LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb19 Ġunju p. 7
  • Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Materjal Simili
  • Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif tqattaʼ l-ħin liberu tiegħek
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Kif Tagħżel Divertiment Bnin
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Int Tistaʼ Ssib Divertiment Edifikanti
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
mwb19 Ġunju p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal

Għala għandna nagħżlu d-​divertiment tagħna bil-​għaqal? Għax meta nagħżlu li nidħlu f’websajt, naraw film, nisimgħu diska, naqraw ktieb, jew nilagħbu logħba, inkunu qed nagħżlu biex se nimlew moħħna. L-​għażliet tagħna jeffettwaw kif naġixxu. B’sogħba, ħafna mid-​divertiment li hu disponibbli llum fih affarijiet li jikkundanna Ġeħova. (Sa 11:5; Ga 5:19-21) Għal din ir-​raġuni, il-​Bibbja tħeġġiġna biex inkomplu nikkunsidraw affarijiet li jonoraw lil Ġeħova.—Flp 4:8.

ARA L-​VIDJOW LIEMA DIVERTIMENT GĦANDI NAGĦŻEL? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Logħba Rumana tal-gladjaturi

    Il-​logħob Ruman tal-​gladjaturi, kif inhu simili għal divertiment modern?

  • Ħu pijunier qed jaħdem fil-ministeru maʼ ħu iżgħar tal-kongregazzjoni tiegħu

    Il-​membri tal-​kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu lil uħud iżgħar biex jagħżlu divertiment bil-​għaqal?

  • Suldat

    Rumani 12:9 kif għandu jeffettwa x’divertiment nagħżlu?

  • Xhieda żgħażagħ qed jilagħbu football

    X’inhuma xi eżempji taʼ divertiment tajjeb fejn toqgħod int?

ID-​DIVERTIMENT—ATTIV JEW PASSIV?

Ħafna mid-​divertiment popolari tal-​lum jgħallem persuna biex tkun passiva minflok attiva. Il-​films, il-​kotba, u l-​programmi tat-​televixin juru l-​ideat kreattivi taʼ persuna oħra u mhux tiegħek innifsek. Waqt li hemm ħin għal divertiment passiv, ħafna sabu li divertiment attiv jagħti iktar sodisfazzjon. Pereżempju, xi wħud jieħdu pjaċir idoqqu xi strument jew ipinġu. Oħrajn jieħdu pjaċir jagħmlu rikreazzjoni barra mid-​dar, bħal li jagħmlu xi sport, imorru jgħumu, imorru xi mixja, jew jikkampjaw. Hu x’inhu d-​divertiment li nagħżlu, ejja ‘nagħmlu kollox għall-​glorja t’Alla.’—1Ko 10:31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja