Kolossin 3:​5, 8.

Ħafna divertiment li jeżisti llum biċ-​ċar jikser dan il-​parir ispirat. ‘Imma jien qatt ma nagħmel l-​affarijiet li nara pproġettati fuq l-​iskrin,’ għandhom mnejn joġġezzjonaw xi wħud. Dak jistaʼ jkun veru. Imma anki jekk id-​divertiment tiegħek ma jindikax x’tip taʼ persuna se ssir, għandu mnejn jirrivela xi ħaġa dwar ix-​xorta taʼ persuna li diġà int. Dan jistaʼ, per eżempju, juri jekk intix fost dawk li ‘jħobbu d-​dnewwa’ jew li huma preokkupati biż-​‘żína, ġibdiet, xewqat ħżiena, rebgħa, u kliem mhux xieraq’ jew jekk intix fost dawk li tassew ‘jobogħdu l-​ħażen.’​—Salm 97:10.

Pawlu kiteb lill-​Filippin: “F’kull ma hu veru, f’kull ma hu xieraq, f’kull ma hu ġust, f’kull ma hu safi, f’kull ma jiġbed l-​imħabba, f’kull ma jistħoqqlu l-​ġieħ, f’kull ma hu virtù, f’kull ma ħaqqu t-​tifħir; f’dan kollu aħsbu.”​—Filippin 4:8.

Imma tfisser din l-​Iskrittura li kull film, ktieb, jew programm tat-​TV li fihom ikun hemm tema li tittratta xi forma taʼ ħażen, forsi xi att kriminali, ikun ħażin awtomatikament? Jew li jitħallew barra l-​kummiedji kollha għar-​raġuni li m’humiex ‘xierqa’? Le, għax il-​kuntest juri li Pawlu kien qiegħed jiddiskuti mhux id-​divertiment imma l-​meditazzjonijiet tal-​qalb, li għandhom jiffokaw fuq affarijiet li jogħġbu lil Jehovah. (Salm 19:14) Minkejja dan, dak li qal Pawlu jistaʼ jgħinna meta niġu biex nagħżlu d-​divertiment. Billi nużaw il-​prinċipju taʼ Filippin 4:8, aħna nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Iġġagħalni l-​għażla tiegħi rigward id-​divertiment nimmedita fuq affarijiet li m’humiex safjin?’ Jekk inhu hekk, allura għandna bżonn nagħmlu xi aġġustamenti.

F’li jagħmlu evalwazzjoni dwar id-​divertiment, iżda, il-​Kristjani għandhom ‘iħallu l-​bnedmin kollha jkunu jafu l-​ħlewwa tagħhom.’ (Filippin 4:5) Hija ħaġa ovvja li hemm l-​estremi fid-​divertiment li jidhru ċar li m’humiex xierqa għal Kristjani veri. Barra minn hekk, kull individwu għandu jqis l-​affarijiet bir-​reqqa u jieħu deċiżjonijiet li jħalluh b’kuxjenza safja quddiem Alla u l-​bniedem. (1 Korintin 10:31-​33; 1 Pietru 3:​21) Ma tkunx ħaġa xierqa li niġġudikaw lil oħrajn fuq affarijiet taʼ ftit importanza jew li nagħmlu regoli arbitrarji li jiddettaw x’għandhom jagħmlu oħrajn.b​—Rumani 14:4; 1 Korintin 4:6.

L-​Irwol Tal-​Ġenituri

Il-​ġenituri għandhom irwol kruċjali fejn jidħol id-​divertiment. Pawlu kiteb: “Jekk xi ħadd ma jiħux ħsieb niesu, l-​aktar dawk tal-​familja tiegħu, dan ċaħad il-​fidi u hu agħar minn wieħed li ma jemminx.” (1 Timotju 5:8) B’hekk, il-​ġenituri għandhom obbligu li jipprovdu għall-​membri tal-​familja mhux biss materjalment imma wkoll spiritwalment u emozzjonalment. Dan ikollu jinkludi li jsiru provvedimenti għal mistrieħ edifikanti.​—Proverbji 24:27.

Xi drabi, dan l-​aspett tal-​ħajja tal-​familja jiġi ttraskurat. “Sfortunatament,” jgħid wieħed missjunarju fin-​Niġerja, “xi ġenituri jqisu r-​rikreazzjoni bħala ħela taʼ żmien. Bħala riżultat, xi tfal jitħallew waħedhom, bir-​riżultat li jsibu t-​tip żbaljat taʼ ħbieb u t-​tip żbaljat taʼ pjaċir.” Ġenituri, tħallux dan jiġri! Kunu żguri li wliedkom ikollhom rikreazzjoni edifikanti li tirrifreskahom tabilħaqq.

Imma hawnhekk wieħed irid joqgħod attent. Il-​Kristjani m’għandhomx isiru bħal ħafna llum li “iħobbu aktar il-​pjaċir milli ’l Alla.” (2 Timotju 3:​1-4) Iva, id-​divertiment għandu jinżamm f’postu. Għandu jirrifreska​—mhux jiddomina l-​ħajja taʼ dak li jkun. Mela t-​tfal kif ukoll l-​adulti għandhom bżonn mhux biss it-​tip xieraq taʼ divertiment, imma wkoll l-​ammont xieraq.​—Efesin 5:15, 16.

Gawdi Attivitajiet Oħrajn

Ħafna divertiment popolari jgħallem lin-​nies ikunu passivi minflok ma jkunu attivi. Per eżempju, ikkunsidra t-​television. Il-​ktieb What to Do After You Turn Off the TV (X’Għandek Tagħmel Wara Li Titfi t-​TV) jinnota: “Min-​natura tiegħu stess [it-television] jgħallimna nkunu passivi: Id-​divertiment, u saħansitra t-​tagħlim, isir xi ħaġa li aħna nirċievu mingħajr ebda sforz, mhux xi ħaġa li nkunu ħloqna b’mod attiv.” M’għandniex xi ngħidu, hemm lok anki għal divertiment passiv. Imma jekk jieħu ż-​żejjed mill-​ħin liberu taʼ dak li jkun, dan iċaħħdu minn opportunitajiet eċċitanti.

L-awtur Jerry Mander, li jgħid li hu “membru tal-​ġenerazzjoni taʼ qabel it-​TV,” jiddeskrivi l-​perijodi okkażjonali taʼ dwejjaq li kienu jnikktu t-​tfulija tiegħu: “Kien ikun hemm anzjetà miegħu,” jgħid hu. “Kien ikun spjaċevoli għall-​aħħar, tant spjaċevoli li eventwalment kont niddeċiedi li naġixxi​—li nagħmel xi ħaġa. Kont inċempel lil xi ħabib, kont noħroġ barra. Kont immur nilgħab il-​futbol. Kont naqra. Kont nagħmel xi ħaġa. Meta nħares lura, jien inqis dak iż-​żmien taʼ dwejjaq, li ma jkolli ‘xejn x’nagħmel,’ bħala l-​ħofra li minnha toħroġ l-​attività kreattiva.” Illum, josserva Mander, it-​tfal jużaw it-​TV bħala soluzzjoni faċli għad-​dwejjaq. “It-​TV jelimina kemm l-​anzjetà u kemm il-​kreattività li jistgħu jsegwu,” hu jżid.

B’hekk, ħafna sabu li attivitajiet li jirrikjedu parteċipazzjoni minflok passività jistgħu jkunu iktar premjanti milli kienu jimmaġinaw. Xi wħud sabu li l-​qari b’leħen għoli m’oħrajn huwa sors taʼ pjaċir. Oħrajn ifittxu passatempi, bħalma huma d-​daqq taʼ xi strument mużikali jew it-​tpinġija taʼ xi pittura. Imbagħad hemm opportunitajiet biex jiġu organizzati get togethers edifikanti.c (Luqa 14:12-​14) Rikreazzjoni fil-​beraħ ukoll għandha l-​benefiċċji. Wieħed korrispondent taʼ Stenbaħ! fl-​Isvezja jirrapporta: “Xi familji jmorru camping jew jistadu jew jagħmlu ħarġiet fil-​foresti, qadfiet bil-​kenuri, mixjiet fil-​muntanji, u affarijiet simili. Iż-​żgħar jagħtihom ferħ taʼ ġenn.”

Il-preżenza t’elementi li jikkorrompu fid-​divertiment m’għandhiex tissorprendina. L-​appostlu Pawlu kiteb li n-​nies tal-​ġnus ‘iġibu ruħhom . . . bil-​bluha taʼ moħħhom.’ (Efesin 4:​17) Għalhekk, wieħed jistaʼ jistenna li ħafna minn dak li huma jsibu divertenti se jikkontribwixxi għall-​“għemejjel tal-​ġisem.” (Galatin 5:​19-​21) Madankollu, il-​Kristjani jistgħu jħarrġu lilhom infushom biex jieħdu deċiżjonijiet flokhom rigward il-​kwalità u l-​kwantità tad-​divertiment tagħhom. Huma jistgħu wkoll jagħmlu r-​rikreazzjoni xi ħaġa li l-​familja kollha tkun tistaʼ tippjana u tagħmel flimkien u jistgħu saħansitra jipprovaw attivitajiet ġodda li jkunu rifreskanti u li jipprovdu memorji għeżież għas-​snin taʼ wara. Iva, int tistaʼ ssib divertiment edifikanti!

[Noti taʼ taħt]

a Forom oħrajn tal-​kelma Ebrajka tradotta “biex tidħak” jistgħu jingħataw bħala “biex tilgħab,” “biex toffri ftit divertiment,” “biex tiċċelebra,” jew “biex tieħu pjaċir.”

b Għal iktar informazzjoni, ara l-​ħarġiet taʼ l-​Awake! tat-​22 taʼ Marzu, 1978, paġni 16-​21, u tat-​8 taʼ Diċembru, 1995, paġni 6-8.

c Għal gwidi skritturali fuq laqgħat soċjevoli, ara It-​Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 1992, paġni 12-​16, u l-​1 t’Ottubru, 1996, paġni 30-32.

[Stampa fʼpaġna 9]

Rikreazzjoni edifikanti tistaʼ tkun premjanti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja